Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0029

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/29/PESK tat- 22 ta’ Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-UE Atalanta

    ĠU L 10, 15.1.2009, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/29(1)/oj

    Related international agreement

    15.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 10/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/29/PESK

    tat-22 ta’ Diċembru 2008

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-UE Atalanta

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 1814 li titlob lill-Istati u l-organizzazzjonijiet reġjonali biex jieħdu azzjoni sabiex jipproteġu l-bastimenti li qed jieħdu sehem fit-trasport u t-twassil ta’ għajnuna umanitarja lis-Somalja u f’attivitajiet awtorizzati min-Nazzjonijiet Uniti.

    (2)

    Fit-2 ta’ Ġunju 2008, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 1816 (2008) li tawtorizza, għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data tar-Riżoluzzjoni, lill-Istati li jikkoperaw mal-Gvern Federali ta’ Transizzjoni tas-Somalja, biex jidħlu fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja u biex jużaw, b’mod konsistenti mad-dritt internazzjonali rilevanti, il-mezzi kollha meħtieġa biex irażżnu l-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-armi fuq il-baħar. Dawk id-dispożizzjonijiet ġew imtawla għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar bir-Riżoluzzjoni 1846 (2008) tal-KSNU, adottata fit-2 ta’ Diċembru 2008.

    (3)

    Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (operazzjoni “Atalanta”).

    (4)

    L-Artikolu 11 ta’ dik l-Azzjoni Konġunta tipprovdi li l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-UE u l-persunal tagħhom stazzjonati fuq l-art fit-territorju ta’ Stati terzi, jew joperaw fl-ilmijiet territorjali jew interni ta’ Stati terzi, għandu jkun maqbul konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tat-Trattat.

    (5)

    Wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit-18 ta’ Settembru 2007, konformement mal-Artikolu 24 tat-Trattat, il-Presidenza, megħjuna mis-SĠ/RGħ, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-UE fir-Repubblika Somala.

    (6)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim li jorbot lill-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. KOUCHNER


    (1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.


    Top