Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0453

    2008/453/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 10 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/139/KE dwar awtorità approvata biex iżżomm reġistru tal-bhejjem għall-ispeċi porċini fl-Istati Uniti (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2472) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 158, 18.6.2008, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/453/oj

    18.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 158/60


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/139/KE dwar awtorità approvata biex iżżomm reġistru tal-bhejjem għall-ispeċi porċini fl-Istati Uniti

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2472)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/453/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi bovina mrobbija għar-riproduzzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/139/KE tas-7 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE dwar lista ta’ awtoritajiet, f’pajjiżi terzi, approvati biex iżommu reġistru tal-bhejjem ta’ ċerti annimali (2), tipprevedi li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jimpurtaw annimali ta’ ċerti speċi imrobbija għar-riproduzzjoni, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom bħala “ta’ razza pura” jew “ta’ razza mħallta” biss fejn ikunu ddaħħlu jew ġew irreġistrati f’reġistru tal-bhejjem miżmum minn awtorità mniżżla f’dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    L-Istati Uniti talbu li ma’ l-entrati għal dak il-pajjiż fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/139/KE tiżdied awtorità għall-ispeċi porċini.

    (3)

    L-Istati Uniti pprovdiet garanzija rigward il-konformità mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja u, b’mod partikulari, fid-Direttiva 94/28/KE.

    (4)

    Għaldaqstant, l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/139/KE għandu jiġi emendat kif jixraq.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żootekniki,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/139/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2008.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66.

    (2)  ĠU L 54, 24.2.2006, p. 34.


    ANNESS

    Taħt l-intestatura “Speċi: porċini” fil-punt VII ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/139/KE, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

    PIC (Pig Improvement Company) North America

    100 Bluegrass Commons Boulevard

    Suite 2200

    Hendersonville

    TN 37075

    Tel.. (+ 1-615)265 2700

    Internet http://www.pic.com”


    Top