Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0725

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 725/2008 ta’ l- 24 ta' Lulju 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

    ĠU L 198, 26.7.2008, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/725/oj

    26.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 198/32


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 725/2008

    ta’ l-24 ta' Lulju 2008

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta’ l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

    (3)

    Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

    (4)

    Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhix skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tiġi evokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    László KOVÁCS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 9).

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, tas-20.12.2006, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    1.

    Prodott li jikkonsisti minn (% bil-piż):

    Baqta

    32,4

    Ħalib xkumat

    32,9

    Krema (33,5 % xaħam)

    12,4

    Zokkor

    4,5

    Kif ukoll preparazzjoni tal-frott, prodott tax-xorrox, stabilizzatur, kulturi tal-jogurt

    Il-kontenut tax-xaħam huwa ta’ 4,3 % bil-piż.

    Il-kulur tal-prodott huwa aħmar ċar. Id-dehra tas-sustanza hija ta’ ġobon frisk. Biċċiet mill-preparazzjoni tal-frott jidhru fis-sustanza.

    Il-prodott huwa mqiegħed f’kontenituri ta’ 150 g.

    0406 10 20

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 0406 , 0406 10 u 0406 10 20 .

    Il-prodott fih aktar minn 70 % bil-piż tal-prodotti tal-ħalib, li minnhom il-baqta tagħtih il-karatteristika essenzjali. Għalhekk jibqa’ jżomm in-natura ta’ ġobon u baqta friski.

    Għal dik ir-raġuni l-prodott għandu jkun ikklassifikat f’titlu 0406 .

    2.

    Prodott li jikkonsisti minn (% bil-piż):

    Baqta

    41,7

    Jogurt mill-ħalib xkumat

    29,7

    Preparazzjoni tal-frott

    20

    Ġulepp tal-fruttożju

    5

    Konċentrat tal-proteina

    2

    Sustanza li tgħaqqad

    0,9

    Krema

    0,7

    Il-kontenut tax-xaħam huwa ta’ 0,4 % bil-piż.

    Il-prodott għandu żewġ saffi: is-sustanza bajda li fiha l-baqta fil-wiċċ u l-preparazzjoni tal-frott li tinsab taħt dik is-sustanza. Id-dehra tas-sustanza fil-wiċċ hija dik ta’ ġobon frisk.

    Il-prodott huwa mqiegħed f’kontenituri ta’ 125 g.

    0406 10 20

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 0406 , 0406 10 u 0406 10 20 .

    Il-prodott fih aktar minn 70 % bil-piż tal-prodotti tal-ħalib, li minnhom il-baqta tagħtih il-karatteristika essenzjali. Għalhekk jibqa’ jżomm in-natura ta’ ġobon u baqta friski

    Għal dik ir-raġuni l-prodott għandu jkun ikklassifikat f’titlu 0406 .


    Top