EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0119(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Ottubru 2007 li taħtar lill-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

OJ C 14, 19.1.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2009

19.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 14/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Ottubru 2007

li taħtar lill-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

(2008/C 14/07)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2006 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2006 sas-17 ta' Settembru 2009.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti minħabba r-riżenja tas-Sinjura Pauline CHARLES,

(3)

Il-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandu jinħatar għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2009.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2009:

I.   RAPPREŻENTANT TAL-GVERN

RENJU UNIT: Is-Sinjura Nicola SAMS

Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta' Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(2)  ĠU C 240, 5.10.2006, p. 1.


Top