Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0076

    Direttiva tal-Kummissjoni 2008/76/KE tal- 25 ta’ Lulju 2008 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 198, 26.7.2008, p. 37–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/76/oj

    26.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 198/37


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/76/KE

    tal-25 ta’ Lulju 2008

    li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar is-sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta’ prodotti maħsuba għall-għalf ta’ l-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipulati fl-Anness I għal din id-Direttiva huwa pprojbit.

    (2)

    L-iżviluppi riċenti fl-għarfien tekniku dwar il-formulazzjoni ta’ l-għalf tal-ħut bl-użu dejjem akbar ta’ krustaċji tal-baħar bħal frott tal-baħar bħala materjal ta’ l-għalf fl-għalf tal-ħut, iwasslu biex ir-reviżjoni tal-livell massimu għall-fluworin fl-għalf tal-ħut issir b’mod xieraq. Mill-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat-22 ta’ Settembru 2004 (2) jirriżulta li ż-żieda fil-livell massimu permissibbli ta’ fluworin fl-għalf tal-ħut ma għandhiex twassal għal riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali. Fir-rigward ta’ Lolium temulentum u Lolium remotum, l-EFSA tirrakkomanda, fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Jannar 2007 (3), it-tħassir ta’ l-entrati separati għal dawn iż-żewġ speċi ta’ pjanti u l-applikazzjoni tal-kontenut massimu ġenerali għal żrieragħ ta’ ħaxix ħażin u frott mhux mitħun u mhux magħsur li fih alkalojdi, glucosides u sustanzi tossiċi oħra, kif stabbilit fir-ringiela 14 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE.

    (3)

    Fir-rigward ta’ DDT, l-isem DDD għandu jiġi inkluż fir-ringiela li tikkonċerna din is-sustanza fl-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE, peress li dan l-isem jintuża aktar għall-metabolite dichlorodiphenyl-dichloroethane milli għat-TDE (4).

    (4)

    Fir-rigward tal-berquq (Prunus armeniaca L.) u tal-lewż morr (Prunus dulcis var. amara jew Prunus amygdalus Batsch var; amara), jista’ jiġi konkluż mill-opinjoni ta’ l-EFSA tat-23 ta’ Novembru 2006 (5) li r-rekwiżit għal nuqqas ta’ ammonti kwantifikabbli ta’ berquq u lewż morr mhuwiex meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali u li hu biżżejjed li jiġu applikati livelli massimi ġenerali għal aċidu idroċjaniku, kif stabbilit fir-ringiela 8 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE. Għaldaqstant huwa xieraq li jitħassru r-rekwiżiti speċifiċi għal berquq u lewż morr.

    (5)

    Il-Camelina (Camelina sativa) hija inkluża fl-Anness għad-Direttiva 2002/32/KE u ż-żerriegħa u l-frott ta’ dawn l-ispeċi tal-pjanta kif ukoll id-derivattivi proċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti biss f’għalf ta’ l-annimali f’ammonti żgħar ħafna li ma jistgħux ikunu determinati b’mod kwantitattiv.

    (6)

    Hemm interess mill-ġdid fil-Camelina sativa bħala ħaxixa taż-żerriegħa taż-żejt minħabba domanda dejjem akbar għal ħxejjex alternattivi taż-żerriegħa taż-żejt ta’ konsum baxx bil-potenzjal għal użu tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni taż-żerriegħa taż-żejt fl-għalf ta’ l-annimali. Mill-opinjoni ta’ l-EFSA tas-27 ta’ Novembru 2007 (6) jista’ jiġi konkluż li r-rekwiżit għal nuqqas ta’ ammonti kwantifikabbli ta’ Camelina sativa u d-derivattivi tagħhom mhuwiex meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali sakemm l-ammont ta’ glucosinolates totali fid-dieta ma jipperikolax is-saħħa pubblika u ta’ l-annimali. Il-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali kontra l-effetti tossiċi tal-glucosinolates huwa żgurat permezz tal-provvediment għal żejt tal-mustarda volatili f’għalf komplut, li għalih il-livell massimu huwa espress bħala allyl isothiocyanates, billi t-tossiċità tal-glucosinolates hija, skond l-opinjoni ta’ l-EFSA, ġeneralment attribwita għall-(iso)thiocyanates. Huwa għaldaqstant xieraq li jitħassar ir-rekwiżit għal nuqqas ta’ ammonti kwantifikabbli ta’ Camelina sativa mill-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE.

    (7)

    Id-Direttiva 2002/32/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2009. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/77/KE (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 53. Edizzjoni Speċjali ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 254).

    (2)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-fluworin bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali, adottata fit-22 ta’ Settembru 2004 http://www.efsa.europa.eu/EFSA/Scientific_Opinion/opinion_contam08_ej100_fluorine_en1,0.pdf

    (3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea relatata ma’ pyrrolizidine alkaloids bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali adottata fil-25 ta’ Jannar 2007 http://www.efsa.europa.eu/EFSA/Scientific_Opinion/contam_ej447_op_pyrrolizidine%20alkaloids%20in%20feed_en.pdf

    (4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba mill-Kummissjoni relatata mad-DDT bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali, adottata fit-22 ta’ Novembru 2006 http://www.efsa.europa.eu/EFSA/Scientific_Opinion/CONTAM_ej433_DDT_en,2.pdf

    (5)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata ma’ komposti ċjanoġeniċi bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali adottata fit-23 ta’ Novembru 2006 http://www.efsa.europa.eu/EFSA/Scientific_Opinion/CONTAM_ej434_op_cyanogenic_compounds_in_feed_en,1.pdf

    (6)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-glucosinolates bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali, adottata fis-27 ta’ Novembru 2007 http://www.efsa.europa.eu/EFSA/Scientific_Opinion/contam_op_ej590_glucosinolates_en.pdf


    ANNESS

    L-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Ir-Ringiela 3, Fluworin, qed jinbidel b’dan li ġej:

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf ta’ l-annimali

    Kontenut massimu f’ mg/kg (ppm) li huwa relattiv għal għalf ta’ l-annimali b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    (1)

    (2)

    (3)

    “3.

    Fluworin (*)

    Materjali ta’ l-għalf bl-eċċezzjoni ta’

    150

    għalf ta’ l-annimali li joriġina mill-annimali bl-eċċezzjoni ta’ krustaċji tal-baħar bħal frott tal-baħar

    500

    krustaċji tal-baħar bħal frott tal-baħar

    3 000

    fosfati

    2 000

    karbunat tal-kalċju

    350

    ossidu tal-manjesju

    600

    alka tal-baħar kalkarja

    1 000

    Vermikulit (E 561)

    3 000  (**)

    Għalf ta’ l-annimali komplementari

     

    li fihom ≤ 4 % fosfru

    500

    li fihom > 4 % fosfru

    125 għal kull 1 % fosfru

    Għalf ta’ l-annimali komplut bl-eċċezzjoni ta’

    150

    għalf ta’ l-annimali komplut għal annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ u mogħoż

     

    fit-treddigħ

    30

    oħrajn

    50

    għalf ta’ l-annimali komplut għall-ħnieżer

    100

    għalf ta’ l-annimali komplut għat-tjur

    350

    għalf ta’ l-annimali komplut għall-flieles

    250

    għalf ta’ l-annimali komplut għall-ħut

    350

    (2)

    Ir-Ringiela 14, Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u frott mhux mitħun u mhux magħsur li fih alkalojdi, glucosides jew sustanzi tossiċi oħra, qed tinbidel b’dan li ġej:

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf ta’ l-annimali

    Kontenut massimu f’ mg/kg (ppm) li huwa relattiv għal għalf ta’ l-annimali b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    (1)

    (2)

    (3)

    “14.

    Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u frott mhux mitħun u mhux magħsur li fih alkalojdi, glucosides jew sustanzi tossiċi oħra separatament jew flimkien inkluża

    L-għalf kollu ta’ l-annimali

    3 000

    Datura stramonium L.

     

    1 000 ”

    (3)

    Ir-ringiela 21, DDT, qed tinbidel b’dan li ġej

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf ta’ l-annimali

    Kontenut massimu f’ mg/kg (ppm) li huwa relattiv għal għalf ta’ l-annimali b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    (1)

    (2)

    (3)

    “DDT (total ta’ DDT-, DDD- (jew TDE-) u DDE-iżomeri, espressi bħala DDT)

    L-għalf kollu ta’ l-annimali bl-eċċezzjoni ta'

    0,05

    xaħmijiet u żjut

    0,5 ”

    (4)

    Ir-ringiela 28, Berquq – Prunus armeniaca L, ir-ringiela 29, Lewż morr – Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb var. amara (DC.) Focke (= Prunus amygdalus Batsch var. amara (DC.) Focke), u r-ringiela 31, Camelina – Camelina sativa (L.) Crantz, huma mħassra.


    (*)  il-livelli massimi jirreferu għal determinazzjoni analitika tal-fluworin, fejn l-estrazzjoni ssir bl-aċidu idrokloriku 1 N għal 20 minuta f’temperatura ambjentali. Proċeduri ta’ estrazzjoni ekwivalenti jistgħu jiġu applikati fejn jista’ jintwera li l-proċedura ta’ estrazzjoni wżata għandha l-istess effiċjenza ta’ estrazzjoni.

    (**)  Il-livelli għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Diċembru 2008 bl-għan li jitnaqqsu l-livelli massimi”


    Top