Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0073

Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE tal- 15 ta’ Lulju 2008 li tissimplifika l-proċeduri ta’ l-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/09/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/73/oj

14.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 219/40


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE

tal-15 ta’ Lulju 2008

li tissimplifika l-proċeduri ta’ l-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-leġislazzjoni tal-Komunità fil-qasam veterinarju tipprevedi li ċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-annimali bovini, porċini, kaprini u ovini, ċentri ta’ raggruppar ta’ l-ekwini, il-bejjiegħa ta’ dawk l-annimali, l-istabbilimenti tat-tjur, iċ-ċentri ta’ ġbir jew ħażna tas-semen u l-iskwadri ta’ ġbir jew ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni u ċerti korpi, istituti u ċentri (“stabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali”) għandhom jikkonformaw ma’ ċerti kondizzjonijiet u għandhom ikunu approvati uffiċjalment mill-Istati Membri għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom, u b’mod partikolari l-materjali ġenetiċi ta’ l-annimali bħal semen, ova u embrijuni.

(2)

Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità tipprovdi għal proċeduri differenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni, l-elenkar, l-aġġornar, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali. Madankollu, id-differenzi fil-proċeduri jikkumplikaw l-elenkar u l-aġġornar u jagħmlu l-użu prattiku ta’ dawk il-listi għas-servizzi tal-kontroll kompetenti u għall-operaturi kkonċernati diffiċli ħafna.

(3)

Għalhekk dawk il-proċeduri għandhom ikunu armonizzati u jipprovdu regoli aktar sistematiċi, koerenti u uniformi fir-rigward tal-ħames elementi ewlenin ta’ proċeduri bħal dawn, jiġifieri r-reġistrazzjoni, l-elenkar, l-aġġornar, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni tal-listi.

(4)

Barra dan, billi huwa l-kompitu ta’ l-Istati Membri li jikkontrollaw il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfatti mill-istabbilimenti differenti tas-saħħa ta’ l-annimali sabiex ikunu elenkati, ir-responsabbiltà għat-tfassil tal-listi għandha tkun ta’ l-Istati Membri u mhux tal-Kummissjoni.

(5)

L-Istati Membri għandhom għalhekk ifasslu u jżommu aġġornati l-listi ta’ l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali kkonċernati u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku. Sabiex jiġu armonizzati l-formoli tal-mudell ta’ dawk il-listi u l-mod ta’ kif jinkiseb aċċess sempliċi għal-listi aġġornati mill-Komunità, jeħtieġ li jkunu introdotti kriterji komuni taħt il-proċedura tal-komitoloġija.

(6)

Għaċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli tal-Komunità, din il-proċedura l-ġdida għandha tapplika wkoll fil-qasam żootekniku, b’mod partikolari għall-assoċjazzjonijiet għat-trobbija approvati biex iżommu jew jistabbilixxu reġistri tal-merħla fl-Istati Membri u għat-tagħrif li għandu jingħata mill-Istati Membri dwar il-kompetizzjonijiet ekwini skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-ekwidi maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha (1).

(7)

B’mod simili għar-regoli applikati għall-kummerċ intra-Komunitarju, l-importazzjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni hija rregolata b’mod li l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-oriġini fil-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet sabiex inaqqsu r-riskji għas-saħħa ta’ l-annimali. Għalhekk, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ materjali ġenetiċi bħal dawn għandha tkun awtorizzata biss minn ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen u minn skwadri ta’ ġbir jew produzzjoni ta’ l-embrijuni approvati uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond il-ħtiġijiet tal-Komunità u wara spezzjonijiet veterinarji tal-Komunità, fejn xieraq.

(8)

Skond it-tip tal-materjali ġenetiċi u skond l-ispeċi kkonċernati, il-proċeduri attwali għall-elenkar ta’ l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali u għall-aġġornar tal-listi rilevanti huma differenti, u jvarjaw minn deċiżjonijiet adottati taħt il-proċedura ta’ komitoloġija skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2) sa konsultazzjoni sempliċi ma’ l-Istati Membri.

(9)

Il-koeżistenza ta’ proċeduri differenti tista' twassal għal konfużjoni u inċertezza fost l-uffiċjali amministrattivi f'pajjiżi terzi, l-industrija tal-biedja u l-operaturi tal-kummerċ. Peress li hija responsabilità tal-pajjiżi terzi li jikkontrollaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali differenti sabiex jiġu elenkati bħala approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità skond ir-rekwiżiti Komunitarji, il-qafas ġuridiku attwali għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti għandu jiġu armonizzat u ssimplifikat, ħalli r-responsabilità għat-tfassil u l-aġġornament tal-listi taqa' f'idejn il-pajjiżi terzi u mhux f'idejn il-Kummissjoni. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-livell ta’ garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali mogħti mill-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunx affettwat. Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni huma bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li tieħu miżuri ta’ salvagwardja jekk ikun hemm bżonn.

(10)

Il-proċeduri differenti eżistenti għandhom għalhekk jinbidlu bi proċedura li taħtha l-importazzjoni lejn il-Komunità għandha tkun permessa biss minn pajjiżi terzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti jfasslu u jżommu aġġornati l-listi u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar dawk il-listi u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għall-għanijiet tat-tagħrif. Fil-każ ta’ tħassib dwar il-listi kkomunikati mill-pajjiżi terzi, il-miżuri ta’ salvagwardja għandhom jiġu adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3).

(11)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, dik il-proċedura għandha tapplika wkoll għall-awtoritajiet fil-pajjiżi terzi approvati bil-għan li jżommu reġistru tal-merħla, reġistru tan-nagħaġ u l-mogħoż jew reġistru għaż-żwiemel tar-razza skond il-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Komunità.

(12)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (4) tipprevedi li f'każ fejn annimali importati minn pajjiżi terzi jitqiegħdu f'ċentru ta’ kwarantina fit-territorju Komunitarju, dan iċ-ċentru ta’ kwarantina għandu jkun approvat u l-lista taċ-ċentri ta’ kwarantina għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għaċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli Komunitarji, għandha tapplika wkoll proċedura simplifikata għall-aġġornament tal-lista ta’ ċentri ta’ kwarantina fl-Istati Membri.

(13)

Fil-qasam veterinarju, il-Kummissjoni hija responsabbli li tistabbilixxi u taġġorna l-listi tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza approvati u ta’ laboratorji approvati oħrajn fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri.

(14)

Skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, l-emendi f’dawk il-listi jsiru wara t-talba ta’ l-Istat Membru, u d-deċiżjoni tiġi adottata taħt il-proċedura tal-komitoloġija skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, jew mill-Kunsill fuq il-proposta tal-Kummissjoni.

(15)

Madankollu, l-emendi f’dawn il-listi spiss ikunu ta’ natura purament formali, bħal tibdiliet fid-dettalji tal-kuntatt tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza jew tal-laboratorji approvati l-oħrajn in kwistjoni.

(16)

Il-prassi attwali kienet li jsiru aġġornamenti perjodiċi biss tal-listi ta’ dawk il-laboratorji biex jitnaqqas l-għadd tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jridu jittieħdu. Madankollu, dik il-prattika ma tiggarantix l-aġġornament rapidu ta’ dawk il-listi. Dan jista’ jikkomprometti l-istatus ġuridiku tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u ta’ laboratorji approvati oħrajn.

(17)

Billi l-Istati Membri jinnominaw il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u jipprovdu d-dettalji u l-aġġornamenti meħtieġa kollha, ir-responsabbiltà għat-tfassil tal-listi ta’ laboratorji bħal dawn għandha tkun ta’ l-Istati Membri u mhux tal-Kummissjoni. B’mod simili, ir-responsabbiltà għat-tfassil tal-listi ta’ laboratorji approvati oħrajn għandha tkun ta’ l-Istati Membri.

(18)

L-Istati Membri għandhom għalhekk ifasslu u jżommu aġġornati l-listi tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u ta’ laboratorji approvati oħrajn ikkonċernati u jagħmluhom disponibbli lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-pubbliku. Sabiex jiġi armonizzat il-mudell ta’ dawk il-listi u l-mod ta’ kif jinkiseb aċċess sempliċi għal-listi aġġornati mill-Komunità, jeħtieġ li jkunu stabbiliti kriterji komuni taħt il-proċedura tal-komitoloġija.

(19)

Madankollu, fejn il-listi jikkonċernaw il-laboratorji approvati li jinsabu fil-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tkompli tkun responsabbli għat-tfassil u għall-ippubblikar tal-listi ta’ dawn il-laboratorji.

(20)

Sabiex ikun evitat kull taħwid dwar l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-laboratorji ppreżentati mill-Istati Membri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istitut speċifiku responsabbli mit-tfassil tal-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi li jimmonitorjaw l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (5), f’din id-Direttiva għandhom jiġu stipulati miżuri tranżitorji.

(21)

L-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali (6) jipprevedi li annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni maħsuba għall-kummerċ intrakomunitarju għandhom jiġu minn merħla uffiċjalment libera mit-tuberkulosi, u fil-każ ta’ annimali ta’ aktar minn sitt ġimgħat, ikunu rreaġixxew negattivament għal test tat-tuberkulin intradermali mwettaq fit-30 jum qabel ma jħallu l-merħla ta’ l-oriġini. Minħabba użanzi tradizzjonali fil-biedja u l-kummerċ, xi Stati Membri kellhom diffikultà biex jikkonformaw ma’ dan l-ittestjar ta’ qabel l-ispostament. Huwa għalhekk meħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li t-test tat-tuberkulin intradermali jsir f'post differenti mill-impriża ta’ l-oriġini li għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura ta’ komitoloġija.

(22)

Barra minn hekk, ċerti Annessi għad-Direttiva 64/432/KEE, li huma ta’ natura purament teknika, bħalma huma dawk relatati mat-testijiet tas-saħħa ta’ l-annimali, il-lista ta’ mard li għandu jiġi nnotifikat obbligatorjament jew iċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali, għandhom jiġu emendati permezz tal-proċedura ta’ Komitoloġija biex ikun jista' jittieħed kont malajr ta’ l-iżviluppi xjentifiċi l-ġodda. Madankollu, l-emendar ta’ l-Annessi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet dettaljati fir-rigward ta’ l-istatus ta’ ħelsien mill-mard, li jista' jkollu impatt fuq il-kummerċ intra-Komunitarju, għandu jkun riżervat għall-Kunsill.

(23)

Mill-bidu tas-snin disgħin ‘il hawn saru żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi fil-ġbir u l-produzzjoni ta’ materjal ġenetiku. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux soġġetti għal ħtiġiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (7) ma ġietx aġġornata biex jittieħed kont ta’ din l-evoluzzjoni u ta’ l-istandards il-ġodda ta’ l-OIE. Huwa għalhekk xieraq li din id-Direttiva tkun emendata u jiżdiedu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kummerċ fi, u l-importazzjonijiet ta’ materjal ġenetiku dderivat minn annimali li mhumiex ta’ l-ispeċi ovina, kaprina, ekwina u porċina. Barra minn hekk, sakemm jiġu stabbiliti regoli armonizzati dettaljati f'dan il-qasam, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw ir-regoli nazzjonali. Bl-istess mod, sakemm jiġu stabbiliti regoli armonizzati dettaljati fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ annimali koperti b'dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw ir-regoli nazzjonali.

(24)

Il-Kunsill, skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta’ liġijiet (8), għandu jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li għandhom, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

(25)

Id-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 77/504/KEE (9), 88/407/KEE (10), 88/661/KEE (11), 89/361/KEE (12), 89/556/KEE (13), 90/426/KEE (14), 90/427/KEE (15), 90/428/KEE, 90/429/KEE (16), 90/539/KEE (17), 91/68/KEE (18), 91/496/KEE, 92/35/KEE (19), 92/65/KEE, 92/66/KEE (20), 92/119/KEE (21) u 94/28/KE (22), 2000/75/KE (23), id-Deċiżjoni 2000/258/KE, id-Direttivi tal-Kunsill 2001/89/KE (24), 2002/60/KE (25), u 2005/94/KE (26) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Direttiva 64/432/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 (a) għandu jinbidel bi:

“jiġu minn merħla uffiċjalment libera mit-tuberkulosi, u fil-każ ta’ annimali ta’ aktar minn sitt ġimgħat, ikunu rreaġixxew negattivament għal test tat-tuberkulin intradermali mwettaq skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2 ta’ l-Anness B jew fit-30 jum qabel ma jħallu l-merħla ta’ l-oriġini jew f'post u f'kondizzjonijiet li għandhom jiġu ddefiniti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17.”;

(2)

għandu jiddaħħal Artikolu kif ġej:

“Artikolu 6a

L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-Istituti Statali, il-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali jew l-Istituti Uffiċjali responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi ta’ dijanjosi msemmija fl-Annessi A sa D. Huma għandhom iżommu listi aġġornati tagħhom u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta’ dawk l-Istituti ta’ l-Istat, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza u l-Istituti Uffiċjali huma stipulati fl-Annessi B u C u fil-Kapitolu II ta’ l-Anness D.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2).”;

(3)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ numru ta’ approvazzjoni għal kull ċentru tal-ġbir approvat. L-approvazzjonijiet taċ-ċentri ta’ assemblaġġ jistgħu jkunu limitati għal speċi partikolari jew għall-annimali għal tnissil u produzzjoni jew għall-annimali għall-qatla.

L-awtorità kompetenti għandha tfassal u żżomm aġġornata l-lista taċ-ċentri approvati ta’ assemblaġġ u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.”;

(4)

fl-Artikolu 13, għandhom jiġu miżjuda l-paragrafi segwenti:

“5.   L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista tal-kummerċjanti approvati u tal-postijiet reġistrati użati mill-kummerċjanti b'konnessjoni man-negozju tagħhom u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

6.   Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 5 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2).”;

(5)

L-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

L-Annessi A u D (Kapitolu I), għandhom jiġu emendati mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-addattament tagħhom għal żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi.

L-Annessi B, C, D (Kapitolu II), E u F għandhom jiġu emendati mill-Kummissjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 17.”;

(6)

L-Anness B għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

punt 4.1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.1.   Kompiti u responsabbiltajiet

L-Istituti ta’ l-Istat, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza jew l-Istituti Uffiċjali indikati skond l-Artikolu 6a għandhom ikunu responsabbli għat-testijiet uffiċjali ta’ tuberkolini jew reaġenti inklużi fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament fl-Istati Membri rispettivi tagħhom biex jaċċertaw li kull wieħed minn dawn it-tuberkolini jew reaġenti jlaħħaq ma’ l-istandards imsemmija fil-punt 2.1 u fil-paragrafu 3 rispettivament.”;

(b)

il-punt 4.2 għandu jiġi mħassar;

(7)

L-Anness C għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 4.1, is-sentenza introduttorja għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza magħżulin skond l-Artikolu 6a għandhom ikunu responsabbli minn:”;

(b)

il-punt 4.2 għandu jiġi mħassar.

(8)

fl-Anness D, il-Kapitolu II.A, il-punti 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“2.

L-Istituti ta’ l-Istat, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza jew l-Istituti Uffiċjali maħtura skond l-Artikolu 6a biex jikkoordinaw l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi tat-testijiet għal lewkożi bovina enżootika għandhom ikunu responsabbli għall-kalibrar ta’ l-antiġenu standard użat fil-laboratorju kontra s-serum standard uffiċjali tal-KE (EI serum) ipprovdut mill-Istitut Veterinarju Nazzjonali, Università Teknika tad-Danimarka.

3.

L-antiġeni standard użati fil-laboratorju għandhom jintbagħtu mill-inqas darba fis-sena lill-Istituti ta’ l-Istat, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza jew l-Istituti Uffiċjali indikati skond l-Artikolu 6a, għall-ittestjar kontra s-serum standard uffiċjali tal-KE. Apparti din l-istandardizzazzjoni, l-antiġenu li jkun qed jintuża jista’ jiġi kkalibrat skond il-metodu deskritt f’B.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 77/504/KEE

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħal fid-Direttiva 77/504/KEE:

“Artikolu 4a

1.   L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ korpi kif imsemmi fl-Artikolu 1 (b), l-ewwel inċiż, li huma rikonoxxuti uffiċjalment għall-għan li jżommu jew jistabbilixxu r-reġistri tal-merħla u jqegħduha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

2.   Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2).”;

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 88/407/KEE

Id-Direttiva 88/407/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Iċ-ċentri kollha ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen għandhom ikunu rreġistrati, u kull ċentru jingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja. Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista taċ-ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

3.   Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(2)

L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni tas-semen mibgħuta minn ċentru ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 8 u li għalih l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat tista’ tiggarantixxi li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissodisfa l-kondizzjonijiet:

(i)

għall-approvazzjoni taċ-ċentri ta’ kollezzjoni jew taċ-ċentri ta’ ħażna tas-semen stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A;

(ii)

rigward is-sorveljanza ta’ dawn iċ-ċentri stipulati fil-Kapitolu II tiegħu;

(b)

ikun ġie uffiċjalment approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c)

ikun tqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju taċ-ċentru;

(d)

ikun soġġett għal spezzjonijiet minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz mill-anqas darbtejn fis-sena.

2.   Il-lista taċ-ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tidher fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 8 approvat skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li minnhom is-semen jista’ jintbagħat lejn il-Komunità għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jkunx jissodisfa aktar il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-listi ġodda jew aġġornati kollha li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz skond dan il-paragrafu u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

3.   Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(3)

L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva.”.

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 88/661/KEE

Id-Direttiva 88/661/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal Artikolu kif ġej:

“Artikolu 4a

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista ta’ korpi kif imsemmi fl-Artikolu 1(c), l-ewwel inċiż, u jqegħduha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).”;

(2)

għandu jiddaħħal Artikolu kif ġej:

“Artikolu 7a

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ korpi kif imsemmi fl-Artikolu 1(d), l-ewwel inċiż, u jqegħduha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).”.

Artikolu 5

Emendi għad-Direttiva 89/361/KEE

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/361/KEE għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista tal-korpi kif imsemmi fl-Artikolu 2 (b), l-ewwel inċiż, li huma approvati uffiċjalment bil-għan li jżommu jew jistabbilixxu r-reġistri tan-nagħaġ u l-mogħoż u li jilħqu l-kriterji stabbiliti skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4 u jqegħduha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8.”.

Artikolu 6

Emendi għad-Direttiva 89/556/KEE

Id-Direttiva 89/556/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċernat għandha tirreġistra l-iskwadri ta’ ġbir ta’ embrijuni u tagħti numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja lil kull skwadra.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata l-lista ta’ l-iskwadri ta’ ġbir ta’ embrijuni u n-numri tar-reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.”;

(2)

L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta’ l-embrijuni mibgħuta minn skwadra ta’ kolletturi jew tal-produzzjoni ta’ l-embrijuni f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 7 u li għaliha l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat tista’ tiggarantixxi li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tissodisfa l-kondizzjonijiet:

(i)

għall-approvazzjoni ta’ l-iskwadri ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u tal-produzzjoni ta’ l-embrijuni stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A;

(ii)

rigward il-ġbir, l-ipproċessar, il-ħażna u t-trasport ta’ l-embrijuni minn dawn l-iskwadri stipulati fil-Kapitolu II ta’ dak l-Anness;

(b)

tkun ġiet uffiċjalment approvata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c)

tkun soġġetta għal spezzjonijiet minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz mill-anqas darbtejn fis-sena.

2.   Il-lista ta’ l-iskwadri ta’ ġbir jew tal-produzzjoni ta’ l-embrijuni li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 7 tkun approvat skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li minnhom l-embrijuni jistgħu jintbagħtu lejn il-Komunità għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ skwadra ta’ ġbir jew ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma tissodisfax aktar il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-listi ġodda jew aġġornati kollha li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond dan il-paragrafu u għandha tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

3.   Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(3)

L-Artikolu 11 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva.”.

Artikolu 7

Emendi għad-Direttiva 90/426/KEE

Fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/426/KEE, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ekwidi għandhom ikunu ttrasportati, kemm jista’ jkun malajr, mill-impriża ta’ l-oriġini jew direttament jew inkella permezz ta’ suq approvat jew ċentru ta’ ragruppar kif definit bħala ‘ċentru ta’ assemblaġġ’ fl-Artikolu 2(2)(o) tad-Direttiva 64/432/KEE sal-post tad-destinazzjoni f’vetturi jew kontenituri li jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati regolarment b’diżinfettant f’intervalli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri tad-dispaċċ. Il-vetturi jridu jkunu iddisinjati b’tali mod li ħmieġ ta’ l-ekwidi, tiben jew għalf ma jkunx jista’ joħroġ mill-vettura waqt it-trasport. It-trasport irid isir b’tali mod li s-saħħa u l-istat tajjeb ta’ l-ekwidi jistgħu jkunu protetti b'mod effettiv.”

Artikolu 8

Emendi għad-Direttiva 90/427/KEE

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/427/KEE għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista ta’ korpi li jżommu jew jistabbilixxu r-reġistri għaż-żwiemel tar-razza kif imsemmi fl-Artikolu 2 (c), l-ewwel inċiż, li huma approvati jew rikonoxxuti abbażi tal-kriterji stabbiliti skond l-Artikolu 4(2)(a) u jqegħduha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10.”.

Artikolu 9

Emendi għad-Direttiva 90/428/KEE

Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/428/KEE, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Madanakollu,

L-obbligi msemmija fl-Artikolu 3 m’għandhomx jaffettwaw l-organizzazzjoni ta’:

(a)

kompetizzjonijiet riżervati għall-ekwidi rreġistrati f’reġistru għaż-żwiemel tar-razza speċifiku bil-għan li jippermetti t-titjib tan-nisel;

(b)

kompetizzjonijiet reġjonali bil-ħsieb li jintgħażlu l-equidae;

(c)

l-avvenimenti storiċi jew tradizzjonali.

L-Istati Membri li jkun bi ħsiebhom japprofittaw minn dawn il-possibbiltajiet għandhom jagħmlu din l-intenzjoni u l-ġustifikazzjonijiet tagħha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku minn qabel.

għal kull kompetizzjoni jew tip ta’ kompetizzjoni l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jirriżervaw, permezz ta’ l-entitjaiet uffiċjali approvati jew irrikonoxxuti għal dan l-iskop, ċertu perċentwali tal-premju fi flus jew il-profitti riferiti fil-paragrafu 1(ċ) għas-salvagwardja, l-iżvilupp u t-titjib tat-tnissil.

Il-perċentwali ma tistax taqbeż l-20 % mill-1993.

Il-kriterji għat-tqassim ta’ dawn il-fondi fl-Istat Membru kkonċernat għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.”.

Artikolu 10

Emendi għad-Direttiva 90/429/KEE

Id-Direttiva 90/429/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Iċ-ċentri kollha ta’ ġbir ta’ semen għandhom jiġu rreġistrati, b'kull ċentru jingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata l-lista taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.”;

(2)

L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta’ semen mibgħut minn ċentru ta’ ġbir ta’ semen f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 7 u li għalih l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat tista’ tiggarantixxi li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissodisfa l-kondizzjonijiet:

(i)

għall-approvazzjoni taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A;

(ii)

rigward is-sorveljanza ta’ dawn iċ-ċentri stipulati fil-Kapitolu II tiegħu;

(b)

ikun ġie uffiċjalment approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c)

ikun tqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju taċ-ċentru;

(d)

ikun suġġett għal spezzjonijiet minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-anqas darbtejn fis-sena.

2.   Il-lista taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tidher fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 7 approvat skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li minnhom is-semen jista’ jintbagħat lejn il-Komunità għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ ġbir ta’ semen għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-listi ġodda jew aġġornati kollha li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond dan il-paragrafu u għandha tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

3.   Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(3)

fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva.”

Artikolu 11

Emendi għad-Direttiva 90/539/KEE

Id-Direttiva 90/539/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej

(1)

L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Kull Stat Membru għandu jinnomina laboratorju ta’ referenza nazzjonali sabiex ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-metodi dijanjostiċi stipulati f’din id-Direttiva u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu.

Kull Stat Membru għandu jagħmel id-dettalji tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali tiegħu, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).”

(2)

għandu jiddaħħal Artikolu kif ġej:

“Artikolu 6a

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista ta’ l-istabbilimenti approvati skond il-punt 1(a) ta’ l-Artikolu 6 u n-numri ta’ distinzjoni tagħhom, u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.”;

(3)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1 għandu jiġi mħassar;

(ii)

il-punt 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għal mard relatat ma’ l-għasafar maħtura skond l-Artikolu 4 għandhom ikunu responsabbli f’kull Stat Membru għall-koordinazzjoni tal-metodi dijanjostiċi stipulati f’din id-Direttiva. Għal dan il-għan:

(a)

huma jistgħu jfornu lil-laboratorji approvati bir-reaġenti meħtieġa għall-ittestjar dijanjostiku;

(b)

huma għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-reaġenti użati mil-laboratorji approvati għall-finijiet li jwettqu t-testijiet dijanjostiċi previsti f'din id-Direttiva;

(c)

għandhom jorganizzaw testijiet komparattivi perjodiċi.”.

Artikolu 12

Emendi għad-Direttiva 91/68/KEE

Id-Direttiva 91/68/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8a, il-paragrafu (3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ numru ta’ approvazzjoni għal kull ċentru tal-ġbir approvat. L-approvazzjonijiet jistgħu jkunu limitati għal speċi waħda jew aktar koperti minn din id-Direttiva jew għall-annimali għat-trobbija jew għat-tismin, jew għall-annimali għall-qatla.

L-awtorità kompetenti għandha tfassal u żżomm aġġornata l-lista taċ-ċentri tal-ġbir approvati u n-numri ta’ l-approvazzjoni uniċi tagħhom u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.”

(2)

fl-Artikolu 8b, il-paragrafu (5) segwenti għandu jiġi miżjud:

“5.   L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista tan-negozjanti approvati u tal-bini rreġistrat użat min-negozjanti għan-negozju tagħhom u n-numri ta’ l-approvazzjoni tagħhom u għandhom jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).”.

Artikolu 13

Emendi għad-Direttiva 91/496/KEE

Fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/496/KEE, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.

(a)

Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22 għandha tiġi segwita sabiex tiġi approvata u sussegwentement aġġornata l-lista ta’ ċentri ta’ kwarantina msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ dawn iċ-ċentri ta’ kwarantina u kull aġġornament sussegwenti, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(b)

Iċ-ċentri ta’ kwarantina msemmija fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 u l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Anness B għandhom ikunu approvati mill-Istati Membri, u kull ċentru jingħata numru ta’ approvazzjoni. Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista taċ-ċentri ta’ kwarantina approvati u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u jqegħedha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku. Ċentri ta’ kwarantina għandhom ikunu soġġetti għall-ispezzjoni li għaliha jiddisponi l-Artikolu 19.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan is-subparagrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22”.

Artikolu 14

Emendi għad-Direttiva 92/35/KEE

Id-Direttiva 92/35/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej

(1)

L-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru laboratorju nazzjonali biex iwettaq l-eżamijiet ta’ laboratorju stipulati f’din id-Direttiva, u għandhom jagħmlu d-dettalji ta’ dak il-laboratorju, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19.

2.   Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali maħtura skond il-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness I.

3.   Il-laboratorji nazzjonali indikati skond il-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 15.”

(2)

Fl-Anness I, is-Sezzjoni A għandha titħassar.

Artikolu 15

Emendi għad-Direttiva 92/65/KEE

Id-Direttiva 92/65/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 21 u 23, semen, ova u embrijuni biss li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 huma s-suġġett ta’ kummerċ.

2.   Semen ta’ ovini, kaprini u speċi ekwini għandhom, mingħajr preġudizzju għal xi kriterji li għandu jkun hemm konformità magħhom għad-dħul ta’ ekwidi f'kotba ta’ żwiemel tat-tkattir tar-razza għal ċertu tnissil speċifiku:

ikunu nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna bil-għan ta’ inseminazzjoni artifiċjali f'ċentru approvat mil-lat tas-saħħa skond l-Anness D(I), jew, fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini bħala deroga minn dan ta’ hawn fuq, f'impriża li tissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva 91/68/KEE,

ikunu nġabru minn annimali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness D(II),

ikunu nġabru, ġew ipproċessati, ippreservati, maħżuna u ttrasportati skond l-Anness D(III),

kellhom magħhom matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

3.   Ova u embrijuni ta’ speċi ovini, kaprini, ekwini u porċini għandhom:

ikunu ttieħdu minn donaturi femminili li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness D(IV) minn skwadra ta’ ġbir jew ġew fornuti minn skwadra ta’ produzzjoni approvata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru u li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti fl-Anness D(I) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26,

ikunu nġabru, ġew ipproċessati u ppreservati f'laboratorju adatt, maħżuna u ttrasportati skond l-Anness D(III),

ikollhom magħhom matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

Semen użat għall-inseminazzjoni ta’ donaturi femminili għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 fil-każ ta’ nagħaġ, mogħoż u ekwidi u mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/429/KEE fil-każ ta’ majjali.

Kwalunkwe garanzija addizzjonali oħra tista' tkun determinata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

4.   Iċ-ċentri approvati msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 u l-iskwadri approvati msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li kull ċentru u skwadra tingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista ta’ dawk iċ-ċentri approvati u l-iskwadri u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u għandu jqegħedha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

5.   Il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa applikabbli għal semen, ova u embrijuni ta’ speċi mhux imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

Sakemm jiġu stabbiliti l-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta’ dawn is-semen, l-ova u l-embrijuni, għandhom jibqgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali.”;

(2)

fl-Artikolu 13(2), il-punt (d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(d)

Il-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati kollha għandhom jiġu rreġistrati u maħruġa b’numru ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-punt jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.”;

(3)

fl-Artikolu 17, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“2.   Semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 biss li jissodisfaw il-ħtiġijiet segwenti jistgħu jkunu importati fil-Komunità:

(a)

iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz fuq lista li għandha tkun imħejjija bi qbil mal-paragrafu 3 (a);

(b)

irid ikun hemm magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jitfassal skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, iffirmat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż li jesporta u jiċċertifika li,

(i)

l-annimali

jissodisfaw il-kondizzjonijiet addizzjonali jew joffru l-garanziji ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 4; u

ikunu ġejjin minn ċentri, korpi, istituti approvati li joffru garanziji ta’ l-inqas ekwivalenti għal dawk fl-Anness C;

(ii)

is-semen, l-ova u l-embrijuni jkunu ġejjin minn ċentri approvati ta’ ġbir u ta’ ħażna jew skwadri ta’ ġbir u ta’ produzzjoni li joffru garanziji mill-inqas ekwivalenti għal dawk li jridu jiġu stabbiliti fl-Anness D(I) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

Sakemm jiġu stabbiliti l-listi tal-pajjiżi terzi, l-istabbilimenti approvati elenkati fil-punt (b), il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmi fil-paragrafi (a) u (b), għandhom jibqgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali dment li ma jkunux aktar favorevoli minn dawk imniżżlin fil-Kapitolu II.

3.   Is-segwenti għandu jkun stabbilit:

(a)

skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, lista tal-pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi li huma kapaċi jipprovdu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fil-Kapitolu II fir-rigward ta’ annimali, semen, ova u embrijuni;

(b)

skond dan il-punt, lista taċ-ċentri jew skwadri approvati kif imsemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 11 u fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu li jinsabu f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u li għalihom l-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-garanziji previsti fl-Artikolu 11(2) u (3).

Il-lista taċ-ċentri u l-iskwadri approvati msemmija fl-ewwel subparagrafu u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ ċentri jew skwadri għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfawx aktar il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (3) u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-listi ġodda jew aġġornati kollha li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz skond it-tieni u t-tielet subparagrafi u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-punt jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

(c)

skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, il-ħtiġiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali, b’mod partikolari għall-ħarsien tal-Komunità minn ċertu mard eżotiku, jew garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din id-Direttiva.

Il-ħtiġijiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti stabbiliti għal pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk imsemmija fil-Kapitolu II.”

(4)

fl-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u s-segwitu tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva.”

Artikolu 16

Emendi għad-Direttiva 92/66/KEE

Id-Direttiva 92/66/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi, l-użu tar-reaġenti u l-ittestjar tal-vaċċini.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-frażi preliminari għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“3.   Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi stipulati għal kull laboratorju dijanjostiku tal-marda Newcastle fl-Istat Membru. Għal dan il-għan:”;

(c)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 15.

5.   L-Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati tal-laboratorji nazzjonali jew l-istituti msemmija fil-paragrafu 1 u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).”;

(2)

L-Anness IV għandu jiġi mħassar.

Artikolu 17

Emendi għad-Direttiva 92/119/KEE

Id-Direttiva 92/119/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati tal-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.”;

(2)

fl-Anness II, il-punt 5 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 18

Emendi għad-Direttiva 94/28/KE

Id-Direttiva 94/28/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġe:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Lista tal-korpi dwar l-ispeċi u/jew ir-razez ikkonċernati li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz approvat għall-għan ta’ din id-Direttiva għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ korp għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-listi ġodda jew aġġornati kollha li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond it-tieni subparagrafu u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.”

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) għandu jiġi mħassar;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar;

(2)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu segwenti għandu jiġi miżjud:

“Fejn kull ksur serju tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(2)(b) jitlob hekk, b’mod partikolari fid-dawl tas-sejbiet rigward l-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jiġu adottati miżuri biex tkun sospiża l-importazzjoni ta’ annimali, semen, ova u embrijuni msemmija fl-Artikolu 1(1) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12.”.

Artikolu 19

Emendi għad-Direttiva 2000/75/KE

Id-Direttiva 2000/75/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru laboratorju nazzjonali responsabbli biex jagħmel it-testijiet tal-laboratorji previsti minn din id-Direttiva, u għandhom jagħmlu d-dettalji ta’ dak il-laboratorju, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(2).

2.   Id-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali maħtura skond il-paragrafu 1 huma elenkati fl-Anness I.

3.   Il-laboratorji nazzjonali maħtura skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 16.”;

(2)

fl-Anness I, is-Sezzjoni A għandha titħassar.

Artikolu 20

Emendi għad-Deċiżjoni 2000/258/KE

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   Abbażi ta’ riżultat favorevoli tal-valutazzjoni tal-laboratorju applikanti fl-Istat Membru, iddokumentat mill-AFSSA, Nancy, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tista’ tawtorizza lil-laboratorju applikanti biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja.

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ dawk il-laboratorji li huma awtorizzaw u għandhom jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

2.   Fuq il-bażi ta’ riżultat favorevoli tal-valutazzjoni tal-laboratorju applikanti fil-pajjiż terz iddokumentat mill-AFSSA, Nancy, u wara l-applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini tal-laboratorju applikanti, dan il-laboratorju għandu jiġi awtorizzat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobija.

3.   Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2).”;

(2)

għandu jiddaħħal Artikolu kif ġej:

“Artikolu 5a

Applikazzjonijiet għal approvazzjoni ta’ laboratorji mressqa mill-Istati Membri qabel l-1 ta’ Jannar 2010, skond l-Artikolu 3 u l-Anness II, għandhom ikomplu jkunu rregolati minn din id-Deċiżjoni, fil-verżjoni tagħha qabel it-3 ta’ Settembru 2008.”

(3)

L-Annessi I u II għandhom jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 21

Emendi għad-Direttiva 2001/89/KE

Id-Direttiva 2001/89/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 17(1), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-laboratorju nazzjonali huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi ta’ dijanjosi f’kull Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III.

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku, id-dettalji tal-laboratorju nazzjonali tagħhom, u kull tibdil sussegwenti, b’mod li jista’ jkun speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”;

(2)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali għall-marda ta’ l-infafet vesikolari tal-majjali”;

(b)

il-punt 1 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 22

Emendi għad-Direttiva 2002/60/KE

Id-Direttiva 2002/60/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

laboratorju nazzjonali huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u għall-metodi dijanjostiċi f’kull Stat Membru skond l-Anness IV.

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku, id-dettalji tal-laboratorju nazzjonali tagħhom, u kull tibdil sussegwenti, b’mod li jista’ jkun speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).”;

(2)

L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali għad-deni Afrikan tal-majjali”;

(b)

il-punt 1 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 23

Emendi għad-Direttiva 2005/94/KE

Fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2005/94/KE, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw laboratorju ta’ referenza nazzjonali u għandhom jagħmlu d-dettalji tiegħu, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku b’mod li jista’ jkun speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2).”.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert mid-Direttiva.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 60.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(4)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(5)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).

(6)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(7)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(8)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1. Ikkorreġut bil-ĠU C 4, 8.1.2004, p. 7.

(9)  ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(10)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/120/KE (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 63).

(11)  ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(12)  ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30.

(13)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(14)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(15)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55.

(16)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

(17)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/729/KE.

(18)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(19)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(20)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(21)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).

(22)  ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66.

(23)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE.

(24)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE.

(25)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/729/KE.

(26)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.


ANNESS

ANNESS I

AFSSA, Nancy

Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages

Technopôle Agricole et Vétérinaire

BP 40 009

54220 Malzéville Cedex

Franza

ANNESS II

L-istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-test seroloġiku biex tiġi mmonitorjata l-azzjoni tat-tilqim kontra l-idrofobija għandu:

jikkoordina l-istabbiliment, it-titjib u l-istandardizzazzjoni tal-metodi tat-titrazzjoni seroloġika fuq il-karnivori mlaqqmin kontra l-idrofobija;

jevalwa dawk il-laboratorji fl-Istati Membri li ppreżentaw l-applikazzjoni biex iwettqu t-titrazzjonijiet seroloġiċi msemmija fl-ewwel inċiż; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni għandu jintbagħat lil-laboratorju applikanti u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ir-riżultat huwa favorevoli għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni;

jevalwa dawk il-laboratorji fil-pajjiżi terzi li ppreżentaw l-applikazzjoni biex iwettqu t-titrazzjonijiet seroloġiċi msemmija fl-ewwel inċiż; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni għandu jintbagħat lil-laboratorju applikanti u lill-Kummissjoni fejn ir-riżultat huwa favorevoli għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni;

jipprovdi kull tagħrif siewi dwar il-metodi ta’ l-analiżi u l-provi komparattivi lil dawk il-laboratorji u jorganizza sessjonijiet ta’ taħriġ u korsijiet ta’ taħriġ ulterjuri għall-impjegati tagħhom;

jorganizza testijiet ta’ xeħta bejn il-laboratorji (testijiet ta’ profiċjenza);

jipprovdi assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar l-affarijiet imsemmija f’dan l-Anness, b’mod partikolari f’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil dwar ir-riżultati tat-titrazzjonijiet seroloġiċi.


Top