This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0119(01)
Council Decision of 15 October 2007 of appointing the United Kingdom member of the Governing Board of the European Centre for the Development of Vocational Training
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Ottubru 2007 li taħtar lill-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Ottubru 2007 li taħtar lill-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali
ĠU C 14, 19.1.2008, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2009
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Ottubru 2007
li taħtar lill-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali
(2008/C 14/07)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern tar-Renju Unit,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2006 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2006 sas-17 ta' Settembru 2009. |
(2) |
Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti minħabba r-riżenja tas-Sinjura Pauline CHARLES, |
(3) |
Il-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandu jinħatar għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2009. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2009:
I. RAPPREŻENTANT TAL-GVERN
RENJU UNIT: Is-Sinjura Nicola SAMS
Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta' Ottubru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).
(2) ĠU C 240, 5.10.2006, p. 1.