This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0537
Commission Regulation (EC) No 537/2007 of 15 May 2007 concerning the authorisation of the fermentation product of Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) as a feed additive (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007 tal- 15 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007 tal- 15 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 128, 16.5.2007, pp. 13–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/09/2023; Imħassar b' 32023R1711
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 537/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni għall-prodott tal-fermentazzjoni mill-Aspergillus oryzae NRRL 458 (Amaferm), bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittiv żootekniku”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2006 li l-prodott tal-fermentazzjoni mill-Aspergillus oryzae NRRL 458(Amaferm) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (2). Ikkonkludiet ukoll li l-prodott mill-fermentazzjoni ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. L-Amaferm wera li jipproduċi effetti pożittivi fuq il-produzzjoni ta’ ħalib fil-baqar tal-ħalib. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri adatti għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta’ l-għalf fl-għalf, imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. L-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) Opinion of the Scientific Panel on Additives and Products or Substances used in Animal Feed on the safety and efficacy of the product “Amaferm” authorised as a feed additive for dairy cows and cattle for fattening in accordance with Regulation (EC) No 1831/2003. Adopted on 18 March 2006. The EFSA Journal (2006) 337, p. 1-17.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ |
|||||||||||||||||||
4a2 |
Nutrizzjoni Trouw BV |
Prodott tal-fermentazzjoni ta’ Aspergillus oryzae NRRL 458 (Amaferm) |
|
Baqar għall-ħalib |
— |
85 |
300 |
|
5 ta’ Ġunju 2017 |
(1) 1 IU jirreferi għas-cellulase li jillibera 1 micromole ta’ glukożju fil-minuta mill-carboxymethylcellulose f’pH 6,5 u temperatura ta’ 39 °C.
(2) 1 IU jirreferi għall-amylase li jillibera 1 micromole ta’ glukożju fil-minuta mil-lamtu tal-patata f’pH 6,5 u temperatura ta’ 39 °C.