EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0447

2007/447/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Ġunju 2007 li għat-tieni darba temenda d-Deċiżjoni 2005/263/KE li tawtorizza l-Istati Membri sabiex jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva 94/55/KE fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2587) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 169, 29.6.2007, p. 64–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2008; Impliċitament imħassar minn 32008L0068

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/447/oj

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Ġunju 2007

li għat-tieni darba temenda d-Deċiżjoni 2005/263/KE li tawtorizza l-Istati Membri sabiex jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva 94/55/KE fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2587)

(Il-verżjonijiet bid-Daniż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Portugiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/447/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(9) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni notifika bil-quddiem dwar id-derogi tagħhom, għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 2002 jew sa sentejn wara l-aħħar data ta’ applikazzjoni tal-verżjonijiet emendati ta’ l-Annessi għad-Direttiva.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/263/KE ta’ l-4 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva 94/55/KE fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (2), il-Kummissjoni awtorizzat lill-Istati Membri biex jadottaw id-derogi elenkati fl-Annessi I u II ma’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE adattat għas-sitt darba l-Annessi A u B mad-Direttiva 94/55/KE. Bis-saħħa ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali neċessarja mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2007, minħabba li l-aħħar data ta’ applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE hija t-30 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Id-Danimarka, il-Finlandja, il-Portugall u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2006 li xtaqu jadottaw derogi ġodda u jemendaw id-derogi eżistenti tagħhom fl-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2005/263/KE. Il-Kummissjoni eżaminat dawn in-notifiki għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE u approvathom. Dawk l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jadottaw id-derogi kkonċernati.

(5)

Jinħtieġ għalhekk li l-Annessi mad-Deċiżjoni 2005/263/KE jiġu emendati.

(6)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għat-trasport ta’ prodotti perikolużi stabbilita skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/263/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta’ l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Portugall, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 4).

(2)  ĠU L 85, 2.4.2005, p. 58 Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/903/KE (ĠU L 328, 15.12.2005, p.62).


ANNESS I

Id-derogi għall-Istati Membri dwar kwantitajiet żgħar ta’ ċerta merkanzija perikoluża

Fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2005/263/KE, id-derogi li ġejjin għandhom jinqraw kif ġej:

ID-DANIMARKA

RO-SQ 2.1 (emendat)

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża miġbura minn djar u ċerti impriżi biex jintremew.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: Il-partijiet 2, 3, 4.1, 5.2, 5.4 u 8.2.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Il-prinċipji għall-ikklassifikar, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet ta’ l-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet ta’ l-immarkar u t-tikkettjar, id-dokument tat-trasport u t-taħriġ.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, § 4 stk. 3.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ippakkjar ta’ ġewwa jew oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ sustanzi perikolużi li jkunu nġabru minn djar jew ċerti impriżi jistgħu jkunu ppakkjati flimkien fl-ippakkjar esterjuri. Il-kontenut ta’ kull ippakkjar ta’ ġewwa u/jew ta’ kull ippakkjar esterjuri m’għandux jaqbeż il-limiti stabbiliti tal-massa jew tal-volum. Id-derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettjar, id-dokumentazzjoni u t-taħriġ.

Kummenti: M’ huwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni eżatta u jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR kollha meta jinġabru skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża, minn djar u ċerti impriżi, biex jintremew. L-iskart tipikament jintrema f’pakketti li jinbiegħu mill-ħwienet bl-imnut.

L-IRLANDA

RO-SQ 7.4 (emendat)

Suġġett: L-eżenzjoni minn uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettjar ta’ kwantitajiet żgħar (taħt il-limiti fil-punt 1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 ta’ l-ADR, li juru n-numri rispettivi ta’ l-identitifikazzjoni tas-sustanza UN 0092, UN 0093, UN 0191, UN 0195, UN 0197, UN 0240, UN 0312, UN 0403, UN 0404 jew UN 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Rimi ta’ materjal pirotekniku skadut.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettjar ta’ materjal pirotekniku skadut, li juri n-numri UN rispettivi UN 0092, UN 0093, UN 0403 jew UN 0404, għall–ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-ippakkjar ta’ l-ADR jitħarsu u fid-dokument tat-trasport tkun inkluża informazzjoni addizzjonali. Dan japplika biss għat-trasport lokali, għall-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar minn dan il-materjal pirotekniku skadut, għal rimi sikur.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(10) tal-Carriage of Dangerous Goods by Roads Regulations 2004.

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta’ murtali skaduti għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew b’mod sikur, ħoloq diffikultajiet, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ippakkjar. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali.

IR-RENJU UNIT

RO-SQ 15.4 (emendat)

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta’ radjuattività b’livell baxx biex iġorru tagħmir ta’ kontra n-nar (E4).

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 8.1.4.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat għat-tifi tan-nar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5(4)(d).

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarr ċilindru għat-tifi tan-nar meta jkunu qed jiġu trasportatu pakketti (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakketti.

Kummenti: It-trasport ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrelevanti għat-trasport ta’ UN 2908, 2909, 2910 u 2911, li ħafna drabi jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

RO-SQ 15.11 (emendat)

Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjuattiv f’vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 5.3.2.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjuattiv.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5(4)(d).

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata b’dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi għandhom jew:

(a)

ikollhom avviż skond id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 ta’ l-ADR; jew

(b)

fil-każ ta’ vetturi li jġorru mhux aktar minn għaxar pakketti li jkun fihom materjal radjuattiv li m’ huwiex fissili jew inkella li jista’ jsir fissili, u fejn is-somma ta’ l-indiċi tat-trasport ta’ dawn il-pakketti ma tkunx taqbeż il-valur ta’ 3, b’konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.


ANNESS II

Derogi għall-Istati Membri dwar it-trasport lokali limitat għat-territorju tagħhom

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2005/263/KE, id-derogi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

ID-DANIMARKA

RO-LT 2.2

Suġġett: L-Adozzjoni ta’ l-RO-LT 14.6

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata

RO-LT 2.3

Suġġett: L-Adozzjoni ta’ l-RO-LT 15.1

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata.

IL-PORTUGALL

RO-LT 12.1

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-Trasport għal UN 1965

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 5.4.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Ir-Rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, is-16 ta’ April 2004, taħt art. 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003, de 27 de Outubro.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem propju tal-kumpanija tat-trasport bil-baħar għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Sezzjoni 5.4.1 ta’ l-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-buta u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, ittrasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

“UN 1965 Butane” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritt fis-Subsezzjoni 2.2.2.3 ta’ l-RPE, ittrasportati f’ċilindri;

“UN 1965 Propane” fil-każ tat-taħlita Ċ, kif deskritt fis-Subsezzjoni 2.2.2.3 ta’ l-RPE, ittrasportata f’ċilindri;

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

RO-LT 12.2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 5.4.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Ir-Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, it-28 ta’ Lulju 2004, skond l-art. 5, Nru 1, ta’ Decreto-Lei Nru 267-A/2003, de 27 de Outubro.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi f’Sezzjoni 5.4.1 ta’ l-RPE jista’ jinbidel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skond l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu sa l-anqas livell minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

IL-FINLANDJA

RO-LT 13.4

Suġġett: L-Adozzjoni ta’ l-RO-LT 14.10

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’leġiżlazzjoni imminenti.

IR-RENJU UNIT

RO-LT 15.3

Suġġett: L-Adozzjoni ta’ l-RO-LT 14.12

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Parti 1.

RO-LT 15.4

Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew riċiklar.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: Annessi A u B.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 parti 1.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Iċ-ċelluli u l-batteriji tal-litju użati (UN 3090 u UN 3091) miġbura u mressqa biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja ta’ pproċessar, flimkien maċ-ċelluli jew il-batteriji li mhumiex tal-litju (UN 2800 u UN 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet oħra ta’ l-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Għandhom ikunu ppakkjati f’kartelli IH2 jew f’kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta’ prestazzjoni għas-solidi tal-grupp ta’ ppakkjar II.

Mhux aktar minn 5% ta’ kull pakkett għandu jkun litju jew batteriji tal-litju;

Il-massa grossa massima ta’ kull pakkett m’għandhiex taqbeż il-25 kg;

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport m’għandhiex taqbeż it-333 kg;

Ma jistgħu jinġarru l-ebda prodotti perikolużi oħra.

Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fi stabbilimenti fejn isir bejgħ bl-imnut u mhux prattiku li jitħarrġu numri kbar ta’ nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skond l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera taħt linji ta’ gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħata ppakkjar konformi ma’ l-ADR u l-istruzzjonijiet xierqa.


Top