EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0363
2009/363/EC: Commission Decision of 30 April 2009 amending Decision 2002/253/EC laying down case definitions for reporting communicable diseases to the Community network under Decision No 2119/98/EC of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2009) 3517) (Text with EEA relevance)
2009/363/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE li tistabbilixxi d-definizzjonijiet ta’ każ għar-rappurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3517) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/363/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE li tistabbilixxi d-definizzjonijiet ta’ każ għar-rappurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3517) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 110, 1.5.2009, p. 58–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
1.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' April 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE li tistabbilixxi d-definizzjonijiet ta’ każ għar-rappurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 3517)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/363/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont il-punt 2.1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b’mod progressiv fin-netwerk tal-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), “mard li jista’ jiġi evitat b’tilqim”, jinkludi “influwenza”, huma koperti mis-sorveljanza epidemjoloġika fin-netwerk tal-Komunità skont id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE. |
(2) |
Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rappurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-definizzjonijiet tal-każ imniżżla fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom ikunu aġġornati sa fejn meħtieġ fuq il-bażi tal-aħħar dejta xjentifika. |
(3) |
Diversi każijiet ta’ vajrus ġdid tal-influwenza kienu rrappurtati fl-Amerika ta’ Fuq u aktar riċenti f’diversi Stati Membri. Dan il-vajrus huwa wieħed mill-forom multipli li jista’ jieħu l-marda “influwenza”, elenkata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE. Iżda, meta minħabba li dan il-vajrus il-ġdid qed ikun ta’ riskju ta’ influwenza pandemika u jitlob koordinazzjoni immedjata bejn il-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, huwa meħtieġ li tkun ipprovduta definizzjoni speċifika tal-każ li tagħmel differenza minn dik tad-definizzjoni aktar ġenerali tal-każ tal-influwenza, li tgħin lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jikkomunikaw informazzjoni rilevanti lin-netwerk tal-Komunità skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE. |
(4) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (4) (ECDC), l-ECDC ipprovda, wara talba mill-Kummissjoni, dokument tekniku dwar id-definizzjoni tal-każ għal din il-marda li tinxtered li jassisti lill-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-iżviluppi ta’ strateġiji ta’ intervent fil-qasam tas-sorveljanza u r-reazzjoni. Id-definizzjonijiet tal-każ elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE għandhom ikunu aġġornati fuq il-bażi ta’ din il-kontribuzzjoni. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE qed jiġi konkluż permezz tad-definizzjoni addizzjonali tal-każ li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni attwali.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.
(4) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
Jiddaħħal il-kliem li ġej fl-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE.
“IL-VAJRUS IL-ĠDID A(H1N1) TAL-INFLUWENZA (DAK IMSEJJAĦ BĦALA IL-VAJRUS IL-ĠDID TAL-INFLUWENZA A(H1N1) U L-VAJRUS TAL-INFLUWENZA MESSIKAN) (1)
Il-kriterji kliniċi
Kull persuna li għandha kriterju minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— |
Deni ta’ aktar minn 38 °C KIF UKOLL sinjali u sintomi ta’ infezzjoni respiratorja akuta, |
— |
Pulmonite (marda respiratorja serja), |
— |
Mewt minn marda respiratorja akuta inspjegabbli. |
Il-kriterji tal-laboratorju
Mill-inqas waħda mit-testijiet li ġejjin:
— |
RT-PCR, |
— |
Kultura virali (li tirrikjedi faċilitajiet BSL 3), |
— |
Żieda b’erba’ darbiet fl-antikorpi speċifiċi li kapaċi jinnewtralizzaw il-vajrus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1) (timplika l-ħtieġa ta’ serums f’koppja, minn marda ta’ fażi akuta u mbagħad fl-istadju ta’ konvalexxenza minimu ta’ għaxart ijiem sa 14-il jum wara). |
Il-kriterji epidemjoloġiċi
Mill-inqas wieħed minn dawn il-kriterji fis-sebat ijiem qabel ma bdiet il-marda:
— |
Persuna li kienet f’kuntatt qrib ma’ każ konfermat ta’ infezzjoni tal-vajrus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1) meta l-każ kien marid, |
— |
Persuna li siefret lejn żona fejn hija dokumentata trażmissjoni sostnuta minn bniedem għall-ieħor tal-vajrus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1), |
— |
Persuna li taħdem, f’laboratorju fejn jiġu ttestjati kampjuni tal-vajrus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1). |
Il-klassifika tal-każijiet
A. Każ li qed jiġi investigat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi KIF UKOLL epidemjoloġiċi KIF UKOLL b’riżultati tal-laboratorju li juru infezzjoni pożittiva ta’ influwenza A ta’ tip li ma jistax jingħatalu sottotip.
C. Każ konfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma.