This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0953
Commission Decision of 14 December 2009 amending Decision 2007/716/EC as regards certain establishments in the meat and milk sectors in Bulgaria (notified under document C(2009) 9906) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9906) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9906) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 328, 15.12.2009, p. 78–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Diċembru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9906)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/953/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE (2) li tistabbilxxi miżuri transitorji għar-rekwiżiti strutturali għal ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 (3) u (KE) Nru 853/2004 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm dawn l-istabbilimenti jkunu fi tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minnhom għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jiġu użati għal aktar proċessar fistabbilimenti Bulgari fi tranżizzjoni. |
(2) |
Skont dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib waqfu l-attivitajiet tagħhom jew spiċċaw il-proċess ta’ titjib tagħhom u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-istabbilimenti għandhom jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti fi tranżizzjoni. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/716/KE hu emendat skont dan.
(1) |
Id-daħliet li ġejjin għall-istabbilimenti għall-ipproċessar tal-laħam jitneħħew:
|
(2) |
Id-daħliet li ġejjin għall-istabbilimenti għall-ipproċessar tal-ħalib jitneħħew:
|