Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0161

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/161/UE tas- 17 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi t-tielet lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment professjonali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 338, 19.12.2009, p. 87–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/08/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/161/oj

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/87


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/161/UE

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li tistabbilixxi t-tielet lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment professjonali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 98/24/KE, il-Kummissjoni għandha tipproponi t-twaqqif fil-livell Komunitarju ta’ għanijiet Ewropej fil-forma ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment professjonali (IOELVs) għall-ħarsien tal-ħaddiema minn riskji kimiċi.

(2)

Fit-twettiq ta’ din il-ħidma, il-Kummissjoni hija mgħejjuna mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti tal-Esponiment Professjonali għal Aġenti Kimiċi (SCOEL) imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE (2).

(3)

L-IOELVs huma valuri bbażati fuq is-saħħa u li ma jorbtux, ġejjin mill-iktar dejta xjentifika reċenti disponibbli u li jikkunsidraw id-disponibbiltà ta’ tekniki tat-tkejjil. Huma jiffissaw limiti bażiċi ta’ esponiment li taħthom, b’mod ġenerali, ma jkunu mistennija ebda effetti detrimentali għal kwalunkwe sustanza wara esponiment għal ħin qasir jew ta’ kuljum matul iż-żmien ta’ ħajja professjonali. Huma jikkostitwixxu l-għanijiet Ewropej biex jiġu assistiti dawk li jimpjegaw biex jiddeterminaw u jivvalutaw ir-riskji, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/24/KE.

(4)

Għal kwalunkwe aġent kimiku li huma stabbiliti għalih IOELV fil-livell Komunitarju, l-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu valur ta’ limitu nazzjonali ta’ esponiment professjonali billi jikkunsidraw il-valur ta’ limitu Komunitarju, iżda jistgħu jiddeterminaw in-natura tiegħu skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali.

(5)

L-IOELVs għandhom jitqiesu bħala parti importanti tal-approwċ ġenerali biex jiġi żgurat li s-saħħa tal-ħaddiema tiġi protetta kontra r-riskji li jinħolqu minn kimiki perikolużi.

(6)

Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskji u strateġiji żviluppati għat-tnaqqis tar-riskju fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 (3) dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti jipprovdu għat-twaqqif jew ir-reviżjoni ta’ OELs għal numru ta’ sustanzi.

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/322/KEE (4) kif emendata mid-Direttiva 2006/15/KE (5) tinkludi limiti tal-esponiment professjonali għal 10 sustanzi u għadha fis-seħħ.

(8)

Lista ta’ limiti ta’ esponiment fuq ix-xogħol u lista ulterjuri kienu stabbiliti mid-Direttivi tal-Kummissjoni 2000/39/KE (6) u 2006/15/KE skont id-Direttiva 98/24/KE. Din id-Direttiva tistabbilixxi t-tielet lista ta’ limiti ta’ esponiment fuq ix-xogħol skont id-Direttiva 98/24/KE.

(9)

Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/24/KE, l-SCOEL ivvalutat 19-il sustanza, li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva. Waħda minn dawn is-sustanzi, phenol, kienet qabel imniżżla fl-Anness tad-Direttiva 2000/39/KE. L-SCOEL irrevediet il-limitu ta’ esponiment fuq ix-xogħol għal din is-sustanza fid-dawl ta’ dejta xjentifika riċenti u rrakkomandat it-twaqqif ta’ limitu għall-esponiment fuq medda qasira ta’ żmien (STEL - short-term exposure limit) apparti l-medja mwieżna fuq perjodu ta’ żmien (TWA - time-weighted average) tal-limitu għal esponiment fuq ix-xogħol. Għaldaqstant, din is-sustanza, issa elenkata fl-Anness ta’ din id-Direttiva, għandha titneħħa mill-Anness tad-Direttiva 2000/39/KE.

(10)

Il-merkurju hu sustanza li għandha effetti potenzjalment kumulattivi serji fuq is-saħħa. Għalhekk is-sorveljanza tas-saħħa inkluż il-monitoraġġ bijoloġiku skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/24/KE għandhom jikkomplementaw l-IOELV.

(11)

Hemm bżonn ukoll li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu ta’ esponiment għal ċerti sustanzi għal ħin qasir li jikkunsidraw l-effetti li jiġu minn esponiment għal ħin qasir.

(12)

Għal ċerti sustanzi, hemm bżonn li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta’ penetrazzjoni minn ġol-ġilda sabiex jiġi żgurat l-aqwa livell ta’ ħarsien possibbli.

(13)

Din id-Direttiva għandha tikkostitwixxi pass prattiku lejn il-konsolidazzjoni tad- dimensjoni soċjali tas-suq intern.

(14)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (7) tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/24/KE, qiegħda tiġi stabbilita hawnhekk it-tielet lista ta’ valuri indikattivi ta’ limitu Komunitarji ta’ esponiment professjonali għall-aġenti kimiċi elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri indikattivi ta’ limitu nazzjonali ta’ esponiment professjonali għall-aġenti kimiċi elenkati fl-Anness, billi jikkunsidraw il-valuri Komunitarji.

Artikolu 3

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2000/39/KE qed titħassar ir-referenza għal phenol.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2011.

Huma għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u bit-tabella tal-korrelazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

(2)  ĠU L 188, 9.8.1995, p. 14.

(3)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 177, 5.7.1991, p. 22.

(5)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36.

(6)  ĠU L 142, 16.6.2000, p. 47.

(7)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.


ANNESS

CAS (1)

ISEM TAL-AĠENT

VALURI TA’ LIMITU

Notazzjoni (2)

8 sigħat (3)

Fuq medda qasira (4)

 

mg/m3  (5)

ppm (6)

mg/m3

ppm

 

68-12-2

N,N Dimethylformamide

15

5

30

10

ġilda

75-15-0

Carbon Disulphide

15

5

ġilda

80-05-7

Bisphenol A (trab li jinġibed bin-nifs)

10

80-62-6

Methyl Methacrylate

50

100

96-33-3

Methylacrylate

18

5

36

10

108-05-4

Vinyl Acetate

17,6

5

35,2

10

108-95-2

Phenol

8

2

16

4

ġilda

109-86-4

2-Methoxyethanol

1

ġilda

110-49-6

2-Methyoxyethyl acetate

1

ġilda

110-80-5

2-Ethoxy ethanol

8

2

ġilda

111-15-9

2-Ethoxyethyl acetate

11

2

ġilda

123-91-1

1,4 Dioxane

73

20

140-88-5

Ethylacrylate

21

5

42

10

624-83-9

Methylisocyanate

0,02

872-50-4

n-Methyl-2-pyrrolidone

40

10

80

20

ġilda

1634-04-4

Tertiary-butyl-methyl ether

183,5

50

367

100

 

Merkurju u komposti divalenti inorganiċi tal-merkurju inklużi l-Mercuric oxide u l-Mercuric chloride (mkejlin bħala merkurju) (7)

0,02

7664-93-9

Sulphuric Acid (ċpar) (8)  (9)

0,05

7783-06-4

Hydrogen Sulphide

7

5

14

10


(1)  CAS: Numru tar-Reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt

(2)  Notazzjoni tal-ġilda assenjata lill-valur ta’ limitu tal-esponiment professjonali tindika l-possibbiltà ta’ assorbiment sinifikanti minn ġol-ġilda

(3)  Imkejjel jew ikkalkulat skont perjodu ta’ referenza ta’ tmien sigħat bħala medja meqjusa ta’ ħin (TWA)

(4)  Livell ta’ Esponiment fuq Medda Qasira (STEL). Valur ta’ limitu li ’l fuq minnu ma għandux ikun hemm esponiment u li huwa relatat għal perjodu ta’ 15-il minuta sakemm mhux speċifikat xorta oħra.

(5)  mg/m3: milligrammi għal kull metru kubu ta’ arja f’20 °C u 101,3 KPa.

(6)  ppm: parti għal kull miljun għal volum fl-arja (ml/m3).

(7)  Matul il-monitoraġġ tal-esponiment għall-Merkurju u l-komposti divalenti inorganiċi tiegħu, għandhom jitqiesu t-tekniki bijoloġiċi ta’ monitoraġġ li jikkomplementaw l-IOELV.

(8)  Fl-għażla ta’ metodu xieraq għall-monitoraġġ tal-esponiment, għandhom jitqiesu l-limitazzjonijiet u l-interferenzi potenzjali li jistgħu jfeġġu fil-preżenza ta' komposti oħrajn tas-sulphur (kubrit).

(9)  Dan iċ-ċpar huwa mfisser bħala l-frazzjoni toraċika.


Top