Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0810

    2008/810/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta' Ottubru 2008 dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għat-tieni nofs tal-2008 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5976)

    ĠU L 281, 24.10.2008, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/810/oj

    24.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 281/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta' Ottubru 2008

    dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għat-tieni nofs tal-2008 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5976)

    (Il-verżjonijiet bl-Ispanjol, l-Ingliż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

    (2008/810/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin jistgħu jingħataw għajnuna Komunitarja.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jitwettqu b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ fi ħdan ċerti limiti ta’ żmien.

    (3)

    B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ sħubija li huwa appoġġjat minn programm ta’ ħidma multi-annwali.

    (4)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti mressqa mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għat-tieni nofs tas-sena 2008.

    (5)

    Skont dan, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità magħżula sabiex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-atti li ġejjin:

    Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (4).

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 dwar il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard ekwin għajr għal marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    (6)

    L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità wkoll għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

    (7)

    Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (7), il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Barra minn hekk, l-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tar-Regolament jipprevedi li f’każi eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni 90/424/KEE, l-infiq marbut ma’ spejjeż amministrattivi u tal-persunal imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG għandhom jiġu mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-mard tal-krustaċeji, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 51 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2008.

    Artikolu 2

    Għall-mard ekwin għajr għal Marda Afrikana taż-Żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses/Laboratoire d’études et de recherche en pathologie equine, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 180/2008.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 212 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2008.

    Artikolu 3

    Għall-mard tar-rabja, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 737/2008.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 128 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2008, li minnhom massimu ta’ EUR 33 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar ir-rabja.

    Artikolu 4

    Għat-tuberkulożi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET), Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 737/2008.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 100 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2008, li minnhom massimu ta’ EUR 21 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għat-tuberkulożi.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

    Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, Dr. Grant Stentiford, The Nothe, Barrack Road, Weymouth, Dorset DT4 8UB, Ir-Rejnu Unit. Tel. (44-13) 05 20 67 22.

    Agence Française de Sécurité Sanitaire des aliments (AFSSA)-Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Dr. Stephan Zientara, 23 avenue du Général de Gaulle F-94706 Maisons-Alfort Cedex, Franza. Tel. (33) 143 96 72 80.

    AFSSA – Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Dr. Florence Cliquet, Nancy, France, 54220 Malzéville, Franza. Tel. (33) 383 29 89 50.

    VISAVET – Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Dr. Alicia Aranaz, Avda. Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040. Madrid, Spanja. Tel. (34) 913 94 39 92.

    Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

    (2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

    (4)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

    (5)  ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4.

    (6)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.

    (7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


    Top