Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0885

    2007/885/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Ġermanja (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 346, 29.12.2007, p. 23–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/885/oj

    29.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 346/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta’ Diċembru 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Ġermanja

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/885/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern rigward iċċekkjar veterinarju f'kummerċ intrakomunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jkun komplut is-suq intern (2) u b'mod partikulari l-Artikolu 10(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta' dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda.

    (2)

    Wara tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fir-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Polonja, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/878/KE tat-21 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur f'dawk l-Istati Membri (4).

    (3)

    Billi kien hemm tifqigħa oħra tal-marda fil-Ġermanja barra ż-żona ristretta, id-deskrizzjoni taż-żona taħt restrizzjoni u t-tul tal-miżuri għandhom jiġu emendati biex iqisu l-qagħda edipemoloġika.

    (4)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14);

    (3)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2007/785/KE (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 62).

    (4)  ĠU L 344, 28.12.2007, p. 55.


    ANNESS

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-test li ġej jieħu post id-daħla għall-Ġermanja fil-Parti A:

    ISO Kodiċi tal-Pajjiż

    Stat Membru

    Żona A

    Data sakemm applikabbli Artikolu 4(4) (b)(iii)

    Kodiċi

    (jekk disponibbli)

    Isem

    “DE

    IL-ĠERMANJA

     

    The 10 km zone established around the outbreak in the commune of Großwoltersdorf including all or parts of the communes of:

     

    Landkreis Oberhavel: Fürstenberg/Havel, Gransee, Großwoltersdorf, Sonnenberg, Stechlin

     

    Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Lindow (Mark), Rheinsberg

     

    Landkreis Mecklenburg-Strelitz: Priepert, Wesenberg

    15.1.2008

    The 10 km zone established around the outbreak in the commune of Bensdorf including all or parts of the communes of:

     

    Kreisfreie Stadt Brandenburg an der Havel

     

    Landkreis Havelland: Milower Land

     

    Landkreis Potsdam-Mittelmark: Bensdorf, Havelsee, Rosenau, Wusterwitz

     

    Landkreis Jerichower Land: Brettin, Demsin, Genthin, Kade, Karow, Klitsche, Roßdorf, Schlagenthin, Zabakuck

    21.1.2008

    The 10 km zone established around the outbreak in the commune of Heiligengrabe including all or parts of the communes of:

     

    im Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Heiligengrabe, Kyritz, Wittstock/Dosse, Wusterhausen/Dosse

     

    im Landkreis Prignitz: Groß Pankow, Gumtow, Pritzwalk

    25.1.2008”

    2.

    It-test li ġej jieħu post id-daħla għall-Ġermanja fil-Parti B:

    ISO Kodiċi tal-Pajjiż

    Stat Membru

    Żona B

    Data sakemm applikabbli Artikolu 4(4) (b)(iii)

    Kodiċi

    (jekk disponibbli)

    Isem

    “DE

    IL-ĠERMANJA

     

    The communes of:

     

    Landkreis Oberhavel: Fürstenberg/Havel, Gransee, Großwoltersdorf, Schönermark, Sonnenberg, Stechlin, Zehdenick

     

    Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Lindow (Mark), Rheinsberg

     

    Landkreis Uckermark: Lychen, Templin

     

    Landkreis Mecklenburg-Strelitz: Godendorf, Priepert, Wesenberg, Wokuhl-Dabenow, Wustrow

    15.1.2008

    The communes of:

     

    Kreisfreie Stadt Brandenburg an der Havel

     

    Landkreis Havelland: Milower Land, Premnitz

     

    Landkreis Potsdam-Mittelmark: Beetzsee, Bensdorf, Havelsee, Rosenau, Wenzlow, Wusterwitz, Ziesar

     

    Landkreis Jerichower Land: Brettin, Demsin, Genthin, Kade, Karow, Klitsche, Mützel, Paplitz, Parchen, Roßdorf, Schlagenthin, Wulkow, Zabakuck

    21.1.2008

    The communes of:

     

    im Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Heiligengrabe, Kyritz, Wittstock/Dosse, Wusterhausen/Dosse

     

    im Landkreis Prignitz: Groß Pankow, Gumtow, Pritzwalk

    25.1.2008”


    Top