EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0060

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE tas- 17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (Verżjoni kodifikata) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2012; Imħassar b' 32012R0231

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/60/oj

18.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 158/17


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/60/KE

tas-17 ta’ Ġunju 2008

li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (2) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ purità għas-sustanzi kollha li jagħtu ħlewwa msemmija fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-Ikel (4).

(3)

Huwa neċessarju li wieħed jikkunsidra l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif abbozzati mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar Addittivi ta’ l-Ikel (JECFA).

(4)

L-addittivi ta’ l-ikel, ippreparati b’metodi ta’ produzzjoni jew b’materjali tal-bidu li huma, b’mod sinifikanti, differenti minn dawk evalwati mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, jew differenti minn dawk imsemmija f’din id-Direttiva għandhom jiġu ppreżentati għal evalwazzjoni ta’ sigurtà mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel b’enfasi fuq il-kriterji tal-purità.

(5)

Il-miżuri msemmija f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(6)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-kriterji ta’ purità msemmija fl-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 89/107/KEE għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa msemmija fid-Direttiva 94/35/KE huma mogħtija fl-Anness I għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 95/31/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 28.7.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/128/KE (ĠU L 346, 9.12.2006, p. 6).

(3)  Ara l-Anness II, Parti A.

(4)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).


ANNESS I

E 420 (i) –   

SORBITOL

Sinonimi

D-glucitol, D-sorbitol

Definizzjoni

Isem Kimiku

D-glucitol

Einecs

200-061-5

Formula Kimika

C6H14O6

Piż molekulari relattiv

182,17

Analiżi

Kontenut mhux inqas minn 97 % tal-glycitols totali u mhux inqas minn 91 % tad-D-sorbitol fuq bażi ta’ piż xott.

Il-glycitols huma taħlitiet bil-formula strutturali CH2OH-(CHOH)n-CH2OH, fejn “n” huwa numru sħiħ

Deskrizzjoni

Trab igroskopiku abjad, trab kristallin, laqx jew granuli li għandhom togħma helwa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemm kemm fl-etanol

B.

Firxa ta’ tidwib

Minn 88 sa 102 °C

Ċ.

Derivattiv mis-sorbitol monobenzylidene

Ma’ 5 g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benzaldehyde u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Ħallat u ħawwad f’shaker mekkaniku sakemm jidhru l-kristalli. Iffiltra bil-għajnuna ta’ ġbid ta’ l-arja, dewweb il-kristalli f’20 ml ta’ ilma jagħli li fih 1 g ta’ bikarbonat tas-sodju, iffiltra sakemm ikun jaħraq, kessaħ il-filtrat, iffiltra bi ġbid ta’ l-arja, aħsel b’taħlita ta’ 5 ml ta’ metanol u ilma (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli hekk miksuba jdubu f’temperatura ta’ bejn 173 u 179 °C.

Purità

Kontenut ta’ ilma

Mhux aktar minn 1 % (Metodu Karl Fischer)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott

Zokkor ta’ riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott

Zokkor totali

Mhux aktar minn 1 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott

Kloruri

Mhux aktar minn 50 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Sulfati

Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Metalli tqal

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bhala Pb fuq bażi ta’ piż xott

E 420 (ii) –   

ĠULEPP TAS-SORBITOL

Sinonimi

Ġulepp D-clucitol

Definizzjoni

Isem Kimiku

Il-ġulepp tas-sorbitol iffurmat mill-idroġenizzazzjoni tal-ġulepp tal-glukosju huwa kompost minn D-sorbitol, D mannitol u saccharides.

Il-parti tal-prodott li mhiex D-sorbitol hija komposta prinċipalment minn oligosaccharides idrogenizzati ffurmati mill-idroġenizzazzjoni tal-ġulepp tal-glukosju wżat bħala materjal mhux maħdum (f’liema każ il-Ġulepp ma jsirx kristallizzanti) jew mannitol. Fejn n ≤ 4, jistgħu jkunu preżenti kwantitajiet żgħar ta’ glycitols. Il-glycitols huma taħlitiet bil-formula strutturali CH2OH-(CHOH)n-CH2OH, fejn “n” huwa numru sħiħ.

Einecs

270-337-8

Analiżi

Kontenut ta’ mhux inqas minn 69 % tas-solidi kollha u mhux inqas minn 50 % tad-D-sorbitol fuq bażi anidruża.

Deskrizzjoni

Soluzzjoni ċara ta’ ilma mingħajr kulur u b’togħma ħelwa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jista’ jitħallat ma’ l-ilma, mal-glycerol, u mal-propane-1,2 diol

B.

Derivattiv mis-sorbitol monobenzylidene

Ma’ 5 g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benzaldehyde u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Ħallat u ħawwad f’shaker mekkaniku sakemm jidhru l-kristalli. Iffiltra bi ġbid ta’ l-arja, dewweb il-kristalli f’20 ml ta’ ilma jagħli li fih 1g ta’ bikarbonat tas-sodju, iffiltra sakemm ikun jaħraq. Kessaħ il-filtrat, iffiltra bi ġbid ta’ l-arja, aħsel b’taħlita ta’ 5 ml ta’ metanol u ilma (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli hekk miksuba jdubu f’temperatura ta’ bejn 173 u 179 °C.

Purità

Kontenut ta’ ilma

Mhux aktar minn 31 % (Metodu Karl Fischer)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott

Zokkor ta’ riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott

Kloruri

Mhux aktar minn 50 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Sulfati

Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Metalli tqal

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott

E 421 –   

MANNITOL

I.   

MANNITOL

Sinonimi

D-mannitol

Definizzjoni

Magħmul permezz ta' l-idroġenazzjoni katalitika ta' soluzzjonijiet karboidrati li jkun fihom il-glukożju u/jew il-fruttożju

Isem kimiku

D-mannitol

Einecs

200-711-8

Formula Kimika

C6H14O6

Piż molekolari.

182,2

Analiżi

Kontenut mhux anqas minn 96,0 % D-mannitol u mhux aktar minn 102 % fuq il-bażi xotta

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, mingħajr riħa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fl-ilma, jinħall ftit ħafna fl-etanol, tista' tgħid ma jinħall xejn fl-eteru

B.

Firxa ta' tidwib

Bejn 164 u 169 °C.

Ċ.

Kromatografija ta' saff irqiq

Jgħaddi mit-test

D.

Rotazzjoni speċifika

[α]20 D: + 23 ° sa + 25 ° (soluzzjoni ta' borate)

E.

pH

Bejn 5 u 8

Żid 0,5 ml ta' soluzzjoni saturata ta' klorju tal-potassju ma' 10 ml ta' 10 % ta' soluzzjoni w/v mill-kampjun, wara kejjel il-pH

Purità

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 0,3 % (105 °C, erba' sigħat)

Zokkor ta' riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % (bħala glukożju)

Zokkor totali:

Mhux aktar minn 1 % (bħala glukożju)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 %

Kloruri

Mhux aktar minn 70 mg/kg

Sulfat

Mhux aktar minn 100 mg/kg

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

II.   

MANNITOL MAGĦMUL PERMEZZ TAL-FERMENTAZZJONI

Sinonimi

D-mannitol

Definizzjoni

Magħmul permezz ta' fermentazzjoni diskontinwa taħt kundizzjonijiet aerobiċi bl-użu ta' razza konvenzjonali tal-ħmira Zygosaccharomyces rouxii

Isem kimiku

D-mannitol

Einecs

200–711–8

Formula Kimika

C6H14O6

Piż molekolari.

182,2

Analiżi

Mhux anqas minn 99 % fuq il-bażi xotta

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, mingħajr riħa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fl-ilma, jinħall ftit ħafna fl-inetanol, tista' tgħid ma jinħall xejn fl-eteru

B.

Firxa ta' tidwib

Bejn 164 u 169 °C.

Ċ.

Kromatografija ta' saff irqiq

Jgħaddi mit-test

D.

Rotazzjoni speċifika

[α]20 D: + 23 ° sa + 25 ° (soluzzjoni ta' borate)

E.

pH

Bejn 5 u 8

Żid 0,5 ml ta' soluzzjoni saturata ta' klorur tal-potassju ma' 10 ml ta' 10 % ta' soluzzjoni w/v mill-kampjun, wara kejjel il-pH

Purità

Arabitol

Mhux aktar minn 0,3 %

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 0,3 % (105 °C, erba' sigħat)

Zokkor ta' riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % (bħala glukożju)

Zokkor totali

Mhux aktar minn 1 % (bħala glukożju)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 %

Kloruri

Mhux aktar minn 70 mg/kg

Sulfat

Mhux aktar minn 100 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Batterji aerobiċi meżopi

Mhux aktar minn 103/g

Coliforms

Assenti f'10 g

Salmonella

Assenti f'10 g

E. coli

Assenti f'10 g

Staphylococcus aureus

Assenti f'10 g

Pseudomonas aeruginosa

Assenti f'10 g

Moffa

Mhux aktar minn 100/g

Ħmira

Mhux aktar minn 100/g

E 950 –   

ACESULFAME K

Sinonimi

Acesulfame potassium, melħ tal-potassju ta' 3,4-dihydro-6-methyl-1,2,3-oxathiazin-4-one, 2,2-dioxide

Definizzjoni

Isem kimiku

6-methyl-1,2,3-oxathiazin-4(3H)-one-2,2-dioxide melħ tal-potassju

Einecs

259–715–3

Formula Kimika

C4H4KNO4S

Piż molekolari.

201,24

Analiżi

Kontenut mhux anqas minn 99 % ta' C4H4KNO4S tal-bażi anidruża

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, mingħajr riħa. Madwar 200 darba aktar ħelu mis-sukrosju

L-identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall ftit ħafna fl-etanol

B.

Assorbiment ta' ultra-vjola

Massimu ta' 227 ± 2 nm għal soluzzjoni ta' 10 mg f'1 000 ml ta' ilma

Ċ.

Test pożittiv għall-potassju

Jgħaddi mit-test (ittestja l-fdalijiet miksuba billi taħraq 2 g tal-kampjun)

D.

Test tal-preċipitazzjoni

Żid ftit qtar ta' soluzzjoni ta' 10 % ta' kobaltnitrat tas-sodju ma' soluzzjoni ta' 0,2 g tal-kampjun f'2 ml ta' aċidu aċetiku u 2 ml ta' ilma Tifforma liega safra

Purità

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 1 % (105 °C, sagħtejn)

Impuritajiet organiċi

Jgħaddi mit-test għal 20 mg/kg ta' komponenti attivi UV

Flworu

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

E 951 –   

ASPARTAME

Sinonimi

Ester ta’ l-aspartyl phylalanine methyl

Definizzjoni

Isem Kimiku

Ester N-L-α-(Aspartyl-L-phenylalanine-1-methyl ester, 3 amino-N-(α-carbomethoxy-phenethyl)-succinamic acid N-methyl

Einecs

245-261-3

Formula Kimika

C14H18N2O5

Piż molekulari relattiv

294,31

Analiżi

Kontenut ta’ mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % ta’ C14H18N2O5 fuq bażi anidruża

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, mingħajr riħa u li għandu togħma ħelwa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 200 darba daqs is-sukrosju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall kemm kemm fl-ilma u fl-ethanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 4,5 % (105 °C, erba’ sighat)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,2 % espress fuq bażi ta’ piż xott

pH

Bejn 4,5 u 6,0 (soluzzjoni ta’ 1 f’250)

Trasmissjoni

It-trasmissjoni ta’ soluzzjoni ta’ 1 % f’aċidu idrokloriku 2N, ikkalkolata f’ċellula ta’ 1-cm f’430 nm bi spettrofotometru addattat, bl-użu ta’ aċidu idrokloriku 2N bħala referenza, mhiex inqas minn 0,95, l-ekwivalenti għal assorbenza ta’ mhux aktar minn, bejn wieħed u ieħor, 0,022.

Rotazzjoni speċifika

(α)D 20: + 14,5 sa + 16,5 °

Ikkalkolata f’soluzzjoni ta’ aċidu formiku ta’ 4 f’100/15 N fi żmien 30 minuta wara l-preparazzjoni tas-soluzzjoni kampjun.

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Metalli Tqal

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott

Aċidu 5-Benzyl-3,6-dioxo- 2-piperazineacetic

Mhux aktar minn 1,5 % espress fuq bażi ta’ piż xott

E 952 –   

AĊIDU ĊIKLAMIKU U L-IMLUĦA TIEGĦU Na U Ca

(I)   

AĊIDU ĊIKLAMIKU

Sinonimi

Aċidu cyclohexylsulphamic, ċiklamat

Definizzjoni

Isem Kimiku

Aċidu cyclohexanesulphamic, aċidu cyclohexylaminosulphonic

Einecs

202-898-1

Formula Kimika

C6H13NO3S

Piż molekulari relattiv

179,24

Analiżi

L-aċidu cyclohexylsulphamic fih mhux inqas minn 98 % u mhux iktar mill-ekwivalenti ta’ 102 % ta’ C6H13NO3S ikkalkulat fuq bażi anidruża.

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, prattikament mingħajr kulur ta’ togħma ħelwa qarsa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 40 darba daqs is-sukrosju.

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fl-ilma u fl-ethanol

B.

Test ta’ preċipitazzjoni

Agħmel soluzzjoni ta’ 2 % aċiduża bl-aċidu idrokloriku, żid 1 ml ta’ soluzzjoni bejn wieħed u ieħor molar ta’ klorur tal-barju fl-ilma u iffiltra jekk jifforma xi ċpar jew xi materja solida. Mas-soluzzjoni ċara żid 1 ml ta’ soluzzjoni ta’ 10 % ta’ nitrat tas-sodju. Għandha tifforma materja solida bajda.

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 1 % (105 °C, siegħa)

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Metalli tqal

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Cyclohexylamine

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Dicyclohexylamine

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Anilina

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

(II)   

ĊIKLAMAT TAS-SODJU

Sinonimi

Ċiklamat, melħ tas-sodju ta’ l-aċidu ċiklamiku

Definizzjoni

Isem Kimiku

Cyclohexanesulphamate tas-sodju, cyclohexylsulphamate tas-sodju

Einecs

205-348-9

Formula Kimika

C6H12NNaO3S u l-forma deidrata C6H12NNaO3S·2H2O

Piż molekulari relattiv

201,22 ikkalkulata fuq il-forma anidruża

237,22 ikkalkulata fuq il-forma idrata

Analiżi

Mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % fuq il-bażi niexfa.

Forma diidrata: mhux inqas minn 84 % fuq il-bażi niexfa

Deskrizzjoni

Kristalli jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa. Bejn wieħed u iehor ħelwin 30 darba daqs is-sukrosju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall fl-ilma u kważi ma jinħall xejn fl-ethanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 1 % (105 °C, siegħa)

Mhux aktar minn 15,2 % (150 °C, sagħtejn) għall-forma diidrata

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Metalli tqal

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott

Cyclohexylamine

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Dicyclohexylamine

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Anilina

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

(III)   

ĊIKLAMAT TAL-KALĊJU

Sinonimi

Ċiklamat, melħ tal-kalcju ta’ aċidu ċiklamiku

Definizzjoni

Isem Kimiku

Cyclohexanesulphamate tal-kalċju, cyclohexylsulphamate tal-kalċju

Einecs

205-349-4

Formula Kimika

C12H24CaN2O6S2·2H2O

Piż molekulari relattiv

432,57

Analiżi

Mhux inqas minn 98 % u mhux aktar minn 101 % fuq bażi ta’ piż xott

Deskrizzjoni

Kristalli jew trab kristallin abjad, mingħajr kulur. Bejn wieħed u iehor ħelwin 30 darba daqs is-sukrosju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall fl-ilma u jinħall kultant fl-ethanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 1 % (105 °C, siegħa)

Mhux aktar minn 8,5 % (140 °C, erba' sigħat) għall-forma diidrata

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg espress bħala selenju fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Metalli tqal

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott

Cyclohexylamine

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Dicyclohexylamine

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Anilina

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

E–953 –   

ISOMALT

Sinonimi

Isomaltulose idroġinat, palatinose idroġinat.

Definizzjoni

Isem kimiku

Isomalt hija taħlita ta' mono- u disaccharides idroġinati li l-komponenti prinċipali tagħhom huma disaccharides:

 

6-O-α-D-Glucopyranosyl–D-sorbitol (1,6-GPS) u

 

1-O-α-D-Glucopyranosyl–D-mannitol diidrat (1,1-GPM)

Formula kimika

6-O-α-D-Glucopyranosyl–D-sorbitol: C12H24O11

1-O-α-D-Glucopyranosyl–D-mannitol diidrat: C12H24O11.2H2O

Piż molekulari relattiv

6-O-α-D-Glucopyranosyl–D-sorbitol: 344,32

1-O-α-D-Glucopyranosyl–D-mannitol dihydrate: 380,32

Analiżi

Kontenut b'mhux anqas minn 98 % ta' mono- u disaccharides idroġinati u mhux anqas minn 86 % ta' taħlita ta' 6-O-α-D-Glucopyranosyl – D-sorbitol u 1-O-α-D-Glucopyranosyl – D-mannitol diidrat stabbilit fuq bażi anidruża.

Deskrizzjoni

Massa bla riħa, bajda, kemm xejn igroskopika, kristallina.

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Idub fl-ilma, solubilità ferm żgħira fl-etanol.

B.

Kromatografija ta' saff irqiq

Eżamina permezz ta' kromatografija ta' saff irqiq bl-użu ta' pjanċa miksija bejn wieħed u ieħor b'saff ta' ġel kromatografiku tas-silika ta' 0,2 mm. Il-punti principali fil-kromatogramma huma dawk ta' 1,1-GPM u 1,6-GPS.

Purità

Kontenut ta' ilma

Mhux aktar minn 7 % (Metodu Karl Fischer)

Irmid sulfatat

Mhux aktar minn 0,05 % mfissra fuq bażi ta' piż xott

D-Manitol

Mhux aktar minn 3 %

D-Sorbitol

Mhux aktar minn 6 %

Zokkor ta' riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % mfissra bħala glukożju fuq bażi ta' piż xott

Nikel

Mhux aktar minn 2 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott

Metalli tqal (bħal Pb)

Mhux aktar minn 10 mg/kg mfissra fuq bażi ta' piż xott

E 954 –   

SAKKARINA U N-Na TAGĦHA. IMLUĦA K U Ca

(I)   

SAKKARINA

Definizzjoni

Isem kimiku

3-Oxo-2,3dihydrobenzo(d)isothiazol-1,1-dioxide

Einecs

201-321-0

Formula Kimika

C7H5NO3S

Massa molekulari relattiva

183,18

Analiżi

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta' C7H5NO3S fuq il-bażi anidruża

Deskrizzjoni

Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b'kemxejn riħa aromatika, b'togħma ħelwa anki f'soluzzjonijiet dgħajfa ħafna. Madwar bejn 300 u 500 darba aktar ħelu mis-sukrosju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall ftit fl-ilma, jinħall f'soluzzjonijiet bażiċi, jinħall kemm xejn fl-etanol

Purità

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 1 % (105 °C, sagħtejn)

Firxa ta' tidwib

226 sa 230 °C

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,2 % espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Aċidu benżojku u saliċiliku

Ma' 10 ml ta' soluzzjoni ta' 1 f'20, li tkun ġiet aċidifikata qabel b'ħames qatriet ta' aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta' soluzzjoni approssimament molari ta' klorur ferriku fl-ilma. Ma jidher l-ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Aċidu benżojku p-sulphonamide

Mhux aktar minn 25 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Sustanzi karbonizzabbli malajr

Assenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

(II)   

SAKKARINA TAS-SODJU

Sinonimi

Sakkarina, melħ tas-sodju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

Sodium o-benzosulphimide, melħ tas-sodju ta' 2,3 dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, oxobenzisosulphonazole, 1,2-benzisothiazolin-3-one-1, 1-melħ tas-sodju tad-dijossidu diidrat

Einecs

204-886-1

Formula Kimika

C7H4NNaO3S·2H2O

Massa molekulari relattiva

241,19

Analiżi

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta' C7H4NNaO3S fuq il-bażi anidruża

Deskrizzjoni

Kristalli bojod jew trab kristallin abjad efflorexxenti, mingħajr riħa jew b'kemxejn riħa, b'togħma ħelwa qawwija anki f'soluzzjonijiet dgħajfa ħafna. Madwar bejn 300 u 500 darba aktar ħelu mis-sukrosju f'soluzzjonijiet dgħajfa

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall kemxejn fl-etanol

Purità

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 15 % (120 °C, erba' sigħat)

Aċidu benżojku u aċidu saliċiliku

Ma' 10 ml ta' soluzzjoni ta' 1 f'20, li tkun ġiet aċidifikata qabel b'ħames qatriet ta' aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta' soluzzjoni approssimament molari ta' klorur ferriku fl-ilma. Ma jidhru l-ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Aċidu benżojku p-sulphonamide

Mhux aktar minn 25 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Sustanzi karbonizzabbli malajr

Assenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

(III)   

SAKKARINA TAL-KALĊJU

Sinonimi

Sakkarina, melħ tal-kalċju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

Calcium o-benzosulphimide, melħ tal-kalċju ta' 2,3 dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, 1,2 benzisothiazolin-3-one-1,1-melħ tal-kalċju tad-dijossidu idrat (2:7)

Einecs

229-349-9

Formula Kimika

C14H8CaN2O6S2·3

Formula

H2O

Massa molekulari relattiva

467,48

Analiżi

Mhux anqas minn 95 % ta' C14H8CaN2O6S2 fuq il-bażi anidruża

Deskrizzjoni

Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b'kemxejn riħa, b'togħma ħelwa qawwija anki f'soluzzjonijiet dgħajfa ħafna. Madwar bejn 300 u 500 darba aktar ħelu mis-sukrosju f'soluzzjonijiet dgħajfa

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall fl-etanol

Purità

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 13,5 % (120 °C, erba' sigħat)

Aċidu benżojku u saliċiliku

Ma' 10 ml ta' soluzzjoni ta' 1 f'20, li tkun ġiet aċidifikata qabel b'ħames qatriet ta' aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta' soluzzjoni approssimament molari ta' klorur ferriku fl-ilma. Ma jidhru l-ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Aċidu benżojku p-sulphonamide

Mhux aktar minn 25 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Sustanzi karbonizzabbli malajr

Assenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

(IV)   

SAKKARINA TAL-POTASSJU

Sinonimi

Sakkarina, melħ tal-potassju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

Potassium o-benzosulphimide, melħ tal-potassju ta' 2,3 dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, melħ tal-potassju ta' 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dijossidu monoidrat

Einecs

 

Formula Kimika

C7H4KNO3S·H2O

Massa molekulari relattiva

239,77

Analiżi

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta' C7H4KNO3S fuq il-bażi anidruża

Deskrizzjoni

Kristalli bojod jew trab kristallin abjad, mingħajr riħa jew b'kemxejn riħa, b'togħma ħelwa qawwija anki f'soluzzjonijiet dgħajfa ħafna. Madwar bejn 300 u 500 darba aktar ħelu mis-sukrosju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall kemxejn fl-etanol

Purità

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 8 % (120 °C, erba' sigħat)

Aċidu benżojku u saliċiliku

Ma' 10 ml ta' soluzzjoni ta' 1 f'20, li tkun ġiet aċidifikata qabel b'ħames qatriet ta' aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta' soluzzjoni approssimament molari ta' klorur ferriku fl-ilma. Ma jidhru l-ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Aċidu benżojku p sulphonamide

Mhux aktar minn 25 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Sustanzi karbonizzabbli malajr

Assenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

E 955 –   

SUKRALOŻJU

Sinonimi

4,1′,6′-trichlorogalactosucrose

Definizzjoni

Isem kimiku

1,6-Dichloro-1,6-dideoxy-β-D-fructofuranosyl-4-chloro-4-deoxy-α-D-galactopyranoside

Einecs

259-952-2

Formula Kimika

C12H19Cl3O8

Piż molekolari.

397,64

Analiżi

Mhux anqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % ta' C12H19Cl3O8 ikkalkulati fuq bażi anidruża

Deskrizzjoni

Trab kristallin minn abjad sa off-white, prattikament mingħajr riħa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Solubilità

Jinħall ftit fl-aċetat ta' l-etilu

B.

Assorbiment infrared

L-ispettru ta' l-infrared ta' dispersjoni ta' bromidju tal-potassju tal-kampjun turi maxima relattiva f'numri tal-mewġa simili għal dawk murija fl-ispettru ta' referenza miksub meta jintuża standard ta' referenza tas-sukralosju

Ċ.

Kromatografija ta' saff irqiq

Il-punt ewlieni fis-soluzzjoni tat-test għandha l-istess valur Rf bħal dak tal-punt ewlieni tas-soluzzjoni standard A msemmija fit-test għal diżakkaridi klorinati oħra. Din is-soluzzjoni standard tinkiseb billi tinħall 1,0 g ta' standard ta' referenza sukralosju f'10 ml ta' metanol

D.

Rotazzjoni speċifika

[α] 20 D + 84,0 ° sa + 87,5 ° ikkalkulata fuq il-bażi anidruża

(soluzzjoni 10 % w/v)

Purità

Ilma

Mhux aktar minn 2,0 % (metodu Karl Fischer)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,7 %

Dizakkaridi klorinati oħra

Mhux aktar minn 0,5 %

Monosakkaridi klorinati

Mhux aktar minn 0,1 %

Ossidu trifenilfosfinu

Mhux aktar minn 150 mg/kg

Metanol

Mhux aktar minn 0,1 %

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

E 957 –   

THAUMATIN

Sinonimi

 

Definizzjoni

Isem Kimiku

It-thaumatin huwa miksub b’estrazzjoni ta’ l-ilma (pH 2,5 sa 4) tal-kisja doppja (arils) fuq iż-żerriegħa tal-frotta tar-razza naturali ta’ Thaumatococcus daniellii (Benth) u huwa magħmul essenzjalment mill-proteini thaumatin I u thaumatin II flimkien ma’ ammonti żgħar ta’ kostitwenti tal-pjanta mnissla mill-materjal ta’ l-oriġini

Einecs

258-822-2

Formula Kimika

Polypeptide ta’ 207 aċidi amminici

Piż molekulari relattiv

Thaumatin I 22209

Thaumain II 22293

Analiżi

Mhux inqas minn 16 % ta’ nitroġenu fuq il-bażi niexfa ekwivalenti għal mhux inqas minn 94 % ta’ proteini (N × 5,8)

Deskrizzjoni

Trab kulur il-krema, mingħajr riħa li għandu togħma ħelwa intensa. Bejn wieħed u ieħor ħelu 2 000 sa 3 000 darba daqs is-sukrosju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, ma jinħallx fl-aċetun

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 9 % (105 °C ghal piż kostanti)

Karboidrati

Mhux aktar minn 3 % espress fuq bażi ta’ piż xott

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 2 % espress fuq bażi ta’ piż xott

Aluminju

Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Kriterji mikrobijoloġiċi

Għadd totali aerobiku mikrobjali: Mass. 1 000 /g E.Coli: nieqsa f’1 g

E 959 –   

NEOHESPERIDINE DIHYDROCHALCONE

Sinonimi

Neohesperidin dihydrochalcone, NHDC, hesperitin dihydrochalcone-4′-β-neohesperidoside, neohesperidin DC

Definizzjoni

Isem Kimiku

2-O-α-L-rhamnopyranosyl-4′-β-D-glucopyranosyl hesperetin dihydrochalcone; ottenut bl-idroġenazzjoni katalittika tan-neohesperidin

Einecs

243-978-6

Formula Kimika

C28H36O15

Piż molekulari relattiv

612,6

Analiżi

Kontenut mhux inqas minn 96 % fuq il-bażi mnixxfa.

Deskrizzjoni

Trab kristallin off white, bla riħa li għandu togħma karatteristika ħelwa intensiva. Bejn wieħed u ieħor ħelu 1 000 sa 1 800 darba daqs is-sukrosju

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Solubbli liberament f’ilma jaħraq, solubbli kemmxejn f’ilma kiesaħ, prattikament insolubbli fl-eteru u fil-benzene.

B.

Assorbiment massimu ultravjola

282 sa 283 nm għal soluzzjoni ta’ 2 mg f’100 ml metanol.

Ċ.

Test ta’ Neu

Ħoll madwar 10 mg ta’ neohesperidine DC f’1 ml metanol, żid 1 ml ta’ soluzzjoni 1 % 2-aminoethyl diphenyl borate methanolic.

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 11 % (105 °C, tliet sigħat)

Irmied sulfatat

Mhux iktar minn 0,2 % espress fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux iktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott.

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Metalli tqal

Mhux iktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta piż xott

E 962 –   

MELĦ TA' L-ASPARTAME-ACESULFAME

Sinonimi

Aspartame-acesulfame, melħ ta' l-aspartame-acesulfame

Definizzjoni

Il-melħ jitħejja billi jissaħħan proporzjon ta' bejn wieħed u ieħor 2:1 (w/w) ta' aspartame u acesulfame K f'soluzzjoni aċidika pH u titħalla li ssir il-kristalizzazzjoni. Il-potassju u l-irtuba jitneħħew. Il-prodott huwa aktar stabbli mill-aspartame waħdu.

Isem kimiku

6-Methyl-1,2,3-oxathiazine-4(3H)-one-2,2-dioxide salt of L-phenylalanyl-2-methyl-L- α-aspartic acid

Formula Kimika

C18H23O9N3S

Piż molekolari.

457,46

Analiżi

63,0 % sa 66,0 % aspartame (bażi niexfa) u 34,0 % sa 37,0 % acesulfame (forma ta' aċidu fuq bażi niexfa)

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, mingħajr riħa.

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Kemxejn solubbli fl-ilma; ftit solubbli fl-etanol

B.

Trażmittenza

It-trażmittenza ta' soluzzjoni ta' 1 % fl-ilma determinata f'ċellola ta' 1 cm f'430 nm bi spektrofotometru xieraq bl-użu ta' l-ilma bħala referenza, ma tkunx anqas minn 0.95, ekwivalenti għal assorbanza ta' mhux aktar minn bejn wieħed u ieħor 0,022.

Ċ.

Rotazzjoni speċifika

[α] 20 D + 14,5 ° sa + 16,5 °

Iddetermina f'konċentrazzjoni ta' 6,2 g f'100 ml aċidu formiku (15N) fi żmien 30 minuta mill-preparazzjoni tas-soluzzjoni. Iddividi r-rotazzjoni speċifika kkalkulata b'0,646 biex tikkoreġi għall-kontenut ta' aspartame tal-melħ ta' aspartame-acesulfame

Purità

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 0,5 % (105 °C, erba' sigħat)

5-Benzyl-3,6-dioxo-2-piperazineacetic acid

Mhux aktar minn 0,5 %

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

E 965 (i) –   

MALTITOL

Sinonimi

D-Maltitol, maltożju idroġenat

Definizzjoni

Isem kimiku

(α)-D-Glucopyranosyl-1,4-D-glucitol

Einecs

209-567-0

Formula Kimika

C12H24O11

Massa molekulari relattiva

344,31

Analiżi

Kontenut mhux anqas minn 98 % D-maltitol C12H24O11 fuq il-bażi anidruża

Deskrizzjoni

Trab abjad kristallin, b'togħma ħelwa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall ftit fl-etanol

B.

Firxa ta' tidwib

148 sa 151 °C

Ċ.

Rotazzjoni speċifika

[α]D 20 = + 105,5 ° sa + 108,5 ° (soluzzjoni 5 % w/v)

Purità

Kontenut ta' ilma

Mhux aktar minn 1 % (metodu Karl Fischer)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 % espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Zokkor ta' riduzzjoni tnaqqis

Mhux aktar minn 0,1 % espressi bħala glukożju fuq il-bażi ta' piż xott

Kloridi

Mhux aktar minn 50 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Sulfati

Mhux aktar minn 100 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

E 965 (ii) –   

XIROPP TAL-MALTITOL

Sinonimi

Xiropp idroġenat b'maltożju-glukożju għoli, xiropp tal-glukożju idroġenat

Definizzjoni

Taħlita li tikkonsisti l-aktar minn maltitol b'sorbitol u oligo- u polisakkaridi idroġenati Isir bl-idroġenazzjoni katalitika ta' xiropp tal-glukożju b'kontenut qawwi ta' maltożju jew bl-idroġenerazzjoni ta' l-elementi individwali tiegħu u wara jsir it-taħlit. Il-prodott kummerċjali jinstab sew bħala xiropp kif ukoll bħala prodott solidu

Analiżi

Kontenut mhux anqas minn 99 % tas-sakkaridi idroġenati totali fuq il-bażi anidruża u mhux anqas minn 50 % ta' maltitol fuq il-bażi anidruża

Deskrizzjoni

Likwidi ċari viskużi jew massi kristallini bojod, mingħajr kulur u mingħajr riħa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall malajr fl-ilma, jinħall ftit fl-etanol

B.

Kromatografija ta' saff irqiq

Jgħaddi mit-test

Purità

Ilma

Mhux aktar minn 31 % (metodu Karl Fischer)

Zokkor ta' riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % (bħala glukożju)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 %

Kloridi

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Sulfat

Mhux aktar minn 100 mg/kg

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

E 966 –   

LACTITOL

Sinonimi

Laktit, laktositol, laktobiosit

Definizzjoni

Isem kimiku

4-O-β-D-Galactopyranosyl-D-glucitol

Einecs

209-566-5

Formula Kimika

C12H24O11

Massa molekulari relattiva

344,32

Analiżi

Mhux anqas minn 95 % fuq il-bażi ta' piż xott

Deskrizzjoni

Trabijiet kristallini b'togħma ħelwa jew soluzzjonijiet mingħajr kulur. Prodotti kristallini jinsabu f'forom anidrużi, monoidrati u di-idrati

Identifikazzjoni

A.

Solubbilità

Jinħall ħafna fl-ilma

B.

Rotazzjoni speċifika

[α]D 20 = + 13 ° sa + 16 ° ikkalkulata fuq il-bażi anidruża (soluzzjoni akwuża 10 % w/v)

Purità

Kontenut ta' ilma

Prodotti kristallini; mhux aktar minn 10,5 % (metodu Karl Fischer)

Polioli oħra

Mhux aktar minn 2,5 % fuq il-bażi anidruża

Zokkor ta' riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,2 % espressi bħala glukosju fuq il-bażi ta' piż xott

Kloridi

Mhux aktar minn 100 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Sulfati

Mhux aktar minn 200 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 % espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espressi fuq il-bażi ta' piż xott

E 967 –   

XYLITOL

Sinonimi

Xylitol

Definizzjoni

Isem Kimiku

D-xylitol

Einecs

201-788-0

Formula Kimika

C5H12O5

Piż molekulari relattiv

152,15

Analiżi

Mhux inqas minn 98,5 % bħala xylitol fuq bażi anidruża

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, prattikament mingħajr riħa, b’togħma ħelwa ħafna

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, kultant jinħall fl-etanol

B.

Firxa ta’ tidwib

92 sa 96 °C

Ċ.

pH

5 sa 7 (soluzzjoni bl-ilma 10 % w/v)

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 0,5 %. Nixxef 0,5 g tal-kampjun f’vakwu fuq il-fosfru f’60 °C ghal erba’ sighat

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 % espress fuq bażi ta’ piż xott

Zokkor ta’ riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,2 % espress bħala glukosju fuq bażi ta’ piż xott

Alkoħol polijdriku ieħor

Mhux aktar minn 1 % espress fuq bażi ta’ piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Metalli tqal

Mhux aktar minn 10 mg/kg espress bħala Pb fuq bażi ta’ piż xott

Kloruri

Mhux aktar minn 100 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

Sulfati

Mhux aktar minn 200 mg/kg espress fuq bażi ta’ piż xott

E 968 –   

ERITRITOL

Sinonimi

Meżo-eritritol, tetraidroksbutan, eritrite

Definizzjoni

Jinkiseb bil-fermentazzjoni ta' sors ta' karboidrat permezz ta' ħmira ożmofilika ta' grad ta' l-ikel li tkun sikura u xierqa, bħal ma hi l-Moniliella pollinis jew it-Trichosporonoides megachilensis, segwit mill-purifikazzjoni u t-tnixxif

Isem kimiku

1,2,3,4-Butanetetrol

Einecs

205-737-3

Formula Kimika

C4H10O4

Piż molekolari.

122,12

Analiżi

Mhux anqas minn 99 % wara t-tnixxif

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, mingħajr riħa, mhux igroskopiċi, stabbli fis-sħana, bi ħlewwa ta' bejn wieħed u ieħor 60 80 % ta' dik tas-sukrosju

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall ftit fl-etanol, ma jinħall xejn fl-eteru ditilu

B.

Firxa ta' tidwib

119-123 °C

Purità

Telf mat-tnixxif

Mhux aktar minn 0,2 % (70 °C, sitt sigħat, b'dissekkatur mingħajr arja)

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 %

Sustanzi ta' riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % espressi bħala D-glukosju

Ribitol u gliċerol

Mhux aktar minn 0,1 %

Ċomb

Mhux aktar minn 0,5 mg/kg


ANNESS II

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 2)

Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE

(ĠU L 178, 28.7.1995, p. 1)

Direttiva tal-Kummissjoni 98/66/KE

(ĠU L 257, 19.9.1998, p. 35)

Direttiva tal-Kummissjoni 2000/51/KE

(ĠU L 198, 4.8.2000, p. 41)

Direttiva tal-Kummissjoni 2001/52/KE

(ĠU L 190, 12.7.2001, p. 18)

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/46/KE

(ĠU L 114, 21.4.2004, p. 15)

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/128/KE

(ĠU L 346, 9.12.2006, p. 6)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 2)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

95/31/KE

1 ta’ Lulju 1996 (1)

98/66/KE

1 ta’ Lulju 1999

2000/51/KE

30 ta’ Ġunju 2001

2001/52/KE

30 ta’ Ġunju 2002

2004/46/KE

1 ta’ April 2005

2006/128/KE

15 ta' Frar 2008


(1)  Skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 95/31/KE, prodotti mpoġġija fis-suq jew ittikkettjati qabel l-1 ta' Lulju 1996 li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva jistgħu jiġu mpoġġija fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 95/31/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Top