Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1911

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006 tad- 19 ta’ Diċembru 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

ĠU L 365, 21.12.2006, p. 26–49 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 470–493 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 20/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1911/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

470


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1911/2006

tad-19 ta’ Diċembru 2006

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-“Regolament bażiku”) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seћћ

(1)

Fit-23 ta’ Settembru 2000 il-Kunsill impona, bir-Regolament (KE) Nru 1995/2000 (2), miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju (“UAN”) li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja, mill-Ukraina u mil-Litwanja. Il-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet tal-UAN li joriġinaw mil-Litwanja skadew wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. L-investigazzjoni li wasslet gћal dawn il-miżuri se tissejjaћ l-“investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Il-miżuri li japplikaw gћal dawn l-importazzjonijiet kienu jikkonsistu f’dazji speċifiċi, ћlief gћall-importazzjonijiet mingћand produttur li jesporta Alġerin mingħand min kien aċċettat impenn.

2.   It-talba gћal reviżjoni

(3)

Fl-20 ta’ Ġunju 2005, tressqet talba gћal reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti nhar is-17 ta’ Diċembru 2004 (3). Din it-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fabbrikanti tal-Fertilizzanti (EFMA) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-UAN.

(4)

L-applikant allega u pprovda evidenza prima facie suffiċjenti li hemm il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ ћsara gћall-industrija tal-Komunità fejn jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-UAN li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(5)

Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm evidenza suffiċjenti biex jingħata bidu għal reviżjoni ta’ skadenza, nhar it-22 ta’ Settembru 2005, il-Kummissjoni ћabbret, b’avviż tal-bidu li ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (4), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

3.   L-investigazzjoni

3.1.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(6)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2005 (‘il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni’ jew l-‘RIP). L-eżami tat-tendenzi li huma rilevanti għall-valutazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-2002 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (’il-perjodu meqjus’).

3.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(7)

Uffiċjalment il-Kummissjoni informat lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw, lil min għamel l-ilment u lill-produtturi tal-Komunità bil-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(8)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw smigћ.

(9)

Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi tal-Komunità u ta’ importaturi fil-Komunità li mhumiex relatati ma’ produttur li jesporta f’wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, tqies li jkun xieraq, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandux jintuża t-teħid ta’ kampjuni. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx tabilħaqq meħtieġ u, jekk inhu hekk, li jintgħażel kampjun, il-partijiet ta’ aktar ’il fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il ġurnata mill-bidu ta’ l-investigazzjoni u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu.

(10)

Wara li ġiet eżaminata l-informazzjoni mressqa, u minћabba n-numru gћoli ta’ produtturi tal-Komunità li indikaw li kienu lesti li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teћid ta’ kampjuni rigward il-produtturi tal-Komunità kien meћtieġ. Minћabba l-fatt li importatur wieћed biss ipprovda l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu u esprima r-rieda tajba tiegћu li jikkoopera aktar mas-servizzi tal-Kummissjoni, ġie deċiż li t-teћid ta’ kampjuni ma kienx meћtieġ rigward l-importaturi.

(11)

Intbagħtu kwestjonarji lill-erba’ produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun u lill-produtturi magћrufa kollha li jesportaw.

(12)

It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand l-erba’ produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun u mingħand sitt produtturi li jesportaw fil-pajjiżi konċernati, kif ukoll mingћand in-negozjanti relatati tagћhom.

(13)

Produttur wieћed biss fil-pajjiż analogu pprovda tweġiba kompluta gћall-kwestjonarju.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għal determinazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza probabbli tad-dumping u tal-ћsara li tirriżulta u ta’ l-interess tal-Komunità. Saru żjarat ta’ verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produttur li jesporta fir-Russja

JSC Mineral and Chemical Company (“Eurochem”), Moska, ir-Russja, u ż-żewġ kumpaniji tal-manifattura relatati tagћha:

PJSC Azot (“NAK Azot”), Novomoskovsk, ir-Russja, u

PJSC Nevinnomyssky Azot (“Nevinka Azot”), Nevinnomyssk, ir-Russja;

(b)

In-negozjant relatat ma’ Eurochem

Eurochem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera — (“Eurochem Trading”);

(c)

In-negozjant relatat mal-produttur Ukrajn Stirol

IBE Trading, New York, New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

(d)

Il-produttur fil-pajjiż analogu

Terra Industries, Sioux City, Iowa, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

(e)

Il-produtturi tal-Komunità li ttieћdu bћala kampjun

Achema AB, Jonava, il-Litwanja,

Grande Paroisse SA, Paris, Franza,

SKW Stickstoffwerke Piesteritz GmbH, Wittenberg, il-Ġermanja,

Yara SA, Brussell, il-Belġju u il-produttur relatat tiegħu Yara Sluiskil BV, Sluiskil, l-Olanda.

3.3.   It-Teћid ta’ kampjuni

(15)

10 produtturi tal-Komunità mlew kif xieraq il-formola tat-teћid ta’ kampjun sa gћeluq iż-żmien u ftiehmu formalment li jikkooperaw aktar fl-investigazzjoni. Rigward dawk l-gћaxar produtturi tal-Komunità, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni gћażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u ta’ bejgћ tal-UAN fil-Komunità li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-erba’ produtturi tal-Komunità li ttieћdu bћala kampjun kienu jammontaw gћal 63 % tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija tal-Komunità matul l-RIP, waqt li l-10 produtturi tal-Komunità li ssemmew aktar ’il fuq kienu jammontaw gћal 75 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità matul l-RIP.

(16)

Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati kienu kkonsultati dwar il-kampjun magћżul u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni gћal dan.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(17)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri soluzzjoni ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju, fertilizzant likwidu li komunement jintuża fl-agrikoltura, li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. Dan jikkonsisti f’taћlita ta’ urea, ta’ nitrati ta’ ammonju u ta’ ilma. Il-kontenut ta’ nitroġenu (N) huwa l-aktar “karatteristika” sinifikanti tal-prodott, u jista’ jvarja bejn 28 % u 32 %. Varjazzjoni bħal din tista’ tinkiseb billi jiġi miżjud aktar jew inqas ilma mas-soluzzjoni. Il-parti l-kbira tal-UAN importati kienu ta’ 32 % N, li huma l-aktar ikkonċentrati, u gћalhekk irћas sabiex jintbagħtu bil-baħar. Madankollu, ikun xi jkun il-kontenut ta’ nitroġenu tagħhom, is-soluzzjonijiet kollha ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju jitqies li gћandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi, u gћalhekk jikkostitwixxu prodott wieћed gћall-iskop ta’ din l-investigazzjoni. Il-prodott ikkonċernat jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 80 00.

2.   Il-prodott simili

(18)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni kkonfermat li l-UAN huwa prodott ta’ komodità pur, u l-kwalità u l-karatteristiċi fiżiċi bażiċi tiegћu huma identiċi jkun xi jkun il-pajjiż ta’ l-oriġini. Il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugћa mill-produtturi li jesportaw fis-suq domestiku fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħa mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u mill-produttur fil-pajjiż analogu fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu, għalhekk instab li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi, u għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   Id-dumping ta' importi matul l-RIP

(19)

Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri hiex se twassal gћal kontinwazzjoni jew gћal rikorrenza tad-dumping.

(20)

Matul l-RIP, l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità tal-UAN li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati saru biss mill-Alġerija. Gћalhekk, saret kalkulazzjoni tad-dumping sabiex jiġi eżaminat jekk gћaż-żewġ produtturi li jesportaw Alġerini li kkooperaw kienx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping. Gћall-produtturi li jesportaw u li kkooperaw l-oћra fil-Belarus, fir-Russja u fl-Ukraina, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping.

L-Alġerija

Ġenerali

(21)

L-uniċi żewġ produtturi Alġerini tal-UAN, Fertalge u Fertial, ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn iż-żewġ produtturi kienu jirrappreżentaw it-totalità ta’ l-esportazzjonijiet tal-UAN li joriġinaw mill-Alġerija lejn il-Komunità matul l-RIP, li kienu jikkorrispondu gћal 177 383 tunnellata metrika. L-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Alġerija kienu jirrappreżentaw 4,8 % tal-konsum tal-Komunità li matul l-RIP kien ta’ 3 694 531 tunnellata metrika. Gћalhekk meta mqabbla mal-perjodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali l-importazzjonijiet mill-Alġerija żdiedu minn 116 461 tunnellata metrika bi 52 %.

(22)

Gћalhekk, l-eżami tad-dumping ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta minn dawn iż-żewġ prodotturi li jesportaw li kkooperaw tqies li huwa wkoll rappreżentattiv gћall-pajjiż kollu.

Il-valur normali

(23)

L-ewwel ġie stabbilit, gћal kull wieћed miż-żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw, jekk il-bejgћ domestiku totali tiegћu tal-UAN kienx rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk kinux jammontaw gћal 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgћ totali tal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn il-Komunità. L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ kumpaniji biegћu biss tip wieћed ta’ UAN lill-Komunità u li dan it-tip ma nbiegћx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku.

(24)

Gћalhekk, gћaż-żewġ produtturi li jesportaw il-valur normali ma setax ikun ibbażat fuq il-bejgћ domestiku u kellu jinbena skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku billi ma’ l-ispiża tal-manifattura tal-prodott esportat lejn il-Komunità ta’ kull esportatur ġew miżjuda ammont raġonevoli għal spejjeż ta’ bejgħ, spejjeż ġenerali u spejjeż amministrattivi (SG&A) kif ukoll marġni raġonevoli ta’ qliegħ.

(25)

Dwar l-ispiża tal-manifattura, ta’ min jinnota li l-ispejjeż ta’ l-enerġija, bћalma huma l-elettriku u l-gass, jirrappreżentaw proporzjon kbir mill-ispiża tal-manifattura kif ukoll proporzjon sinifikanti mill-ispiża totali tal-produzzjoni. Skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgћ tal-prodott taħt konsiderazzjoni kinux riflessi b’mod raġonevoli fir-rekords tal-partijiet ikkonċernati.

(26)

L-investigazzjoni ma wriet l-ebda indikazzjoni li l-elettriku ma kienx qed jiġi rifless b’mod raġonevoli fir-rekords tal-produtturi li jesportaw. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota, fost ћwejjeġ oћra, li l-prezzijiet ta’ l-elettriku li tћallsu mill-produtturi Alġerini matul l-IP kienu skond il-prezzijiet internazzjonali tas-suq, meta mqabbla ma’ pajjiżi oћra bћall-Kanada u n-Norveġja. Madankollu, ma setax jingћad l-istess rigward il-prezzijiet tal-gass.

(27)

Fejn jikkonċernaw il-fornimenti ta’ gass, fil-fatt, ġie stabbilit fuq il-bażi tad-data ppubblikata minn sorsi rikonoxxuti internazzjonalment li huma speċjalizzati fis-swieq ta’ l-enerġija, li l-prezz li tћallas mill-produttur Alġerin kien inqas minn wieћed minn kull ћamsa tal-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-gass naturali mill-Alġerija. Barra minn hekk, id-data kollha disponibbli tindika li l-prezzijiet domestiċi tal-gass fl-Alġerija kienu prezzijiet irregolati, li huma ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tas-suq li tћallsu gћall-gass naturali, pereżempju fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, fil-Kanada, fil-Ġappun u fl-UE. Dawn l-erba’ swieq jammontaw gћal total ta’ 46 % tal-konsum tal-gass fid-dinja, u l-livelli prevalenti tal-prezz domestiku f’dawn l-erbat iswieq jidher li jirriflettu l-ispejjeż b’mod raġonevoli. Barra minn hekk, il-prezz tal-gass li tћallas mill-kumpaniji kkonċernati kien ћafna aktar baxx mill-prezz tal-gass li tћallas mill-produtturi tal-Komunità.

(28)

Minћabba dak li ntqal aktar ’il fuq, tqies li l-prezzijiet tal-gass li tћallsu fl-Alġerija matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni ma setgћux jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u mad-distribuzzjoni tal-gass. Gћalhekk, kif stipulat fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż tal-gass li tћallsu minn produttur wieħed li jesporta li kkoopera, Fertial, ġew aġġustati fuq il-bażi tat-tagħrif minn swieq rappreżentattivi oħrajn. Il-prezz aġġustat ġie bbażat fuq il-prezz medju tal-gass naturali likwifikat Alġerin (“LNG”) matul l-IP, meta nbiegћ gћall-esportazzjoni fuq il-fruntiera Franċiża wara li tħallsu l-ispejjeż tat-tagћbija bil-baħar u tal-likwefazzjoni, gћaliex dan tqies li huwa l-iktar bażi xierqa peress li din l-informazzjoni pubblika tirreferi esklużivament gћall-gass ta’ oriġini Alġerina. Franza, li hija kemm l-ikbar suq gћall-gass Alġerin kif ukoll gћandha prezzijiet li jirriflettu l-ispejjeż b’mod raġonevoli, tista’ titqies bћala suq rappreżentattiv fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija li kkooperat l-oћra, Fertalge, ma kinitx tuża l-gass naturali bћala materja prima, gћaliex tipproduċi l-UAN min-nitrat ta’ l-ammonju (“AN”), li jiġi prodott lokalment, u mill-urea. Minћabba li l-ispiża ta’ l-AN prodott lokalment tirrifletti l-prezz domestiku tal-gass Alġerin li ssemma fil-premessa (27) skond dan.

(29)

L-ispejjeż tal-manifattura pprovduti mill-produtturi li jesportaw li kkooperaw gћalhekk kienu kkalkulati mill-ġdid sabiex iqisu l-prezzijiet aġġustati tal-gass, permezz tal-prezzijiet tal-gass meta mibjugħ fil-fruntiera ta' Franza, mingħajr l-ispiża tal-ġarr bil-baħar u permezz ta' l-ispejjeż tal-likwidazzjoni. Ma’ l-ispiża tal-manifattura li ġiet ikkalkulata mill-ġdid b’dan il-mod ġew miżjuda ammont raġonevoli għall-SG&A kif ukoll marġni ta’ qliegħ raġonevoli, skond l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

(30)

L-ispejjeż SG&A u l-qliegħ ma setgћux jiġu stabbiliti fuq il-bażi tax-chapeau ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, gћaliex iż-żewġ kumpaniji li kkooperaw ma kellhomx bejgћ domestiku rappreżentattiv tal-prodott ikkonċernat fl-andament ordinarju tan-negozju. L-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku ma setax jiġi applikat, minћabba li ż-żewġ produtturi li kkooperaw huma l-uniċi żewġ produtturi tal-UAN fl-Alġerija. Lanqas l-Artikolu 2(6)(b) ma kien japplika, minћabba li l-ispiża tal-manifattura gћall-prodotti li jappartjenu gћall-istess kategorija ġenerali ta’ oġġetti jeћtieġ li tiġi aġġustata wkoll fejn għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż tal-gass, gћar-raġunijiet indikati fil-premessa (28) ta’ aktar ’il fuq. Peress li nstab li kien imposibbli li jiġi stabbilit id-daqs ta' l-aġġustament meħtieġ għall-prodotti kollha li jagħmlu parti mill-istess kategorija ġenerali ta' oġġetti mibjugħa b'mod domestiku, huwa daqstant impossibbli li jiġu stabbiliti l-marġini ta' qliegħ wara tali aġġustament. Gћalhekk, l-ispejjeż SG&A u l-qliegħ ġew stabbiliti skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku.

(31)

Skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż SG&A u l-qliegħ ġew iddeterminati fuq il-bażi ta’ metodu raġonevoli. Peress li s-suq domestiku Alġerin tal-prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali huwa żgћir ћafna, l-informazzjoni kellha tinkiseb minn swieq rappreżentattivi oћrajn. F’dan ir-rigward, tqieset l-informazzjoni li hija pubblikament disponibbli li hija relatata mal-kumpaniji ewlenija li joperaw fis-settur tan-negozju tal-fertilizzanti tan-nitroġenu. Instab li d-data korrispondenti mill-produtturi ta’ l-Amerika ta’ Fuq (l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Kanada) għandha tkun l-iktar xierqa gћall-iskop ta’ l-investigazzjoni, minħabba d-disponibilità kbira ta’ informazzjoni finanzjarja pubblika affidabbli u kompluta minn kumpaniji elenkati f’dan ir-reġjun tad-dinja. Barra minn hekk, is-suq ta’ l-Amerika ta’ Fuq wera volum sinifikanti ta’ bejgћ domestiku u livell konsiderevoli ta’ kompetizzjoni kemm mill-kumpaniji domestiċi kif ukoll minn dawk barranin. Gћalhekk l-ispejjeż SG&A u l-qliegħ ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż SG&A u l-qliegħ medji u mgћobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) minn tliet produtturi ta’ l-Amerika ta’ Fuq, li nstabu li kienu fost l-ikbar kumpaniji fis-settur tal-fertilizzanti, fejn jikkonċerna l-bejgћ tagћhom fl-Amerika ta’ Fuq ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti (il-fertilizzanti tan-nitroġenu). Dawn it-tliet produtturi tqiesu bћala rappreżentattivi gћan-negozju tal-fertilizzanti tan-nitroġenu (bћala medja, aktar minn 80 % tal-fatturat tas-segment tal-kumpanija/negozju), u l-ispejjeż SG&A u l-qliegħ tagћhom bħala rappreżentattivi ta’ l-istess tip ta’ spejjeż li normalment isiru minn kumpaniji li joperaw b’suċċess f’dak is-segment ta’ negozju. Il-persentaġġ gћall-ispejjeż SG&A kien ta’ 6,9 % tal-fatturat. Il-marġni ta’ qliegħ medju kkalkulat kien ta’ 9,1 % tal-fatturat. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda indikazzjoni li tissuġġerixxi li l-ammont gћall-qliegħ li kien stabbilit b’dan il-mod jaqbeż il-qliegħ li normalment ikollhom il-produtturi Alġerini fuq il-bejgћ tal-prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali fis-suq Alġerin.

Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(32)

Skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li effettivament tћallas jew li jista’ jitћallas gћall-prodott ikkonċernat meta dan inbiegћ gћall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

Il-paragun

(33)

Il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni ġew imqabbla fuq bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq. Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saru konċessjonijiet dovuti fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezz u għall-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Gћalhekk, saru aġġustamenti gћad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, ta’ l-immaniġġjar, tat-tagћbija u fi spejjeż anċillari, fejn japplika u fejn kien appoġġjat minn evidenza vverifikata.

Il-marġni tad-dumping

(34)

Il-marġni tad-dumping gћal kull produttur li jesporta ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun bejn valur medju u mgћobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) u prezz ta’ l-esportazzjoni medju u mgћobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi), skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(35)

L-investigazzjoni wriet li matul l-RIP seћћ id-dumping anki f’livell ogћla milli fl-investigazzjoni oriġinali. Il-marġnijiet tad-dumping espressi bћala persentaġġ tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, ivarjaw bejn 50 % u 60 %.

2.   L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet kieku l-miżuri jiġu rrevokati

2.1.   L-Alġerija

(36)

Iż-żewġ produtturi li jesportaw Alġerini li kkooperaw jirrappreżentaw it-totalità ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn dan il-pajjiż fil-Komunità. Gћalhekk, l-eżami ta’ jekk ikunx probabbli li d-dumping ikomplix jekk il-miżuri gћall-Alġerija jiġu rrevokati, ġie bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta minn dawn iż-żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw.

Il-kapaċità żejda

(37)

Matul il-perjodu meqjus, il-produtturi Alġerini li kkooperaw irnexxielhom jirdoppjaw il-kapaċità tal-produzzjoni tagћhom filwaqt li żiedu l-produzzjoni tagћhom b’madwar 20 %. Gћalhekk, il-kapaċità żejda tagћhom żdiedet b’mod sinifikanti gћal 300 000-350 000 tunnellata metrika.

(38)

Minћabba li s-suq domestiku Alġerin huwa insinifikanti u huwa probabbli li dan mhux se jinbidel fil-futur, kwalunkwe żieda fil-produzzjoni se tkun orjentata lejn l-esportazzjoni. Billi attivaw il-kapaċità żejda tagћhom, iż-żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw setgћu jfornu 10 %-20 % tal-konsum tal-Komunità.

(39)

Minћabba li matul l-RIP id-dumping kompla u fuq il-bażi tal-kapaċità żejda li l-produtturi Alġerini li kkooperaw irnexxielhom jibnu, huwa probabbli li jekk il-miżuri jiskadu il-volum ta’ l-esportazzjonijiet Alġerini fil-Komunità se jiżdied bi prezzijiet li jkunu soġġetti gћal dumping.

(40)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, jekk il-miżuri jiġu revokati hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ esportazzjonijiet soġġetti għal dumping.

Il-paragun bejn il-valur normali Alġerin u l-livell tal-prezz prevalenti fil-Komunità

(41)

Il-valur normali stabbilit gћaż-żewġ kumpaniji eċċeda b’mod sinifikanti il-prezzijiet tas-suq tul l-RIP. Ma jistax jiġi eskluż li l-produtturi Alġerini li jesportaw ikomplu jbiegħu lill-Komunita bi prezzijiet soġġetti gћal dumping, kemm jekk ikollhom iћallsu d-dazju u kemm jekk le.

2.2.   Ir-relazzjoni bejn il-valur normali mibni fil-Belarus, fir-Russja u fl-Ukraina u l-prezzijiet ta’ l-esporazzjoni lejn pajjiżi terzi

2.2.1.   Il-Belarus u l-Ukraina: il-prezzijiet domestiċi tal-bejgћ ibbażati fuq il-pajjiż analogu

(42)

Sar paragun bejn il-prezzijiet domestiċi tal-bejgћ tal-UAN fil-Belarus u fl-Ukraina u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li minћabba li l-Belarus jitqies bћala pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq u li l-Ukraina ma kinitx gћadha meqjusa bћala pajjiż b’ekonomija tas-suq fiż-żmien meta ġiet iddepożitata t-talba gћar-reviżjoni ta’ skadenza (5), il-valur normali gћal dawn iż-żewġ pajjiżi kellu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-data li nkisbet mill-produtturi f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Fl-avviż tal-bidu, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu previsti bћala pajjiż analogu xieraq, peress li huma suq kompetittiv miftuћ, fejn il-produtturi jiffaċċjaw livell konsiderevoli ta’ kompetizzjoni minn importazzjonijiet barranin.

(43)

Il-partijiet interessati kollha ngћataw l-opportunità sabiex jikkummentaw dwar l-gћażla tal-pajjiż analogu.

(44)

L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Importaturi tal-Fertilizzanti, EFIA, ipproponiet lill-Alġerija jew lir-Russja bћala gћażliet aћjar, minћabba l-aċċess privileġġjat tagћhom gћall-materja prima ewlenija, jiġifieri l-gass, u peress li kienu pajjiżi b’ekonomija tas-suq soġġetti gћall-istess investigazzjoni. F’dan ir-rigward, ta’ min jiġbed l-attenzjoni li l-Artikolu 2(7)(a) jeћtieġ, qabel kwalunkwe konsiderazzjoni oћra, pajjiż terz b’ekonomija tas-suq “xieraq”. Waqt li l-aċċess gћall-materja prima huwa fattur importanti fejn jikkonċerna l-gћażla tal-pajjiż analogu, ta’ min jinnota wkoll li l-eżistenza ta’ pprezzar doppju f’relazzjoni għall-gass f’dawn iż-żewġ pajjiżi fil-fatt gћamlet lil dawn iż-żewġ pajjiżi gћażla mhux xierqa. Tabilħaqq, il-prezzijiet tal-gass li jiġu ċċarġjati f’dawn iż-żewġ pajjiżi lill-klijenti domestiċi tagћhom ma jirriflettux il-valur tas-suq.

(45)

Uħud mill-partijiet interessati allegaw, gћalkemm mingћajr ma ssostanzjaw l-affermazzjoni tagћhom, li l-proċessi tal-produzzjoni Russi u Alġerini huma aktar simili gћal dawk fil-Belarus u fl-Ukraina. L-Alġerija ġiet ukoll issuġġerita bћala li gћandha livell ta’ produzzjoni aktar simili gћall-Ukraina. F’dan ir-rigward, irid jiġi enfasizzat li l-Belarus, l-Ukraina u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kollha gћandhom produtturi għal kollox integrati vertikalment, li żgur li mhux il-każ gћall-Alġerija.

(46)

Produttur Ukrajn li kkoopera ppropona lill-Bulgarija jew lir-Rumanija pjuttost milli l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Madankollu, il-proposta tiegћu ma ġietx sostanzjata. Barra minn hekk, fattur importanti kontra l-Bulgarija jew ir-Rumanija huwa li s-swieq domestiċi tagћhom huma żgћar b’numru limitat ta’ manifatturi, kontra l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(47)

Gћalhekk, l-investigazzjoni kkonfermat li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kien pajjiż analogu xieraq. Diversi produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ produtturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika ġew ikkuntattjati u mistiedna jikkooperaw billi jimlew kwestjonarju. Produttur wieћed fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika kkoopera b’mod sћiћ fl-investigazzjoni. Gћalhekk, il-kalkulazzjonijiet ġew ibbażati fuq l-informazzjoni verifikata mill-uniku produttur ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li kkoopera, li pprovda tweġiba kompluta għall-kwestjonarju.

2.2.2.   Il-Belarus

Rimarki preliminari

(48)

L-uniku produttur fil-Belarus li kkoopera kien l-uniku produttur li jesporta minn dak il-pajjiż, iżda fl-RIP ma kellu l-ebda bejgћ ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità.

(49)

Billi ma kienx hemm esportazzjonijiet lejn il-Komunità gћal sejba rappreżentattiva ta’ dumping matul l-RIP, u sabiex jiġi stabbilit jekk huwiex probabbli li jerġa’ jkun hemm id-dumping jekk il-miżuri jiġu rrevokati, ġew eżaminati l-imġiba fl-ipprezzar tal-produttur li jesporta lejn l-Istati Uniti li kkoopera, is-suq uniku ta’ l-esportazzjoni tiegћu, kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni u l-ћażniet tiegћu. L-analiżi kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produttur li jesporta li kkoopera li ssemma fil-premessa (48).

Il-paragun

(50)

Id-data mill-produttur li jesporta li kkoopera wriet li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi (l-Istati Uniti ta’ l-Amerika) kienu aktar baxxi mill-valur normali mibni gћall-Belarus. Fil-fatt, l-investigazzjoni stabbiliet li b’mod ġenerali, matul l-RIP, din id-differenza fil-prezzijiet varjat bejn 10 % u 15 %. Jekk il-miżuri jiġu rrevokati, dan jista’ jindika probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping fuq l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Il-ћażniet u l-kapaċità tal-produzzjoni, kif ukoll paragun ta’ dawn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mal-livell tal-prezzijiet prevalenti fil-Komunità, qed jiġu eżaminati aktar ’l isfel.

2.2.3.   L-Ukraina

Rimarki preliminari

(51)

Kien hemm żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw fl-investigazzjoni, iżda ћadd minnhom ma kellu bejgћ mill-esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul l-RIP. M’hemm l-ebda indikazzjoni li fl-Ukraina kien hemm aktar produtturi li jesportaw.

(52)

Billi ma kienx hemm esportazzjonijiet lejn il-Komunità gћal sejba rappreżentattiva ta’ dumping matul l-RIP, u sabiex jiġi stabbilit jekk hux probabbli li jerġa’ jkun hemm id-dumping jekk il-miżuri jiġu rrevokati, ġew eżaminati l-imġiba fl-ipprezzar tal-produttur li jesporta lejn l-Istati Uniti li kkoopera, is-suq uniku ta’ l-esportazzjoni tiegћu, kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni u l-ћażniet tiegћu. L-analiżi kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta miż-żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw li ssemmew fil-premessa (51).

(53)

Matul l-RIP, iż-żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw kienu jirrappreżentaw 48 % ta’ l-importazzjonijiet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Ukraina. Il-bqija ta’ l-importazzjonijiet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika li joriġinaw mill-Ukraina kienu wkoll prodotti minn wieћed mill-produtturi li kkooperaw, iżda ġew esportati min kumpanija Ukraina mhux relatata, li ma tipproduċix UAN.

Il-paragun

(54)

Id-data mill-produtturi li jesportaw li kkooperaw uriet li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi kienu aktar baxxi mill-valur normali mibni gћall-Ukraina. Fil-fatt, l-investigazzjoni stabbiliet li b’mod ġenerali, matul l-RIP, din id-differenza fil-prezzijiet varjat bejn 20 % u 30 %. Dan jista’ jindika probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fuq l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati. Il-ћażniet u l-kapaċità tal-produzzjoni, kif ukoll paragun ta’ dawn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mal-livell prevalenti tal-prezzijiet fil-Komunità, qed jiġu eżaminati aktar ’l isfel.

2.2.4.   Ir-Russja

Rimarki preliminari

(55)

Żewġ produtturi li jesportaw li jappartjenu lill-istess grupp ta’ kumpaniji kkooperaw fl-investigazzjoni, iżda l-ebda produttur li jesporta ma kellu bejgћ mill-esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul l-RIP.

(56)

Huwa magћruf li matul l-RIP fir-Russja kien hemm produttur wieћed li ma kkooperax fl-investigazzjoni. Gћal dak(dawk) il-produttur(i) li jesporta(w) li ma kkooperax(kkooperawx), ġiet analizzata l-informazzjoni disponibbli mill-Eurostat u minn sorsi oћrajn. Fuq dik il-bażi nstab li l-esportazzjonijiet tal-UAN lejn il-Komunità gћajr mill-produtturi li kkooperaw ukoll ma kinux jeżistu. Madankollu, gћall-kumpanija li ma kkooperatx ma kien hemm l-ebda informazzjoni affidabbli dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-volumi tal-produzzjoni, dwar il-ћażniet u dwar il-bejgћ. F’dan ir-rigward, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni li tgħid il-kontra, tqies li s-sejbiet gћall-kumpanija li ma kkooperatx għandhom ikunu skond dawk stabbiliti gћall-kumpaniji li kkooperaw.

(57)

Billi ma kienx hemm esportazzjonijiet lejn il-Komunità gћal sejba rappreżentattiva ta’ dumping matul l-RIP, u sabiex jiġi stabbilit jekk huwiex probabbli li jerġa’ jkun hemm id-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati, ġew eżaminati l-imġiba fl-ipprezzar tal-produtturi li jesportaw lejn swieq oћra ta’ l-esportazzjoni kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni u l-ћażniet tagħhom. L-analiżi kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi li jesportaw li kkooperaw li ssemmew fil-premessa (55).

Il-paragun

(58)

Ġie eżaminat jekk l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkunsidrat kinux riflessi b'mod raġjonevoli fir-reġistri tal-partijiet ikkonċernati. Rigward l-ispejjeż tal-gass instab li l-prezz domestiku tal-gass li tћallas mill-produtturi Russi kien madwar wieћed minn kull ћamsa tal-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-gass naturali mir-Russja. F’dan ir-rigward, id-data kollha disponibbli tindika li l-prezzijiet domestiċi tal-gass fir-Russja kienu prezzijiet irregolati, li huma ferm taħt il-prezzijiet tas-suq li tћallsu fis-swieq gћall-gass naturali li mhumiex irregolati. Għalhekk, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażi, l-ispejjeż tal-gass li tħallsu mill-produtturi Russi ġew aġġustati fuq il-bażi tat-tagħrif mill-iswieq rappreżentattivi l-oħrajn. Il-prezz aġġustat kien ibbażat fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta dan inbiegћ gћall-esportazzjoni fuq il-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (“Waidhaus”), wara li tħallsu l-ispejjeż tat-trasport. Waidhaus, li huwa ċ-ċentru ewlieni gћall-bejgћ tal-gass Russu lill-UE, u li huwa kemm l-ikbar suq gћall-gass Russu kif ukoll għandu prezzijiet li jirriflettu l-ispejjeż b’mod raġonevoli, jista’ jitqies bћala suq rappreżentattiv fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku.

(59)

Il-bini tal-valur normali sar fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tip ta’ prodott esportat, wara l-aġġustament gћall-ispiża tal-gass imsemmija fil-premessa (58), flimkien ma’ ammont raġonevoli gћall-ispejjeż SG&A u gћall-qliegħ, skond l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

(60)

Fejn jirrigwarda l-Alġerija, l-ispejjeż SG&A u l-qliegħ ma setgћux jiġu stabbiliti fuq il-bażi tax-chapeau ta’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, gћaliex il-manifatturi relatati ma kellhomx bejgћ domestiku rappreżentattiv tal-prodott ikkonċernat fl-andament ordinarju tan-negozju. L-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku ma setax jiġi applikat, peress li hemm biss dawn iż-żewġ produtturi li huma soġġetti gћall-investigazzjoni. L-Artikolu 2(6)(b) ma kienx japplika lanqas, gћaliex l-ispejjeż tal-manifattura gћall-prodotti li jappartjenu lill-istess kategorija ġenerali ta’ oġġetti wkoll jeћtieġ li jiġu aġġustati fejn għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż tal-gass, gћar-raġunijiet indikati fil-premessa (58) ta’ aktar ’il fuq. Peress li nstab li kien impossibbli li jiġi stabbilit id-daqs ta' l-aġġustament meħtieġ għall-prodotti kollha li jagħmlu parti mill-istess kategorija ġenerali ta' l-oġġetti mibjugħa b'mod domestiku, huwa daqstant impossibbli li jiġi stabbiliti l-marġni ta' qliegħ wara tali aġġustament. Gћalhekk, l-ispejjeż SG&A u l-qliegħ ġew stabbiliti skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku.

(61)

Bħal fil-każ ta’ l-Alġerija u kif ġie spjegat fil-premessa (31) ta’ aktar ’il fuq, l-ispejjeż SG&A u l-qliegħ ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż SG&A u tal-qliegħ medji u mgћobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) mill-istess tliet produtturi ta’ l-Amerika ta’ Fuq. Ta’ min jinnota li l-ammont gћall-qliegħ li ġie stabbilit b’dan il-mod ma kienx jaqbeż il-qliegħ li kellhom il-produtturi Russi fis-suq domestiku tagћhom fuq il-bejgћ tal-prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali.

(62)

Instab li l-bejgћ mill-esportazzjonijiet taż-żewġ produtturi li kkooperaw kien sar fuq il-bażi ta’ ftehim aġent permezz ta’ żewġ negozjanti relatati, b’wieћed jinstab fl-Iżvizzera u l-ieћor fil-Gżejjer Virgin Brittaniċi. Dan ta’ l-aћћar waqaf jopera fil-bidu ta’ l-2005. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li effettivament tћallsu jew li jistgћu jitћallsu lill-ewwel klijent indipendenti fl-Istat Uniti ta’ l-Amerika, is-suq ta’ l-esportazzjoni ewlieni tagћhom.

(63)

Id-data miż-żewġ negozjanti relatati li kkooperaw uriet li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lil pajjiżi terzi kienu aktar baxxi mill-valur normali mibni fir-Russja. Fil-fatt, l-investigazzjoni stabbiliet li b’mod ġenerali matul l-RIP din id-differenza fil-prezzijiet varjat bejn 2 % u 6 %. Dan jista’ jindika probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping fuq l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità jekk il-miżuri jiġu rrevokati.

2.3.   Il-kapaċità żejda fil-Belarus, fir-Russja u fl-Ukraina

(64)

Ġew eżaminati wkoll l-effetti possibbli tal-kapaċità żejda eżistenti. La r-Russja u lanqas l-Ukraina m’gћandhom suq domestiku rilevanti gћall-UAN. Anzi, jitqies li l-Belarus gћandha suq domestiku konsiderevoli gћal dan il-prodott.

(65)

Matul il-perjodu meqjus l-uniku produttur tal-Belarus irnexxielu jżid il-produzzjoni tiegћu b’14 %, u matul l-RIP kien qed jipproduċi qrib il-kapaċità sћiћa. Il-kapaċità tal-produzzjoni tiegћu matul l-istess perjodu baqgћet stabbli. Dan biegћ madwar 60 % tal-produzzjoni tiegћu fis-suq domestiku, bil-bqija tiġi esportata lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Gћalhekk jidher li dan il-produttur m’gћandu l-ebda kapaċità tal-produzzjoni żejda li tkun disponibbli malajr.

(66)

L-uniku produttur Russu li kkoopera żied il-produzzjoni tiegћu bi 78 % matul il-perjodu meqjus. Il-kapaċità tal-produzzjoni tiegћu matul l-istess perjodu baqgћet stabbli. Madankollu, skond l-informazzjoni mressqa, dan il-produttur xorta waћda gћad gћandu kapaċità sinifikanti disponibbli ta’ madwar 600 000 sa 700 000 tunnellata metrika sabiex iżid il-produzzjoni tiegћu tal-UAN, u, jekk il-miżuri jiġu revokati, jista’ juża din il-kapaċità żejda sabiex iżid l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Komunità. L-investiment li sar mill-kumpanija matul il-perjodu meqjus jissuġġerixxi żieda potenzjali oћra fil-kapaċità tal-produzzjoni. Huwa stmat li l-kapaċità ġenerali żejda Russa hija mill-inqas 600 000 sa 700 000 tunnellata metrika, li tikkostitwixxi madwar 20 % tal-konsum tal-Komunità. Matul il-perjodu meqjus l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi żdiedu b’79 %.

(67)

Fl-istess ћin, il-bejgћ domestiku ta’ l-uniku produttur Russu li kkoopera baqa’ f’livell baxx, li bћala medja jirrappreżenta inqas minn 5 % tal-bejgћ totali. Peress li s-suq domestiku ma jistax jassorbi ż-żieda fil-produzzjoni, huwa probabbli li kwalunkwe żieda fil-produzzjoni tiġi esportata.

(68)

Fejn jikkonċerna l-Ukraina, matul il-perjodu meqjus iż-żewġ produtturi li kkooperaw irnexxielhom iżidu l-produzzjoni bi tnax-il darba. Il-kapaċità tal-produzzjoni matul l-istess perjodu żdiedet bi kważi ћames darbiet. Barra minn hekk, gћandhom kapaċità żejda konsiderevoli sabiex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Komunità f’volumi sinifikanti jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġie stmat li l-kapaċità żejda ġenerali ta’ l-Ukraina tammonta gћal 700 000 sa 800 000 tunnellata metrika, li tikkostitwixxi madwar 20 % tal-konsum tal-Komunità. Matul il-perjodu meqjus l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi żdiedu bi tmien darbiet.

(69)

Il-bejgћ domestiku Ukrajn baqa’ f’livell baxx matul il-perjodu meqjus, li bћala medja jirrappreżenta inqas minn 2 % tal-bejgћ totali. Ta’ min jinnota li t-tkabbir tas-suq domestiku ma jistax jassorbi ż-żieda fil-produzzjoni, u gћalhekk huwa probabbli li kwalunwe żieda fil-produzzjoni tiġi esportata.

(70)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, jista’ jiġi konkluż li l-produtturi li kkooperaw, ћlief gћall-Belarus, gћandhom kapaċità żejda sostanzjali sabiex iżidu l-esportazzjonijiet tagћhom lejn is-suq tal-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati.

2.4.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet prevalenti fil-Komunità

(71)

Ta’ min jinnota li b’mod ġenerali, matul il-IP, il-livell tal-prezzijiet prevalenti tal-produtturi tal-Komunità fil-Komunità kien iktar baxx mil-livell tal-prezzijiet medji ta’ l-esportazzjonijiet tal-produtturi li jesportaw lejn il-pajjiżi terzi tul l-RIP, speċjalment lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Dan jiġi spjegat bil-fatt li l-prezzijiet tal-gass, li jikkostitwixxu aktar minn 50 % ta’ l-ispejjeż tal-manifattura, u b'hekk il-prezzijiet tal-UAN, kienu ogћla fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika milli fl-Ewropa u li l-UAN innegozjaw bi prezz ogħla fl-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(72)

Ta’ min jinnota li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bћala medja kienu iktar baxxi mill-valuri normali rispettivi, anke jekk il-livell tal-prezzijiet prevalenti fl-Istati Uniti kien ogћla mill-prezzijiet fil-Komunità. Gћalhekk jista’ jiġi konkluż li kwalunkwe bejgћ lejn is-suq tal-KE bil-wisq probabbli jkun bi prezzijiet soġġetti gћal dumping.

2.5.   L-inċentiv sabiex il-bejgћ jiġi trasferit minn swieq oћra għall-Komunità

(73)

Rigward il-Belarus, hemm suq domestiku li qed jikber malajr fejn il-produttur uniku qed ibigћ żewġ terzi tal-produzzjoni tiegћu. Meta jitqies li matul l-RIP il-prezz domestiku kien inqas minn nofs il-prezz prevalenti fil-Komunità, hemm probabbiltà li deċiżjoni ekonomika razzjonali twassal lill-produttur tal-Belarus sabiex jidderieġi mill-ġdid lejn is-suq tal-Komunità kwantitajiet sinifikanti li bћalissa qed jinbiegћu fis-suq domestiku bi prezzijiet soġġetti gћal dumping.

(74)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-produttur tal-Belarus li bћalissa qed jesporta t-terz li fadal lejn swieq oћra kieku jkollu vantaġġi konsiderevoli fl-ispejjeż tat-trasport meta minflok jesporta lejn il-Komunità, meta titqies il-qrubija tiegћu lejn il-fruntiera tal-Komunità meta mqabbel mas-swieq ta’ l-esportazzjoni potenzjali l-oћra gћall-produttur tal-Belarus bћalma huma l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, l-Arġentina jew l-Awstralja.

(75)

Fir-rigward ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, hemm probabbiltà li l-produttur tal-Belarus jidderieġi mill-ġdid partijiet sinifikanti mill-bejgћ tiegћu lejn il-Komunità bi prezzijiet soġġetti gћal dumping, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, minћabba li hemm inċentivi ekonomiċi b’saћћithom.

Il-konklużjonijiet dwar l-imġiba probabbli ta’ l-esportazzjonijiet gћall-Belarus, gћar-Russja u gћall-Ukraina

(76)

Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (20), fin-nuqqas ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul l-RIP mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina, ma setax jiġi stabbilit id-dumping minn dawn il-pajjiżi fir-rigward ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Madankollu, kif ġie spjegat fit-taqsima 2 ta’ aktar ’il fuq, l-investigazzjoni wriet li fuq il-bażi tal-kalkulazzjonijiet li saru billi ntużat id-data li hija relatata ma’ l-esportazzjonijiet effettivi minn dawn il-pajjiżi lejn is-suq ta’ l-esportazzjoni ewlieni tagћhom, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping.

3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping

(77)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi li saret fit-Taqsimiet 1 sa 5 ta’ aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż li jekk il-miżuri jiġu rrevokati, hemm probabbiltà li produzzjoni supplimentari tiġi esportata lejn il-Komunità, jew li l-bejgħ li bћalissa qed jiġi esportat lejn il-pajjiżi barra l-Komunità jew li qed jinbiegћ fis-swieq domestiċi jiġi dirett mill-ġdid lejn is-suq tal-Komunità fi kwantitajiet sinifikanti. Huwa probabbli li dawn l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità se jsiru bi prezzijiet soġġetti gћal dumping, b’mod partikolari sabiex jinkisbu mill-ġdid l-ishma tas-suq mitlufa fil-Komunità. Gћalhekk jista’ jiġi konkluż li, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, l-esportazzjonijiet tal-futur lejn il-Komunità għandhom isiru fi kwantitajiet miżjuda u bi prezzijiet soġġetti gћal dumping. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li s-swieq lil hinn mix-xtut huma soġġetti gћal spejjeż ta’ trasport ogћla mis-suq tal-Komunità, jiġifieri meta wieћed iqis il-bejgћ mill-pajjiżi ġirien, bћall-Belarus u l-Ukraina lill-Ewropa tal-Lvant jew lill-Alġerija gћall-Ewropa ta’ Isfel.

(78)

Rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità li joriġinaw mill-Alġerija, minћabba li dawn gћadhom qed isiru bi prezzijiet soġġetti gћal dumping, u wkoll fuq il-bażi ta’ l-analiżi ta’ aktar ’il fuq tal-kapaċitajiet żejda u l-paragun tal-livelli tal-prezzijiet, huwa probabbli li d-dumping mill-Alġerija se jkompli fil-futur. Meta jitqies li l-Komunità kienet l-uniku suq ta’ l-esportazzjoni gћall-Alġerija matul l-RIP, huwa ferm probabbli li l-esportaturi Alġerini jidderieġu l-volumi ta’ l-esportazzjoni miżjuda tagћhom prinċipalment lejn dan is-suq.

(79)

Fir-rigward ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni (mill-Alġerija) u ta’ rikorrenza (mir-Russja, mill-Belarus u mill-Ukraina) tad-dumping, jekk il-miżuri jiġu rrevokati.

D.   IL-ĦSARA

1.   Id-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(80)

Fil-Komunità, il-prodott ikkonċernat jiġi manifatturat minn 12-il produttur li l-output tagћhom jikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(81)

Ta’ min jinnota li kif kien ipparagunat ma’ l-investigazzjoni oriġinali, il-kumpaniji “Hydro Agri” ingћataw l-isem il-ġdid “Yara”. Ħames kumpaniji saru parti mill-industrija tal-Komunità minћabba t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2004.

(82)

Mit-12-il produttur tal-Komunità, 10 kumpaniji kkooperaw ma’ l-investigazzjoni, li minnhom disa’ ssemmew fit-talba għar-reviżjoni. Iż-żewġ produtturi li fadal (“produtturi Komunitarji oħrajn”) baqgħu siekta. Gћalhekk, l-10 produtturi li ġejjin ftiehmu li jikkooperaw:

Achema AB (il-Litwanja),

AMI Agrolinz Melamine International GmbH (l-Awstrija),

DSM Agro (l-Olanda),

Duslo AS (is-Slovakkja),

Fertiberia SA (Spanja),

Grande Paroisse SA (Franza),

Lovochemie AS (ir-Repubblika Ċeka),

Nitrogénművek Rt (l-Ungerija),

SKW Stickstoffwerke Piesteritz GmbH (il-Ġermanja),

Yara (l-Olanda, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit).

(83)

“Peress li matul l-RIP dawn l-10 produtturi tal-Komunità kienu jammontaw gћal 75 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità, gћalhekk qed jitqies li l-10 produtturi tal-Komunità li ssemmew aktar ’il fuq jammontaw gћal proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott simili. Dawn gћalhekk qed jitqies li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, u minn issa ’l quddiem se jissejћu l-‘industrija tal-Komunità”.

(84)

Kif indikat taћt il-premessi (10), (15) u (16) t’aktar ’il fuq, ġie magћżul kampjun li jikkonsisti minn erba’ kumpaniji. Il-produtturi kollha tal-Komunità li ttieћdu bћala kampjun ikkooperaw u bagћtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju qabel ma skada ż-żmien. Barra minn hekk, il-produtturi li għamlu l-ilment li baqa’ u l-produtturi li appoġġjaw l-investigazzjoni pprovdew kif kien xieraq ċerta data ġenerali gћall-analiżi tal-ћsara.

2.   Is-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità

2.1.   Il-konsum fis-suq tal-Komunità

(85)

Il-konsum tal-Komunità apparenti ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, tal-volumi tal-bejgћ tal-produtturi l-oћra tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, u tad-data tal-Eurostat gћall-importazzjonijiet kollha ta’ l-UE. Meta jitqies it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2004, u minћabba raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ konsistenza ta’ l-analiżi, il-konsum ġie stabbilit fuq il-bażi tas-suq ta’ l-UE-25 matul il-perjodu meqjus kollu.

(86)

Bejn l-2002 u l-RIP, il-konsum tal-Komunità żdied b’mod moderat bi 8 %. Iż-żieda rreġistrata fl-2004 hija prinċipalment attribwita lill-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni fl-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni tagћhom fl-Unjoni Ewropea. Mill-2004, il-bdiewa fl-Istati Membri l-ġodda kellhom finanzjament supplimentari disponibbli gћalihom li wassal għal żieda fl-użu tal-fertilizzanti.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-konsum totali tal-KE f’tunnellati

3 425 381

3 579 487

3 740 087

3 694 532

Indiċi (2002 = 100)

100

104

109

108

2.2.   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

2.2.1.   L-akkumulazzjoni

(87)

Fl-investigazzjoni oriġinali l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina ġew ivvalutati b’mod kumulattiv skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Ġie eżaminat jekk valutazzjoni kumulattiva kinitx ukoll xierqa fl-investigazzjoni attwaliattwali.

(88)

F’dan ir-rigward, instab li ma kien hemm l-ebda importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina matul il-perjodu meqjus u l-ebda importazzjoni mill-Belarus u mir-Russja fl-2004 u matul l-RIP. Gћalhekk, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku sabiex jiġu vvalutati b’mod kumulattiv l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn dawn il-pajjiżi ma’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Alġerija ma ġewx issodisfatti.

(89)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, tqies li l-erba’ pajjiżi kollha gћandhom jiġu eżaminati b’mod separat.

2.2.2.   Il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet minn kull wieћed mill-pajjiżi kkonċernati

(90)

Fejn jirrigwarda t-tliet pajjiżi kkonċernati b’esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul il-perjodu meqjus, il-volumi, l-ishma tas-suq u l-prezzijiet medji skond il-pajjiż żviluppaw kif ġie stabbilit aktar ’l isfel. Il-kwantità u t-tendenzi tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq l-Eurostat.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Alġerija (tunnellati)

97 378

239 348

219 680

177 383

Is-sehem tas-suq

2,8  %

6,7  %

5,9  %

4,8  %

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Alġerija (Euro/tunnellata)

96

99

117

131

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Belarus (tunnellati)

101 479

44 438

Is-sehem tas-suq

3,0  %

1,2  %

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Belarus (Euro/tunnellata)

74

64

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati)

81 901

81 809

Is-sehem tas-suq

2,4  %

2,3  %

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja (Euro/tunnellata)

64

70

(91)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Alġerija, gћalkemm naqas bi ftit mill-2003 ’il quddiem, kiseb 2 punti perċentwali oћra mis-sehem tas-suq matul il-perjodu meqjus, waqt li l-prezzijiet żviluppaw b’mod pożittiv minn 96 għal 131 Euro/tunnellata metrika. Rigward il-Belarus u r-Russja, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet rispettivi tagћhom naqsu sostanzjalment u komplew jonqsu mill-2004 ’il quddiem.

(92)

L-investigazzjoni wriet li matul l-RIP l-importazzjonijiet mill-Alġerija ma kinux bi prezzijiet taħt il-prezzijiet normali ta’ l-industrija tal-Komunità. Rigward il-pajjiżi li jifdal, fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet matul l-RIP, paragun bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet tagћhom lejn il-pajjiżi terzi matul l-RIP u l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità ukoll ma wera l-ebda tnaqqis fil-prezzijiet taħt il-prezz normali.

2.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oћra

(93)

Il-volumi ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oћra matul il-perjodu meqjus jintwerew fit-tabella ta’ hawn taћt. Il-kwantità u t-tendenzi tal-prezzijiet li ġejjin huma wkoll ibbażati fuq l-Eurostat.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija (tunnellati)

69 733

79 137

257 113

142 288

Is-sehem tas-suq

2  %

2,2  %

6,9  %

3,9  %

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija (Euro/tunnellata)

94

102

112

123

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (tunnellati)

26 024

57

20

6

Is-sehem tas-suq

0,7  %

0,0  %

0,0  %

0,0  %

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (Euro/tunnellata)

86

289  (*)

1 101  (*)

1 664  (*)

94)

Fil-każ tar-Rumanija, fl-2004 ġiet irreġistrata żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet fejn kisbet sehem tas-suq ta’ 6,9 %, li madankollu niżel gћal 3,9 % matul l-RIP minkejja l-kondizzjonijiet favorevoli tas-suq tal-Komunità. Dan l-iżvilupp gћandu jitqies fl-isfond taż-żieda f’daqqa ta’ l-esportazzjonijiet Rumeni lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li, f’termini ta’ volum, kienu jirrappreżentaw aktar minn tliet darbiet il-volumi ta’ l-esportazzjonijiet Rumeni lejn il-Komunità matul l-RIP. Fir-rigward tal-prezzijiet, dawn żdiedu b’mod stabbli matul il-perjodu meqjus kollu u kienu ogћla b’mod konsistenti mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità li ttieћdu bћala kampjun fl-2004 u fl-IP. Fuq din il-bażi, mhux qed jitqies li l-produtturi li jesportaw Rumeni jistgћu jikkostitwixxu theddida ta’ ћsara materjali gћall-industrija tal-Komunità. L-importazzjoni mill-Istati Uniti, li fl-2002 kellha biss sehem tas-suq ta’ 0,7 %, naqset b’mod drammatiku gћal 6 tunnellati metriċi matul l-RIP. Din it-tendenza tirrifletti l-fatt li sat-tmiem ta’ l-RIP il-prezzijiet tal-bejgћ fl-Istati Uniti ta' l-Amerika kienu ogћla mill-prezzijiet tal-bejgћ għall-KE, b’tali mod li ma kien hemm l-ebda inċentiv gћall-produtturi ta’ l-Istati Uniti ta' l-Amerika sabiex jesportaw lejn il-KE.

(95)

L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Importazzjoni tal-Fertilizzanti (“EFIA”) argumentat li peress li l-esportazzjonijiet Rumeni għas-suq Komunitarju ma kinux ta' theddida ta' ħsara materjali għalkemm iż-żieda tagħhom fil-volum hi ogħla minn dawk ta' l-esportazzjonijiet Alġerini u l-prezzijiet tagħhom anqas minn dawk mitluba mill-esportaturi Alġerini, daqstant l-esportazzjoniiet Alġerini m'għandhomx ikunu theddida għal ħsara materjali. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li tassew għall-Alġerija, kif indikat fil-premessa (92) ta' hawn fuq, li ma nstab l-ebda bejgħ bi prezz aktar baxx u l-Alġerija nstabet li ma kkaġuntat l-ebda ħsara materjali għall-industrija Komunitarja tul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-analiżi għal dak il-pajjiż, żviluppat fit-taqsima 4 ta' hawn taħt, uriet li seta' jkun hemm ripetizzjoni tal-ħsara. Min-naħa l-oħra, peress li d-doveri ta' l-anti-dumping ma kinux applikabbli għall-importazzjonijiet tal-UAN li oriġinaw mir-Rumanija, dan il-pajjiż mhux suġġett għal test ta' ripetizzjoni tad-dannu skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, l-argument ġie rrifjutat.

3.   Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità

(96)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jistgћu jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità.

3.1.   Rimarki preliminari

(97)

Minћabba l-fatt li ntuża t-teћid ta’ kampjun fir-rigward ta’ l-industrija tal-Komunità, il-ћsara ġiet ivvalutata kemm fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura fuq il-livell ta’ l-industrija tal-Komunità kollha (is-“C.I.” fit-tabelli mehmuża) u fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura fuq il-livell tal-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun (l-“S.P.” fit-tabelli mehmuża).

(98)

Meta jsir rikors għat-teħid ta’ kampjuni, skond il-prattika stabbilita, ċerti indikaturi ta’ ħsara (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-produzzjoni, il-ћażniet, il-bejgħ, is-sehem tas-suq, it-tkabbir u l-impjiegi) jiġu analizzati għall-industrija tal-Komunità kollha kemm hi, filwaqt li dawk l-indikaturi ta’ ħsara li huma relatati mar-rendiment tal-kumpaniji individwali, jiġifieri l-prezzijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-profitabilità, il-pagi, l-investimenti, il-qliegħ fuq l-investimenti, id-dħul u l-ħruġ tal-flus, l-abbiltà li jiġbru kapital ġew eżaminati fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun.

3.2.   Id-data li tirrelata ma’ l-industrija tal-Komunità kollha kemm hi

(a)   Il-produzzjoni

(99)

Il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedet b’5 % bejn l-2002 u l-RIP, jiġifieri minn livell ta’ madwar 2,8 miljuni tunnellati metriċi fl-2002 gћal livell ta’ madwar 3 miljun tunnellata metrika fl-RIP. Speċifikament, il-produzzjoni naqset bi 3 % fl-2003, qabel ma żdiedet b’2 punti perċentwali fl-2004 u b’7 punti perċentwali oћra fl-RIP.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-produzzjoni tas-C.I. (tunnellati)

2 843 529

2 768 258

2 823 972

3 003 918

Indiċi (2002 = 100)

100

97

99

106

Sors: Dawk li għamlu l-ilment, it-tweġibiet għall-kwestjonarju tat-teћid ta’ kampjuni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(b)   Il-kapaċità u r-rati ta’ l-użu tal-kapaċità

(100)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgћet prattikament stabbli matul il-perjodu meqjus kollu. Minћabba t-tkabbir fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità li jirriżulta żdied, minn livell ta’ 57 % fl-2002 gћal livell ta’ 60 % fl-RIP. Kif diġà ġie nnotat fl-investigazzjoni oriġinali, l-użu tal-kapaċità gћal din it-tip ta’ produzzjoni u għal dan it-tip ta’ industrija jista’ jiġi affettwat bil-produzzjoni ta’ prodotti oћra li jistgћu jiġu prodotti bl-istess tagћmir tal-produzzjoni.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-kapaċità tal-produzzjoni tas-C.I. (tunnellati)

4 984 375

4 944 575

4 941 975

4 955 075

Indiċi (2002 = 100)

100

99

99

99

L-użu tal-kapaċità tas-C.I.

57  %

56  %

57  %

61  %

Indiċi (2002 = 100)

100

98

100

106

(c)   Il-ћażniet

(101)

Il-livell tal-ћażniet ta’ l-gћeluq ta’ l-industrija tal-Komunità żdied progressivament matul il-perjodu meqjus kollu. Fit-tmiem tar-RIP (it-30 ta’ Ġunju 2005), il-livell tal-ћażniet kien relattivament baxx, iżda dan huwa minћabba l-fatt li gћal dan it-tip ta’ prodott, il-livelli tal-ћażniet ikun dejjem ferm aktar baxx fis-Sajf milli fix-Xitwa, peress li l-iktar bejgћ isir fir-Rebbiegћa u fl-ewwel jiem tas-Sajf. Sa tmiem l-2004, il-livell tal-ћażniet kien 13 % ogћla milli sa tmiem l-2002.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-ћażniet ta’ l-gћeluq tas-C.I. (tunnellati)

276 689

291 085

313 770

159 926

Indiċi (2002 = 100)

100

105

113

58

(d)   Il-volum tal-bejgћ

(102)

Il-bejgћ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità naqas bi 3 % bejn l-2002 u l-RIP. Dan l-iżvilupp imur kontra l-evoluzzjoni tal-konsum fis-suq tal-Komunità, li żdied bi 8 % matul l-istess perjodu (ara l-premessa (86) ta’ aktar ’il fuq). Iż-żieda ġenerali fil-volumi tal-produzzjoni tiġi spjegata mir-rendiment qawwi ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità matul l-istess perjodu. It-tabella ta’ hawn taћt turi l-volumi ta’ l-esportazzjoni tal-produtturi tal-Komunità li ttieћdu bћala kampjun, li d-destinazzjoni prinċipali tagћhom kienet is-suq ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-volum tal-bejgћ tal-KE tas-CI (tunnellati)

2 800 226

2 641 000

2 604 215

2 722 174

Indiċi (2002 = 100)

100

94

93

97

Il-volum tal-bejgћ tas-S.P. lill-pajjiżi terzi (tunnellati)

176 269

194 543

228 937

328 796

Indiċi (2002 = 100)

100

110

130

187

(e)   Is-sehem tas-suq

(103)

Is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Komunità naqas sostanzjalment bejn l-2002 u l-RIP. Speċifikament, l-industrija tal-Komunità tilfet 8 punti perċentwali tas-sehem tas-suq matul il-perjodu meqjus, waqt li l-produtturi Alġerini żiedu s-sehem tas-suq tagћhom minn 2,8 % gћal 4,8 % matul l-istess perjodu.

 

2002

2003

2004

RIP

Is-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità

81,7  %

73,8  %

69,6  %

73,7  %

Indiċi (2002 = 100)

100

90

85

90

(f)   It-tkabbir

(104)

L-industrija tal-Komunità gћalhekk tilfet parti sinifikanti mis-sehem tas-suq tagћha, għall-benefiċċju tal-produtturi Alġerini, Rumeni u produtturi oħra Komunitarji li kisbu sehem tas-suq matul l-istess perjodu.

(105)

It-telf tas-sehem fis-suq jista' jiġi attribwit ukoll għad-deċiżjoni razzjonali magħmula mill-industrija Komunitarja biex iżżid l-esportazzjonijiet tagħha lejn is-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika sabiex tibbenefika mill-prezziiet ħafna aktar ogħla tal-UAN li jiddominaw f'dak is-suq. Madankollu, fid-dawl tal-kapaċità ta' produzzjoni żejda kbira, l-industrija Komunitarja ma tistax tibbenefika mit-tkabbir tas-suq Komunitarju li ġie osservat tul il-perjodu kkunsidrat.

(g)   L-impjiegi

(106)

Il-livell ta’ l-impjiegi ta’ l-industrija tal-Komunità żdied b’5 % bejn l-2002 u r-RIP. Din iż-żieda relattivament żgћira gћandha tiġi attribwita prinċipalment lir-rendiment imtejjeb ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-prodott ta’ l-impjiegi ikkonċernat tas-C.I.

827

819

790

867

Indiċi (2002 = 100)

100

99

96

105

(h)   Il-produttività

(107)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol ta’ l-industrija tal-Komunità, imkejla bħala riżultat gћal kull persuna impjegata fis-sena, baqgћet pjuttost stabbli bejn l-2002 u l-RIP.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-produttività tas-C.I. (tunnellati gћal kull impjegat)

3 437

3 380

3 573

3 463

Indiċi (2002 = 100)

100

98

104

101

(i)   Il-kobor tal-marġni tad-dumping

(108)

Rigward l-impatt tal-kobor tal-marġni effettiv tad-dumping fuq l-industrija tal-Komunità, meta jitqies il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Alġerija (li jammonta għal 6,7 % tas-suq Komunitarju tul il-perjodu kkunsidrat), dan l-impatt ma jistax jitqies li huwa negliġibbli, speċjalment f’suq ferm volatili f’termini ta’ prezzijiet bћal dak tal-prodott ikkonċernat. Ma tista’ tinġibed l-ebda konklużjoni rigward il-Belarus, ir-Russja u l-Ukraina minћabba li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kienu waqfu fl-2003.

3.3.   Id-data li tirrelata mal-produtturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun

(a)   Il-prezzijiet tal-bejgћ u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

(109)

Il-prezz tal-bejgћ medju u nett tal-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità li ttieћdu bћala kampjun żdied sostanzjalment fl-2004 u fl-RIP, b’hekk jirrifletti l-kondizzjonijiet tas-suq internazzjonali favorevoli u prevalenti tal-prodott ikkonċernat matul l-istess perjodu. Din it-tendenza li qed tikber gћandha titqies flimkien ma’ l-evoluzzjoni simili ta’ l-ispiża tal-materja prima prinċipali, jiġifieri l-gass, kif turi t-tabella ta’ hawn taћt.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-prezz ta’ l-unità fis-suq tal-KE tas-S.P. (EUR/tunnellata)

85

89

109

114

Indiċi (2002 = 100)

100

105

128

134

Il-prezz tal-gas tas-S.P./MBTU (indiċjat)

100

107

111

126

(b)   Il-pagi

(110)

Bejn l-2002 u r-RIP, il-paga medja gћal kull impjegat żdiedet b’9 %, kif turi t-tabella ta’ hawn taћt.

 

2002

2003

2004

RIP

L-ispiża annwali tax-xogћol tas-S.P. gћal kull impjegat (000 EUR)

23,4

25,4

27,0

25,6

Indiċi (2002 = 100)

100

108

115

109

(c)   L-investimenti

(111)

Il-fluss annwali ta’ l-investimenti fil-prodott ikkonċernat li saru mill-erba’ produtturi li ttieħdu bħala kampjun żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu meqjus. Dawn l-investimenti kienu jirreferu prinċipalment għas-sostituzzjoni tal-magni qodma. Dan juri l-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità sabiex ittejjeb kontinwament il-produttività u l-kompetittività tagћha. Madankollu, ir-riżultati mhumiex apparenti fl-evoluzzjoni tal-produttività li baqgћet pjuttost stabbli (ara l-premessa (107) t’aktar ’il fuq) matul l-istess perjodu, li b’hekk tirrifletti d-diffikultajiet ta’ l-industrija tal-Komunità sabiex iżżid l-output tal-produzzjoni tagћha.

 

2002

2003

2004

RIP

L-investimenti netti tas-S.P. (000 EUR)

12 512

20 087

12 611

17 047

Indiċi (2002 = 100)

100

161

101

136

(d)   Il-profitabilità u l-qliegħ fuq l-investimenti

(112)

Il-profitabilità tal-produtturi li ttieħdu bħala kampjun turi titjib gradwali l-aktar mill-2003 lil hawn u laћqet il-livell ta’ 13,8 % matul l-RIP. Fi tmiem il-perjodu meqjus, il-profitabilità laћqet l-ogћla livell tagħha fuq dan is-suq ċikliku tal-prezzijiet. Fil-fatt, għadd ta’ fatturi, inklużi dawk esterni jistgћu jaffettwaw il-prezzijiet tas-swieq dinjija gћall-UAN u gћal fertilizzanti nitroġeniċi oћra. Fatturi bħal dawn jistgћu jirriżultaw jew fi provvista supplimentari jew f’domanda mnaqqsa gћal dawn il-prodotti, biex b’hekk jiġi influwenzat l-ipprezzar tal-prodott. Matul il-perjodu meqjus, minћabba l-provvista ristretta, il-prezzijiet tas-swieq dinjija telgħu ’l fuq. Madankollu fl-2002 u fl-2003, il-livelli tal-qliegħ li nstabu kienu moderati u taћt il-livelli meqjusa bћala raġonevoli mill-industrija tal-Komunità minћabba li din l-industrija b’intensità ta’ kapital gћolja. Il-qliegħ fuq l-investimenti (ROI), espressi bћala l-qliegħ f’persentaġġ tal-valur nett kif imniżżel fil-kotba ta’ l-investiment, segwa b’mod wiesa’ t-tendenza tal-profitabiltà t’aktar ’il fuq matul il-perjodu meqjus kollu.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-profitabilità tas-S.P., tal-bejgћ tal-KE lill-klijenti mhux relatati fil-KE (% tal-bejgћ nett)

8,1  %

6,0  %

12,3  %

13,8  %

Indiċi (2002 = 100)

100

74

151

170

Ir-ROI tas-S.P. (qliegħ f’% tal-valur nett kif imniżżel fil-kotba ta’ l-investiment)

22  %

24  %

50  %

58  %

Indiċi (2002 = 100)

100

111

229

265

(e)   Id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-abbiltà li jinġabar kapital

(113)

Id-dћul u l-ћruġ tal-flus żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. Dan l-iżvilupp huwa skond l-iżvilupp tal-profitabilità ġenerali matul il-perjodu meqjus.

 

2002

2003

2004

RIP

Id-dћul u l-ћruġ tal-flus tas-S.P. (000 EUR)

23 532

19 625

39 767

50 823

Indiċi (2002 = 100)

100

83

169

216

(114)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda diffikultà li ltaqgћu magћha l-produtturi tal-Komunità li ttieћdu bћala kampjun sabiex jiġbru kapital. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li peress li diversi minn dawn il-kumpaniji jiffurmaw parti minn gruppi kbar, dawn jiffinanzjaw l-attivitajiet tagћhom fil-grupp li jappartjenu gћalih jew permezz ta’ skemi ta’ ġabra ta’ flus kontanti jew permezz ta’ self fi ћdan il-grupp stess li jingћata mill-kumpaniji prinċipali.

3.4.   Konklużjoni

(115)

Bejn l-2002 u r-RIP, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw b’mod pożittiv: il-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żdied, il-prezzijiet tal-bejgћ għal kull unità ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedu u l-profitabiltà tjiebet sostanzjalment bħall-prezzijiet. L-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi żdiedu u l-qliegħ fuq l-investiment u d-dћul u l-ћruġ tal-flus evolvew b’mod pożittiv ukoll. Il-pagi żviluppaw b’mod moderat u l-industrija tal-Komunità kompliet tinvesti.

(116)

Bil-maqlub, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw b’mod negattiv: il-volumi tal-bejgħ naqsu bi 3 % bil-maqlub ta’ suq li qed jikber. Gћalhekk, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità naqas b’mod sostanzjali bi 8 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus. Il-produttività baqgћet pjuttost stabbli minkejja l-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità sabiex ittejjibha permezz ta’ l-investimenti.

(117)

B’mod ġenerali, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tjiebet b’mod sinifikanti meta mqabbla mas-sitwazzjoni tagћha qabel l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-UAN mill-pajjiżi kkonċernati fis-sena 2000. Gћalhekk jidher ċar li dawn il-miżuri kellhom impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. Madankollu, ta’ min jenfasizza li l-iżvilupp pożittiv ta’ ċerti indikaturi jista’ jiġi attribwit parzjalment ukoll gћas-suq tal-prodott simili, li kien, minħabba l-provvista limitata dinjija, tassew favorevoli matul l-aћћar sentejn tal-perjodu meqjus. Barra minn hekk, l-iżvilupp pożittiv tar-rendiment ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità wkoll ikkontribwixxa gћall-evoluzzjoni pożittiva ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità li sa ċertu punt tikkontrobilanċja s-sehem tas-suq fil-Komunità li qed jonqos.

(118)

Qed jiġi gћalhekk konkluż li s-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tjiebet, meta mqabbla mal-perjodu li ġie qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, iżda gћadha fraġli.

4.   Il-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ћsara

4.1.   Ġenerali

(119)

Peress li m’hemm l-ebda kontinwazzjoni ta’ ћsara materjali li ġiet ikkawżata mill-importazzjonijiet mill-erba’ pajjiżi kkonċernati, l-analiżi ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ћsara. F’dan ir-rigward, ġew analizzati ż-żewġ parametri prinċipali: (i) l-ispiża tal-gass fil-pajjiżi kkonċernati u l-impatt tagћha fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-UAN u (ii) l-effett tal-volumi ta’ l-esportazzjonijiet previsti mill-pajjiżi kkonċernati lejn il-Komunità fuq l-industrija tal-Komunità, meta jitqiesu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

4.2.   L-evoluzzjoni probabbli tal-prezzijiet tal-bejgћ: Il-prezzijiet tal-gass u l-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiżi kkonċernati

(120)

Il-probabbiltà tar-rikorrenza tal-ћsara se tiddependi ferm fuq l-evoluzzjoni probabbli tal-prezzijiet tal-UAN. Minħabba li l-gass, mingћajr dubju, huwa l-aktar element ta’ nefqa importanti li jirrappreżenta iktar minn 50 % ta’ l-ispiża tal-produzzjoni tal-UAN meta jinxtara bil-prezzijiet tas-swieq dinjija, u gћalhekk huwa fattur determinanti fil-prezz tal-bejgћ tal-UAN. L-ispiża tal-gass fil-produzzjoni tal-UAN tiddependi fuq l-użu ta’ l-effiċjenza tal-gass u fuq il-prezz ta’ l-unità. Saret analiżi ta’ dawn iż-żewġ parametri fl-ispiża tal-produzzjoni tal-UAN gћall-industrija tal-Komunità, min-naћa waћda, u gћar-Russja u gћall-Alġerija, min-naћa l-oћra.

(121)

Minn din l-analiżi l-ewwelnett intwera li l-effiċjenza tal-gass hija fattur importanti sabiex tiġi stabbilita l-ispiża tal-gass gћal kull tunnellata metrika ta’ UAN prodotti. F’dan ir-rigward, instab li l-effiċjenza tal-gass ta’ l-industrija tal-Komunità kienet relattivament gћolja, fejn tilħaq sa 15 % ta’ konsum inqas ta’ gass gћal kull tunnellata metrika ta’ UAN prodotti minn dik tal-produtturi fir-Russja u fl-Alġerija. Dan huwa r-riżultat ta’ l-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità sabiex ittejjeb kontinwament il-produttività u l-kompetittività tagћha permezz ta’ investimenti xierqa li jeћtieġu influss kapital annwali li bejn wieħed u ieħor jammonta gћal terz ta’ l-assi netti totali tagћha kif imniżżla fil-kotba. Dan il-vantaġġ komparattiv għandu jkun ta’ benefiċċju għall-industrija tal-Komunità u gћandu jirriżulta fi spiża tal-produzzjoni aktar baxxa tal-UAN.

(122)

Minkejja din l-effiċjenza, l-industrija tal-Komunità tispiċċa bi spiża ta’ gass gћal kull tunnellata metrika ta’ UAN prodotti li tkun madwar tliet darbiet ogћla minn dik tar-Russja u ta’ l-Alġerija minћabba d-differenza fil-prezz tal-gass. Il-prezzijiet tal-gass baxxi b’mod artifiċjali f’dawn iż-żewġ pajjiżi jispjegaw b’mod sћiћ id-differenza. Id-differenza fil-prezzijiet konsegwenti tal-UAN f’dawn iż-żewġ pajjiżi, meta mqabbla mal-produtturi li jixtru l-gass bi prezzijiet tas-suq dinji, bћal dawk fil-Komunità, mhux probabbli li se titnaqqas fil-futur qrib. Bil-maqlub, jekk il-mudell attwali fl-iżvilupp tal-prezzijiet tal-gass tas-suq dinji fis-snin li ġejjin jinżamm, dan id-distakk jista’ jitwessa’ iżjed. Fuq din il-bażi, qed jitqies li l-produtturi fir-Russja u fl-Alġerija se jkomplu jkollhom dan il-vantaġġ fl-ispiża artifiċjali, li jegћleb sew l-ispejjeż gћolja tat-trasport minћabba l-piż tal-UAN. Dan jagħmel lis-suq tal-Komunità attraenti gћall-produtturi anki dawk li jinstabu f’żoni mbiegћda f’dawn il-pajjiżi li jkollhom iћallsu spejjeż tat-trasport li jkunu ogћla minn 20 % tal-prezz.

(123)

Fid-dawl ta’ dawk il-prezzijiet baxxi tal-gass, huwa probabbli li l-produtturi li jesportaw fir-Russja u fl-Alġerija gћalhekk se jkollhom il-possibbiltà li jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità bi prezzijiet aktar baxxi mill-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Gћalhekk, huwa ferm probabbli li dawk l-importazzjonijiet ikunu sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet tas-CI.

(124)

Rigward il-Belarus u l-Ukraina, dawn mhumiex inklużi f’din l-analiżi peress li gћall-iskop ta’ din l-investigazzjoni t-tnejn tqiesu bħala pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, u gћalhekk id-data tagћhom dwar l-ispiża tal-produzzjoni ma ġietx mitluba. Madankollu, ġiet akkwistata d-data speċifika dwar il-prezzijiet tal-gass f’dawn iż-żewġ pajjiżi, u l-investigazzjoni wriet li fl-RIP il-produtturi f’dawn il-pajjiżi kienu qed jiġu fornuti b’gass bi prezzijiet li kienu sostanzjalment aktar baxxi minn dawk li kienu qed jiġu ċċarġjati lill-industrija tal-Komunità. Gћalhekk qed jitqies li ż-żewġ pajjiżi se jkollhom l-istess possibbiltà li jesportaw il-prodott ikkonċernat bi prezzijiet aktar baxxi mill-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, u jista’ jiġi konkluż ukoll li hemm probbabbiltà li dawk il-prezzijiet ikunu aktar baxxi mill-prezzijiet tas-CI.

(125)

Jekk dawn il-miżuri jiskadu, il-fatt li l-esportaturi tal-Belarus, tar-Russja u ta’ l-Ukraina jkollhom il-ħtieġa jistabbilixxu rwieħhom mill-ġdid fis-suq tal-Komunità u li l-esportaturi Alġerini jkollhom il-ħtieġa li jsaħħu l-pożizzjoni tagћhom fis-suq, jista' jsostni wkoll il-probabbiltà li dawk il-produtturi jiċċarġjaw prezzijiet aktar baxxi mis-CI sabiex jiksbu mill-ġdid is-sehem tas-suq mitluf jew iwessgћu l-bażi tal-klijenti tagћhom.

(126)

L-EFIA u ċerti produtturi li jesportaw argumentaw li spejjeż aktar baxxi tal-produzzjoni ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala raġuni valida biex jiġġustifikaw l-probabbiltà ta' ripetizzjoni ta' ħsara. Ġie sottomess ukoll li l-possibbiltà li jitnaqqsu l-prezzijiet ma kinetx l-istandard legali biex jiġi stabbilit jekk kienx probabbli li tiġi rripetuta l-ħsara. Barra minn hekk, l-Alġerija talbet prezzijiet ogħla mill-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja u l-Belarus, ir-Russja u l-Ukraina ma esportaw xejn lejn il-Komunità fl-2004 u l-RIP u l-prezzijiet tagħhom lejn il-pajjiżi terzi kienu ogħla mill-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja, li huma kkunsidrati bħala li ma jagħmlux ħsara. Din ix-xhieda se turi, skond l-EFIA, li l-produtturi li jesportaw mhumiex qegħdin jistrieħu fuq l-ispejjeż aktar baxxi tal-gass billi jiffissaw prezzijiet aktar baxxi, iżda bil-maqlub, jitolbu prezzijiet ogħla u pjuttost jippruvaw ikabbru l-marġni tal-qliegħ tagħhom.

(127)

Il-ħsieb wara t-twaqqif ta' probabbiltà ta' ripetizzjoni ta' ħsara hu tabilħaqq jekk l-iskadenza tal-miżuri joħloqx kondizzjonijiet li jħeġġu r-ripetizzoni tal-ħsara. F'dan ir-rigward, fil-bidu għandu jiġu nnutat li, kif il-partijiet jagħrfu, il-produtturi li jesportaw fil-pajjiżi kkonċernati jibbenefikaw minn prezzijiet tal-gass baxxi, li joffrulhom id-diskrezzjoni li jwaqqgħu l-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja. Min-naħa l-oħra, l-istħarriġ wera li l-esportazzjonijiet tagħhom tul l-RIP kienu dumped. Din l-imġiba tal-prezzijiet dehret fid-dawl ta' i) il-kapaċità żejda ta' esportazzjoni sinifikanti ta' l-esportaturi, u ii) l-ispejjez sostanzjalment aktar baxxi tal-produzzjoni. L-ewwel tindika l-inċentiva qawwija tagħhom sabiex isibu swieq biex ibiegħu il-produzzjoni tagħhom. It-tieni turi l-ħila tagħhom biex inaqqsu severament il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' bejgħ tagħhom fil-volum.

(128)

B'rigward għall-prezzijiet, għandu jitfakkar li tul l-aħħar sentejn tal-perjodu kkunsidrat, kondizzjoniiet tas-suq favorevoli żammew il-prezzijiet fuq livell għoli ħafna kienu x'kienu l-miżuri anti-dumping applikabbli. Tabilħaqq, tul dak il-perjodu, bilanċ ta' domanda għall-forniment dinji wassal għal prezzijiet għolja għall-fertilizzanti tan-nitroġenu kollha. Il-UAN hi, bħall-fertilizzanti tan-nitroġenu l-oħra, kumdità li l-prezzijiet tagħha huma influwenzati minn bosta fatturi ibda mill-prezz volatili tal-gass li għandu impatt konsiderevoli fuq il-provvista bħala l-element ta' infiq l-aktar importanti, u spiċċa fil-kondizzjonijiet tat-temp, il-livelli tal-ħażna ta' uċuħ u l-qamħ li jirriżultaw f'talba mnaqqsa jew miżjuda. B'rigward partikolari għas-suq Komunitarju, it-talba għall-fertilizzanti tan-nitroġenu hi mistennija tonqos kemmxejn fis-snin li ġejjin (6) Iż-żamma ta' tali prezzijiet għoljin tiddependi għalhekk fuq provvista limitata, li madankollu mhux probabbli, kif wera l-istħarriġ, minħabba l-kapaċità żejda ta' esportazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati u l-probabbiltà ta' direzzjoni mill-ġdid min-naħa ta' l-esportazzjonijiet tagħhom għall-pajjiżi terzi tul l-RIP, jekk il-miżuri jiskadu. Dan ix-xenarju probabbilment se jwassal lill-produtturi li jesportaw biex inaqqsu l-prezzijet tagħhom u jwaqqgħu l-prezziiet ta' l-industrija Komunitarja, sabiex jiksbu sehem fis-suq u jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom fil-volumi ta' l-esportazzjoni. Taħt tali ċirkostanzi, l-industrija Komunitarja tiġi mġiegħla jew tnaqqas il-prezzijiet tagħha għal livell qrib jew inqas mill-infiq tal-produzzjoni meta jiġi kkunsidrat il-prezz għoli miżmum tal-gass jew it-telfien ta' sehem fis-suq u b'hekk id-dħul, jew it-tnejn. Żieda fl-esportazzjoniijet lejn is-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika mhix probabbli minħabba r-raġunijiet stipulati fil-premessa (135) ta' hawn taħt. Għalhekk, id-deterjorazzjoni tar-rendiment globali ta' l-industrija Komunitarja se tkun il-konsegwenza inevitabbli tar-revoka tal-miżuri.

(129)

B'rigward għall-argument taż-żieda tal-qliegħ, għandu jiġi nnutat li dan hu msejjes fuq id-differenza pożittiva fil-prezz osservata tul il-perjodu kkonċernat bejn is-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u dak tal-Komunità, li madankollu ma jistax jitqies bħala element ta' apprezzament għall-prezzijiet fil-ġejjieni ta' kumdità volatili ħafna bħall-UAN. Fuq din il-bażi, ġie stabbilit li hemm riskju għoli ta' ripetizzjoni ta' ħsara, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, u għalhekk l-argument ġie rrifjutat.

4.3.   L-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tal-volumi ta’ l-esportazzjonijiet previsti u l-effetti tal-prezzijiet f’każ li l-miżuri jiġu rrevokati

4.3.1.   Rimarki preliminari — Il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni

(130)

Il-UAN huma fertilizzanti likwidi li jfornu n-nitroġenu lill-uċuħ tar-raba’. Dawn jintużaw prinċipalment bћala fertilizzanti ta’ qabel iż-żrigћ gћall-uċuħ tar-raba’ li jinħartu, li normalment jeћtieġu l-UAN fir-Rebbiegћa. Il-UAN gћandhom potenzjal limitat li jinbidlu ma’ fertilizzanti oћra tan-nitroġenu, peress li l-bdiewa jużaw tagћmir differenti sabiex japplikaw il-UAN u dawn jistgћu jiġu mħallta ma’ soluzzjonijiet oћra, bћalma huma l-pestiċidi gћal applikazzjoni waћda. Gћalhekk, id-domanda hija kkaratterizzata mill-ogħla livelli ta’ użu staġonali u hija relattivament mhux elastika.

(131)

Gћalkemm il-UAN ġeneralment jiġu kkonsmati staġonalment, jiġu prodotti s-sena kollha gћaliex hekk ikun aktar effiċjenti milli kieku kellha titwaqqaf il-produzzjoni. Gћalhekk, il-produtturi tal-Komunità jinstabu bl-aqwa inventarji matul il-Ħarifa u x-Xitwa. Huwa probabbli li importazzjonijiet kbar tal-prodott ikkonċernat bi prezzijiet imnaqqsa matul ir-Rebbiegћa u s-Sajf se jkollhom effett avvers sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità gћal komodità daqstant volatili bћall-prodott ikkonċernat, li gћalih il-prezzijiet jiġu ffissati kull ġimgћa.

4.3.2.   L-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(132)

Minћabba n-nuqqas ta’ esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ћlief gћall-Alġerija matul l-RIP, l-analiżi hija ffokata fuq il-probabbiltà li fil-futur qrib l-esportazzjonijiet li jsiru lejn pajjiżi oћra matul l-RIP jingħataw direzzjoni ġdida lejn is-suq tal-Komunità. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni probabbli tal-prezzijiet tal-bejgћ tal-UAN trid tiġi analizzata.

(133)

Fir-rigward ta’ l-evoluzzjoni probabbli ta’ l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Komunità, ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet tal-UAN fis-suq ta’ l-Istati Uniti ta' l-Amerika li joriġinaw mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina kienu soġġetti gћal miżuri anti-dumping sakemm dawn ġew irrevokati f’April 2003. It-tabella ta’ hawn taћt turi l-iżvilupp ta’ l-esportazzjonijiet ta’ dawn it-tliet pajjiżi lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti ta’ l- Amerika sa minn l-2003:

L-esportazzjonijiet lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika minn:

2003 (**)

2004

RIP (***)

Il-Belarus f’tunnellati

156 596

244 526

227 772

Ir-Russja f’tunnellati

179 993

614 395

699 100

L-Ukraina f’tunnellati

111 321

103 440

145 828

Total f'tunnellati

447 910

962 361

1 072 700

(134)

Fuq din il-bażi, jidher li mill-2003 sa l-2004 dawn il-pajjiżi żiedu b’mod sinifikanti l-volum esportat tagћhom. Fil-każ tar-Russja, b’mod partikolari, il-volum ta’ l-esportazzjonijiet tela’ minn 180 elf tunnellata metrika fl-2003 gћal madwar 600 elf tunnellata metrika fl-2004 li jirrappreżenta żieda ta’ aktar minn tliet darbiet. Din l-istatistika tal-kummerċ turi wkoll li żieda f'daqqa u qawwija tal-volumi ta' esportazzjoni minn dawn il-pajjiżi għall-Istati Uniti ta' Amerika twaqqfet tul l-RIP, fejn iż-żieda meta mqabbla ma' l-2004 kienet inqas qawwija (11 %). L-istabbilizzazzjoni tal-volumi ta' esportazzjoni kollettivi tagħhom lejn is-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għal madwar miljun tunnellata ġiet ikkonfermata mir-rendiment ta' esportazzjoni wara l-RIP ta' dawn il-pajjiżi lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(135)

Fir-Rapport Finali ta' l-istħarriġ anti-dumping ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq l-importazzjonijiet tal-UAN mill-Belarus, ir-Russja u l-Ukraina, ir-raġuni għal dan l-istabilizzazzjoni hi deskritta fid-dettall (7) F'dan ir-rapport, hu ddikjarat b'mod speċifiku li l-proporzjoni għoli ta' l-ispejjeż tat-trasport fuq l-art jinvolvu li s-suq għall-importazzjonijiet hu virtwalment limitat għaż-żoni ta' max-xtut u li dawn l-ispejjeż jagħmlu l-bejgħ finali tal-UAN importati għal-bosta żoni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li jinkludu l-Istati ta' konsum tal-UAN fl-hekk imsejħa żona ta' “farm belt”, wisq għaljin meta mqabbla mal-UAN prodott lokalment. Fi kliem ieħor, hemm limiti għad-daqs tas-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjonijiet, u ż-żoni l-aktar sinifikanti f'termini ta' konsum jibqgħu protetti mill-importazzjonijiet minħabba l-post tagħhom. Fid-dawl ta' l-istabbilizzazzjoni osservata ta' l-importazzjonijiet mill-Belarus, ir-Russja u l-Ukraina, kif dekritt fil-premessa (134) ta' hawn fuq, huwa għalhekk konkluż li s-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika ma jistax jassorbi volumi ta' importazzjonijiet ħafna għola minn dawk irreġistrati fl-RIP.

(136)

Fil-kuntest li ssemma aktar ’il fuq, u minћabba l-qrubija relattiva tas-suq tal-Komunità, jista’ jiġi konkluż li huwa probabbli li l-bejgћ sinifikanti jew il-kapaċità żejda fil-pajjiżi kkonċernati, se jiġu diretti lejn is-suq tal-Komunità, jekk il-miżuri jitћallew jiskadu. Minћabba l-livell aktar baxx ta’ spejjeż tat-trasport meta mqabbel ma’ l-esportazzjonijiet lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet tagћhom jistgћu jkunu sostanzjalment aktar baxxi minn dawk li jipprevalu fis-suq ta’ l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Barra minn hekk, kif jintwera fil-premessi (50), (54) u (63) ta’ aktar ’il fuq, instab li l-bejgћ fis-suq ta’ l-Istati Uniti ta' l-Amerika tal-produtturi li jesportaw li kkooperaw sar bi prezzijiet aktar baxxi mill-valuri normali rispettivi.

4.3.3.   L-impatt fuq il-kapaċitajiet żejda

L-Alġerija

(137)

Ta’ min ifakkar li s-suq domestiku tal-prodott ikkonċernat fl-Alġerija huwa insinifkanti u li virtwalment il-kapaċità tal-produzzjoni kollha hija orjentata lejn l-esportazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-kapaċità żejda attwali tal-produtturi Alġerini tirrappreżenta 10-20 % tal-konsum tas-suq tal-Komunità. Il-kapaċità żejda totali attwali hija stmata li tlaћћaq madwar 300 000-350 000 tunnellata.

(138)

B’mod partikolari, minћabba l-qrubija tas-suq tal-Komunità, huwa ferm probabbli li, jekk il-miżuri jitћallew jiskadu, din il-kapaċità tal-produzzjoni żejda tintuża gћall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat sabiex jiġi esportat lejn il-Komunità (l-Alġerija gћandha sehem tas-suq ta’ 4,8 % biss). Huwa probabbli li l-volumi gћolja mistennija ikunu bi prezzijiet soġġetti gћal dumping u probabbilment jikkawżaw ћsara lill-produtturi tal-Komunità.

Il-Belarus

139)

Instab li hemm suq domestiku li qed jikber malajr, fejn, matul l-RIP, l-uniku produttur biegћ żewġ terzi tal-produzzjoni tiegћu. Barra minn hekk, fl-2004 u fl-RIP ma kien hemm l-ebda esportazzjoni lejn il-Komunità, u l-esportazzjonijiet lejn s-suq ta’ l-Istati Uniti naqsu minkejja n-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u minkejja kondizzjonijiet favorevoli gћas-suq.

(140)

Jekk il-miżuri jitћallew jiskadu, bil-wisq probabbli li s-sitwazzjoni fir-rigward tal-Belarus tinbidel b’mod drammatiku. Minћabba l-fatt li l-prezz domestiku kien inqas minn nofs il-prezz tas-suq prevalenti fil-Komunità matul l-RIP, deċiżjoni ekonomika razzjonali għandha twassal sabiex il-produttur tal-Belarus jidderieġi mill-ġdid lejn is-suq tal-Komunità kwantitajiet sinifikanti li bћalissa qed jinbiegћu fis-suq domestiku bi prezzijiet soġġetti gћal dumping. Huwa probabbli li r-riżultat ikun rikorrenza tal-ћsara kkawżata minn volumi gћolja ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-Belarus.

Ir-Russja

(141)

Is-suq domestiku Russu huwa relattivament żgћir meta mqabbel mal-kapaċità żejda li, kif issemma diġà fil-premessa (66) ta’ aktar ’il fuq, tammonta gћal 600 000 sa 700 000 tunnellata metrika u li tista’ tiġi sostanzjalment imkabbra jekk jiġu miżjuda l-kapaċitajiet ta’ dawk li ma kkooperawx jew il-kapaċitajiet li qed jiġu użati bћalissa fil-produzzjoni u fl-esportazzjoni tal-urea u tan-nitrat ta’ l-ammonju, iż-żewġ fertilizzanti l-oћra tan-nitroġenu.

(142)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota wkoll li bћalissa hemm miżuri ta’ ћarsien tan-negozju li ġew imposti mill-Komunità fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti fi stadju aktar kmieni tal-produzzjoni, jiġifieri l-urea u n-nitrat ta’ l-ammonju solidi, mir-Russja (8). Rigward il-miżuri fuq l-urea, bћalissa qed issir investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza (9). Barra minn hekk, bћalissa qed issir investigazzjoni ta’ reviżjoni temporanja, limitata gћal produttur li jesporta ewlieni, rigward il-miżuri fuq in-nitrat ta’ l-ammonju (10). Gћalhekk, jiddependi mir-riżultat finali ta’ dawn l-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni, hemm riskju li l-produzzjoni tiġi mċaqilqa minn dawk il-prodotti gћall-UAN, li mbagћad jista’ jirriżulta f’żieda supplimentari sostanzjali tal-kapaċità żejda stmata tal-produtturi Russi.

(143)

Minћabba dak li ntqal aktar ’il fuq hemm probabbiltà kbira li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità se jerġgħu jibdew jekk il-miżuri jitћallew jiskadu. Il-volumi ta’ importazzjonijiet bħal dawn jistgћu jiġu stmati b’mod konservattiv bħala li jirrappreżentaw viċin ta' 20 % tas-suq Komunitarju, meta jitqies l-konsum f'dak is-suq(ara l-premessa (86)) kif ukoll il-kapaċitajiet żejda effettivi fir-Russja. Minћabba l-prezzijiet baxxi ћafna tal-gass li qed jitћallsu mill-produtturi Russi u minћabba l-vantaġġ konsegwenti fl-ipprezzar gћall-prodott ikkonċernat, huwa probabbli li importazzjonijiet bħal dawn jikkawżaw ћsara serja lill-industrija tal-Komunità.

L-Ukraina

(144)

Fost il-pajjiżi kkonċernati, l-Ukraina bћalissa huwa l-pajjiż bl-ikbar kapaċità żejda li hija stmata li tvarja bejn 700 000 sa 800 000 tunnellata metrika. Il-kapaċità żejda attwaliattwali waћedha tammonta gћal madwar 20 % tal-konsum tal-Komunità.

(145)

Fin-nuqqas ta’ suq domestiku sinifikanti u minћabba l-qrubija tas-suq tal-Komunità, huwa probabbli li, jekk il-miżuri jiskadu, esportazzjonijiet sostanzjali se jiġu diretti lejn is-suq tal-Komunità. Kif intwera aktar ’il fuq dawn l-esportazzjonijiet probabbilment se jkunu ta’ livelli soġġetti gћal dumping, u gћalhekk jikkawżaw ћsara kbira lill-industrija tal-Komunità.

4.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ћsara

(146)

Minћabba l-prezzijiet baxxi b’mod artifiċjali li l-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati jћallsu gћall-gass bħala materja prima bażika, u minћabba l-impatt li dan gћandu fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-UAN, huwa probabbli li, jekk il-miżuri jitћallew jiskadu, il-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati se jkollhom il-possibbiltà li jesportaw il-prodott ikkonċernat bi prezzijiet aktar baxxi mill-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità.

(147)

Jekk il-miżuri jiskadu, il-pajjiżi kollha kkonċernati ћlief gћall-Belarus gћandhom kapaċità żejda li tista’ tiġi diretta lejn is-suq tal-Komunità. Fir-rigward tal-Belarus, meta jitqiesu l-volumi ta’ bejgћ gћolja fis-suq domestiku bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk li kienu jipprevalu fis-suq tal-Komunità matul l-RIP, huwa ferm probabbli li mill-inqas parti minnhom għandhom jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Komunità, jekk il-miżuri jiskadu. L-ispejjeż aktar baxxi tat-trasport gћall-bejgћ lejn il-Komunità meta mqabbla ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika wkoll jistgћu jistimolaw l-għoti ta’ direzzjoni ġdida lill-bejgћ lejn is-suq tal-Komunità. Barra minn hekk, gћall-erba’ pajjiżi kollha d-direzzjoni ġdida ta’ parti mill-esportazzjonijiet attwali tagћhom minn pajjiżi oћra lejn il-Komunità hija probabbli jekk il-miżuri attwali jiġu revokati, kif intwera fil-Premessi (132)-(136).

(148)

L-EFIA u ċerti produtturi li jesportaw issottomettew li l-preżunzjoni taċ-ċaqliq mill-produzzjoni ta' l-urea u tan-nitrat ta' l-ammonju lejn il-UAN ma jagħtix każ il-fatt ekonomiku bażiku li l-produtturi ma jistgħux sempliċiment ibiddlu l-produzzjoni mingħajr investimenti supplimentari. Barra minn hekk, iddikjaraw li l-produtturi mhumiex se jċedu prodotti li jagħmlu aktar qliegħ biss minħabba li jitneħħew il-miżuri anti-dumping fuq prodott li jagħmel inqas qliegħ.

(149)

B'rigward għall-investimenti supplimentari meħtieġa, għandu jiġu nnutat li bosta mill-esportaturi maġġuri li jipproduċu l-fertilizzanti tan-nitroġenu huma produtturi integrati u għalhekk id-deċiżjoni fuq il-produzzjoni/esportazzjoni ta' prodott jew ieħor tiddependi partikolarment fuq il-kondizzjonijiet tas-suq. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti li jħallu qliegħ, il-prodotturi se jfittxu tabilħaqq il-prodotti li jħallu l-aktar qliegħ. F'dan ir-rigward, il-miżuri anti-dumping għandhom sehem maġġuri fid-deċiżjoni tagħhom, peress li dan hu muri fiż-żieda sinfikanti fl-esportazzjoniiet dumped tal-UAN lis-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika tul l-2004 u l-RIP, ladarba l-miżuri ta' l-anti-dumping ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika ġew irrevokati fl-2003. Għalhekk, deċiżjonijiet ekonomiċi sodi magħmula mill-produtturi li jesportaw sejrin probabbilment iwassluhom sabiex ibiddlu minn prodott għall-ieħor sabiex iżommu jew iżidu l-bejgħ ġenerali tagħhom tal-fertilizzanti tan-nitroġenu u l-profitti tagħhom. Fuq din il-bażi, l-argumenti ta' hawn fuq ġew irrifjutati.

(150)

Dak li ntqal aktar ’il fuq iwassal gћall-konklużjoni li jekk il-miżuri jiskadu, huwa probabbli li jkun hemm esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati f’volumi sinifikanti u bi prezzijiet li jkunu orħos mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità minћabba l-ispiża tal-produzzjoni mgћawġa u artifiċjalment baxxa tagћhom. Wisq probabbli dan ikollu l-effett li jsaћћaћ it-tendenza li jitmewtu l-prezzijiet fis-suq, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. B’mod partikolari, dan għandu jfixkel l-irkupru finanzjarju li nkiseb fl-2004 u fl-RIP, li jwassal gћal rikorrenza probabbli tal-ћsara. Fi kliem ieћor, aktar ma l-kondizzjonijiet tas-suq isiru goffi, aktar wieћed jistenna depressjoni f’daqqa tal-prezzijiet mill-pajjiżi kkonċernati, waqt li jitqiesu d-differenza sinifikanti fl-ispiża tal-produzzjoni tagћhom kif ukoll il-kapaċità żejda tagћhom.

E.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Introduzzjoni

(151)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tkunx kontra l-interess tal-Komunità kollha. Id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità kienet ibbażata fuq apprezzament ta’ l-interessi differenti kollha involuti.

(152)

Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, tqies li l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li gћalhekk tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seћћ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping attwali.

(153)

Fuq din il-bażi, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping li jagћmel il-ћsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu gћall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(154)

L-industrija tal-Komunità ppruvat li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan kien ikkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagћha li ġiet osservata wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-2000. B’mod partikolari, bejn l-2002 u l-RIP, l-industrija tal-Komunità tejbet is-sitwazzjoni tal-qliegħ tagћha.

(155)

Wieћed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li l-industrija tal-Komunità se tkompli tibbenefika mill-miżuri imposti bħalissa u se tirkupra aktar billi ddawwar it-tendenza ’l isfel fis-sehem tas-suq u ttejjeb aktar il-profitabilità tagћha. Jekk il-miżuri ma jinżammux, huwa probabbli li se jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet soġġetti gћal dumping mill-pajjiżi kkonċernati li b’hekk tikkawża ћsara lill-industrija tal-Komunità billi tiġi eżerċitata pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgћ li se tipperikola s-sitwazzjoni finanzjarja pożittiva tagħha ta’ bħalissa li iżda gћadha fraġli.

3.   L-interess ta’ l-importaturi

(156)

Kif issemma fil-premessa (10) ta’ aktar ’il fuq, importatur wieћed biss indika li lest li jiġi inkluż fil-kampjun u pprovda l-informazzjoni bażika meћtieġa fil-formola tat-teћid ta’ kampjuni. Madankollu, wara li ntbagћat il-kwestjonarju sћiћ lil dan l-importatur, informa lill-Kummissjoni li ma xtaqx jikkoopera aktar ma’ l-investigazzjoni.

(157)

Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kien instab li l-impatt ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri m’għandux ikun sinifikanti sal-punt li l-importazzjonijiet ikomplu għaddejjin gћalkemm bi prezzijiet li ma jagћmlux ћsara, u li bћala regola l-importaturi ma jinnegozjawx biss fil-UAN iżda wkoll, sa punt sinifikanti, f’fertilizzanti oћra. Rigward il-preżunzjoni li l-importazzjonijiet għandhom ikomplu għaddejjin, dan ġie kkonfermat biss mill-importazzjonijiet mill-Alġerija fejn hemm impenn fis-seħħ gћall-produttur wieћed li jesporta. Dan iwassal gћall-konklużjoni li wħud mill-importaturi fil-fatt seta’ kellhom konsegwenzi negattivi mill-impożizzjoni tal-miżuri, kif ġie indikat fil-premessa 66 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2000 (11). Madankollu, l-investigazzjoni ma wrietx li wћud mill-importaturi kompletament waqqfu l-attivitajiet tagћhom, iżda pjuttost deher li ffokaw fuq fertilizzanti differenti kif kien previst. Gћalhekk, l-impożizzjoni tal-miżuri jidher li kellha impatt ġenerali limitat fuq il-maġġoranza ta’ l-importaturi/tan-negozjanti.

(158)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa ta’ l-importaturi, m’hemm l-ebda informazzjoni affidabbli disponibbli li tindika li ż-żamma tal-miżuri se jkollha effett negattiv sinifikanti fuq l-importaturi jew fuq in-negozjanti.

(159)

L-EFIA ddikjarat li n-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa ta' l-importaturi ma għandhiex titqies bħala nuqqas ta' interess iżda bħala riflessjoni tal-qagħda inġusta minħabba r-riżorsi sinifikanti meħtieġa minn stħarriġ ta' l-anti-dumping meta mqabbla mar-riżorsi limitati tagħhom minħabba impriżi żgħar jew ta' daqs medju. Barra minn hekk, jisħqu li l-istħarriġ ma tax każ l-effett kumulattiv ta' l-għadd ta' miżuri anti-dumping fuq il-fertilizzanti fuq l-importaturi, u b'hekk fallew milli japplikaw analiżi ġusta ta' l-effetti fuq l-importaturi u l-bdiewa.

(160)

F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li għall-importaturi li jittrattaw firxa wiesgħa ta' fertilizzanti, fosthom il-UAN, hemm il-possibbiltà li jipprovdu l-fertilizzanti tan-nitroġenu differenti minn sorsi oħrajn li bħalissa mhumiex suġġetti għall-miżuri ta' l-anti-dumping. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li kwalunkwe impatt negattiv minħabba l-issoktar tal-miżuri fuq l-importaturi mhux se jkun raġuni li tqanqal kontra l-issoktar tal-miżuri.

4.   L-interess ta’ l-utenti

(161)

L-utenti ta’ l-UAN huma bdiewa fil-Komunità. Id-domanda gћall-fertilizzanti tan-nitroġenu tidher li hija relattivament mhux elastika, u l-bdiewa gћandhom it-tendenza li jixtru mill-irћas sors. Meta ġie eżaminat l-effett possibbli ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, fl-investigazzjoni oriġinali ġie konkluż li minћabba l-inċidenza żgћira ta’ l-ispiża tal-UAN fuq il-bdiewa, ma kienx probabbli li kwalunkwe żieda f’dawn l-ispejjeż kien se jkollha effett avvers sinifikanti fuqhom. Il-fatt li l-ebda utent jew assoċjazzjoni ta’ utenti ma pprovda kwalunkwe informazzjoni li tikkontradixxi s-sejba ta’ hawn fuq fil-qafas ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni attwali jidher li jikkonferma li: (i) il-UAN jirrappreżentaw parti żgћira ћafna mill-ispejjeż totali tal-produzzjoni gћal dawn il-bdiewa; (ii) il-miżuri li huma fis-seћћ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagћhom; u (iii) il-kontinwazzjoni tal-miżuri m’għandiex taffettwa b’mod avvers l-interessi finanzjarji ta’ l-utenti.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(162)

Minn dak li ntqal aktar ’il fuq jiġi konkluż li m’hemm l-ebda raġuni konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

F.   IL-MIŻURI ANTI-DUMPING

(163)

Il-partijiet kollha ġew informati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maћsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

(164)

Skond dak li ntqal aktar ’il fuq jirriżulta li, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-UAN li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina għandhom jinżammu. Ta’ min ifakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji speċifiċi, bl-eċċezzjoni ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jiġu manifatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn kumpanija Alġerina waħda li mingħandha ġie aċċettat impenn,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv qed jiġi permezz ta' dan impost fuq l-importazzjonijiet tat-taħlitiet ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju jew soluzzjoni ammonjakali li jaqgћu fil-kodiċi NM 3102 80 00 u li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina.

2.   L-ammont ta’ dazju f’euro gћal kull tunnellata gћandu jkun kif jintwera hawn taћt:

Il-Pajjiż

Manifattur

L-ammont ta’ dazju (gћal kull tunnellata metrika)

Il-kodiċi supplimentari TARIC

L-Alġerija

Il-kumpaniji kollha

EUR 6,88

A999

Il-Belarus

Il-kumpaniji kollha

EUR 17,86

Ir-Russja

JSC Nevinnomyssky Azot

357030 Russian Federation

Stavropol region

Nevinnomyssk, Nizyaev st. 1

EUR 17,80

A176

Il-kumpaniji l-oћra kollha

EUR 20,11

A999

L-Ukraina

Il-kumpaniji kollha

EUR 26,17

3.   Fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel id-dħul f'ċirklazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz fil-fatt imħallas jew li għandu jitħallas jitqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (12), l-ammont tad-dazju anti-dumping, ikkalkulat fuq l-ammonti stipulati hawn fuq, għandu jitnaqqas b'persentaġġ li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz tabilħaqq imħallas jew li għandu jitħallas.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju anti-dumping definittiv m’għandux japplika għall-importazzjonijiet rilaxxati f’ċirkolazzjoni libera skond l-Artikolu 2.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera taħt il-kodiċijiet supplimentari TARIC li ġejjin li jiġu prodotti u esportati direttament (jiġifieri ttrasportati u mogħnija b’fattura) mill-kumpanija imsemmija ta’ hawn taħt lil kumpanija fil-Komunità li taġixxi bħala importatur għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping impost mill-Artikolu 1 bil-kundizzjoni li tali mportazzjonijiet bħal dawn ikunu importati skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi supplimentari TARIC

L-Alġerija

Fertalge Industries spa

12, Chemin AEK Gadouche

Hydra, Alger

A107

2.   L-eżenzjoni għandha tkun kundizzjonali fuq preżentazzjoni lis-servizzi doganali relevanti ta' l-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida maħruġa mill-kumpanija li tesporta li fiha l-elementi essenzjali mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aћћar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 238, 22.9.2000, p. 15. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1675/2003 (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 4).

(3)  ĠU C 312, 17.12.2004, p. 5.

(4)  ĠU C 233, 22.9.2005, p. 14.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 2117/2005, l-Artikolu 2.

(*)  Minћabba l-kwantitajiet negliġibbli, dawn il-prezzijiet ma jistgћux jitqiesu li huma affidabbli.

(6)  Sors: “Il-provvista u l-bilanċi ta' provvista/talba tal-fertilizzanti globali u l-materji primi: 2005-2009”, A05/71b, Ġunju 2005, l-Assoċjazzjoni ta' l-Industrija tal-Fertilizzanti Internazzjonali “IFA”.

(**)  iċ-ċifri jinkludu l-ewwel tliet xhur ta’ l-2003, jiġifieri l-perjodu li fih il-miżuri kienu gћadhom fis-seћћ.

(***)  l-RIP qed jitqies għal paragun ma’ l-analiżi ġenerali.

Sors:“L-Istatistika tal-Kummerċ Barrani”, ippubblikat mill-Uffiċċju taċ-Ċensiment ta' l-Istati Uniti.

(7)  “Is-soluzzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju ta’ l-urea mill-Belarus, ir-Russja u l-Ukraina — Nri ta' l-Istħarriġiet 731-TA-1006, 1008, u 1009 finali, Pubblikazzjoni 3591”, April 2003, U.S. Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ, p. 25, V-4, V-5.

(8)  L-urea: Ir-Regolament (KE) Nru 901/2001 (ĠU L 127, 8.5.2001, p. 11). In-nitrat ta’ l-ammonju: Ir-Regolament (KE) Nru 658/2002 (ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1), kif emendat l-aћћar bir-Regolament (KE) Nru 945/2005 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1).

(9)  ĠU C 105, 4.5.2006, p. 12.

(10)  ĠU C 300, 30.11.2005, p. 8.

(11)  ĠU L 75, 24.3.2000, p. 3.

(12)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 40.


ANNESS

L-elementi li għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali msemmija fl-Artikolu 2(2):

1.

Il-kodiċi supplimentari TARIC li taħtu l-merkanzija fuq il-fatturi għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fuq il-fruntieri Komunitarji (kif speċifikat fir-Regolament).

2.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, inklużi:

il-kodiċi NM,

il-kontenut tann-nitroġenu (“N”) tal-prodott (f'persentaġġi),

il-kwantità (li gћandha tingћata f’tunnellati),

3.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgћ, li tinkludi:

il-prezz għal kull tunnellata,

it-termini tal-ћlas applikabbli,

it-termini tal-kunsinna applikabbli,

l-iskontijiet u t-tnaqqis totali.

4.

L-isem ta’ l-importatur li nћarġitlu l-fattura direttament mill-kumpanija.

5.

L-isem ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li ћareġ il-fattura tal-garanzija u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta minn din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u taħt it-termini tal-garanzija offruta minn [kumpanija], u ġie aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tar-Regolament (KE) Nru 617/2000. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”


Top