This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0946
Commission Regulation (EC) No 946/2008 of 25 September 2008 fixing the representative prices and additional import duties applicable to molasses in the sugar sector from 1 October 2008
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 946/2008 tal- 25 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill- 1 ta' Ottubru 2008
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 946/2008 tal- 25 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill- 1 ta' Ottubru 2008
ĠU L 258, 26.9.2008, p. 58–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 258/58 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 946/2008
tal-25 ta' Settembru 2008
li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta ma' l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li jirrigwarda l-iskambji ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi li l-prezz CIF għall-importazzjoni tal-melissa għandu jitqies bħala l-“prezz rappreżentattiv”. Dan il-prezz huwa ffissat għall-kwalità standard iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(2) |
Biex il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u, skond il-każ, dan l-istabbiliment tal-prezzijiet jista' jsir skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(3) |
Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, skond il-kwalità tal-melissa offruta, jeħtieġ li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(4) |
Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ li d-dazji fuq l-importazzjoni jiġu sospiżi skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ammonti partikolari għal dawk id-dazji. |
(5) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-drittijiet addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
Prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor, applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2008
(f'EUR) |
|||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1) |
1703 10 00 (2) |
9,06 |
— |
0 |
1703 90 00 (2) |
13,39 |
— |
0 |
(1) Skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, dan l-ammont jieħu post ir-rata tad-dazju doganali komuni stabbilita għal dawn il-prodotti.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.