This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0705
Commission Regulation (EC) No 705/2007 of 21 June 2007 setting the amount of the aid for pears for processing for the 2007/2008 marketing year
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 705/2007 tal- 21 ta’ Ġunju 2007 li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont ta’ l-għajnuna għal-lanġas ta’ l-ipproċessar
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 705/2007 tal- 21 ta’ Ġunju 2007 li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont ta’ l-għajnuna għal-lanġas ta’ l-ipproċessar
ĠU L 161, 22.6.2007, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2008
22.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 161/32 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 705/2007
tal-21 ta’ Ġunju 2007
li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont ta’ l-għajnuna għal-lanġas ta’ l-ipproċessar
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsdirat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(3)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema ta’ l-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (2) jipprovdi li l-Kummissjoni, qabel il-15 ta’ Ġunju, għandha tippubblika l-ammont ta’ l-għajnuna applikabbli għal-lanġas ta’ l-ipproċessar. |
(2) |
Il-medja tal-kwantitajiet ta’ lanġas li ġew ipproċessati fil-kuntest tas-sistema ta’ l-għajnuna matul it-tliet snin tas-suq preċedenti taqbeż il-limitu Komunitarju bit-6 511 tunnellata. |
(3) |
Għall-Istati Membri li qabżu l-livell massimu tagħhom ta’ l-ipproċessar, l-ammont ta’ l-għajnuna għal-lanġas ta’ l-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007/2008 għaldaqstant għandu jiġi emendat fir-rigward tal-livell definit bl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament imsemmi. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-prodotti pproċessati abbażi tal-frott u l-ħxejjex, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-suq 2007/2008 l-ammont ta’ l-għajnuna għal-lanġas skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa ta’:
— |
EUR 161,70 it-tunnellata fir-Repubblika Ċeka, |
— |
EUR 51,05 it-tunnellata fil-Greċja, |
— |
EUR 161,70 it-tunnellata fi Spanja, |
— |
EUR 161,70 it-tunnellata fi Franza, |
— |
EUR 154,00 it-tunnellata fl-Italja, |
— |
EUR 161,70 it-tunnellata fl-Ungerija, |
— |
EUR 9,46 it-tunnellata fl-Olanda, |
— |
EUR 161,70 it-tunnellata fl-Awstrija, |
— |
EUR 161,70 it-tunnellata fil-Portugall. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).
(2) ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 22).