EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0959

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/230/KE dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9895) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 330, 16.12.2009, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/959/oj

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2007/230/KE dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9895)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/959/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 13 tagħha,

Billi:

(1)

Is-sors primarju tal-informazzjoni fil-kontrolli tat-triq huwa r-reġistrazzjonijiet li jsiru fit-takografu. In-nuqqas ta’ reġistrazzjonijiet għandu jkun ġustifikat biss fejn ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, inkluż dawk imdaħħlin manwalment, ma kenux possibbli għal raġunijiet oġġettivi. F’dawn il-każijiet għandha tiġi stabbilita ċ-ċertifikazzjoni li tikkonferma dawn ir-raġunijiet.

(2)

Il-formola taċ-ċertifikazzjoni pprovduta fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/230/KE (2) ma kenitx suffiċjenti biex tkopri l-każijiet kollha fejn huwa teknikament impossibbli li jkun hemm reġistrazzjoni tal-attivitajiet ta’ sewwieq fuq it-tagħmir tar-reġistrazzjoni.

(3)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli mill-Istati Membri, tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (3), il-formola għandha tiġi modifikata billi jiddaħħlu elementi addizzjonali ma’ dawk indikati fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2006/22/KE.

(4)

Il-formola taċ-ċertifikazzjoni għandha tintuża biss jekk ir-reġistrazzjonijiet tat-takografiċi, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, mhumiex kapaċi juru li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 ġew rispettati.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (4),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/230/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

(2)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 14.

(3)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

Top