Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0945

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 tal- 25 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2008/2009

    ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/945/oj

    26.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 258/56


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 945/2008

    tal-25 ta' Settembru 2008

    li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2008/2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta ma' l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi li l-prezzijiet ta' importazzjoni CIF taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat jitqiesu bħala l-“prezzijiet rappreżentattivi”. Dawn il-prezzijiet huma ffissati għall-kwalità standard iddefinita fl-Anness IV, il-punti II u III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (2)

    Biex dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief fil-każi previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Biex ikunu aġġustati l-prezzijiet li mhumiex ibbażati fuq il-kwalità standard, għaz-zokkor abjad, jeħtieġ li jiġu applikati għall-offerti aċċettati ż-żidiet jew it-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament Nru 951/2006. F'dak li jirrigwarda z-zokkor mhux ipproċessat, jeħtieġ li jiġi applikat il-metodu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni ddefinit fil-punt b) ta' l-istess paragrafu.

    (4)

    Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali għall-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (5)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


    ANNESS

    Prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 99 , applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2008

    (f'EUR)

    Kodiċi NM

    Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    1701 11 10  (1)

    24,35

    4,12

    1701 11 90  (1)

    24,35

    9,36

    1701 12 10  (1)

    24,35

    3,93

    1701 12 90  (1)

    24,35

    8,93

    1701 91 00  (2)

    26,72

    11,87

    1701 99 10  (2)

    26,72

    7,35

    1701 99 90  (2)

    26,72

    7,35

    1702 90 99  (3)

    0,27

    0,38


    (1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

    (2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


    Top