This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0011
Directive 2006/11/EC of the European Parliament and of the Council of 15 February 2006 on pollution caused by certain dangerous substances discharged into the aquatic environment of the Community (Codified version) (Text with EEA relevance)
Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 64, 4.3.2006, p. 52–59
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32000L0060
4.3.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
52 |
DIRETTIVA 2006/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Frar 2006
dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità
(Verżjoni Kodifikata)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 76/464/KEE tal-Kunsill ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (3), ġiet emendata b'mod sostanzjali kemm-il darba (4). Sabiex jiġu ċċarati l-affarijiet, għandha titħejja kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni. |
(2) |
Teżisti l-ħtieġa għal azzjoni ġenerali u simultanja mill-Istati Membri sabiex jipproteġu l-ambjent akwatiku tal-Kommunità mit-tniġġiz, b'mod partikolari dak kawżat minn ċerti sustanzi persistenti, tossiċi u li jistghu jkunu bijokumulattivi. |
(3) |
Diversi konvenzjonijiet huma mfassla sabiex jipproteġu x-xmajjar u l-kanali ta' l-ilma internazzjonali u l-ambjent marittimu mit-tniġġiz. Huwa importanti li tiġi żgurata l-implementazzjoni koordinata ta' dawn il-konvenzjonijiet. |
(4) |
Diskrepanzi bejn id-disposizzjonijiet applikabbli fid-diversi Stati Membri fir-rigward ta' l-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku jistgħu joħolqu kondizzjonijiet mhux indaqs għall-kompetizzjoni u b'hekk jolqot direttament il-funzjonament tas-suq intern. |
(5) |
Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità (5) tipprovdi numru ta' miżuri li jipproteġu l-ilma ħelu u l-ilma baħar minn ċertu tniġġis. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta' l-ambjent akwatiku tal-Komunità, jeħtieġ li ssir l-ewwel lista, imsejħa l-Lista I, ta' ċerti sustanzi individwali magħżula prinċipalment fuq il-bażi tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tagħhom, għajr dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li jinbidlu malajr f'sustanzi li bijoloġikament ma' jagħmlux ħsara, u t-tieni lista, imsejħa l-Lista II, li tinkludi sustanzi li għandhom effett ħażin fuq l-ambjent akwatiku, li, madankollu, jista' jkun limitat għal żona speċifika u li jiddependi fuq il-karatteristiċi ta' l-ilma li fih jiġu skarikati u l-post fejn dan jinstab. Kull skariku ta' dawn is-sustanzi għandu jkun bla ħsara għal kull awtorizzazzjoni minn qabel li tispeċifika l-livelli ta' emissjoni. |
(7) |
It-tniġġiz permezz ta' l-iskariku tad-diversi sustanzi perikolużi fil-Lista I irid jiġi eliminat. Ġew iffissati valuri ta' limitu bid-Direttivi imsemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (6). L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE jipprovdi għal proċeduri għall-iżvilupp ta' miżuri ta' kontroll u standards ta' kwalità ambjentali applikabbli għal sustanzi ta' priorità. |
(8) |
Jeħtieġ li jitnaqqas it-tniġġiz ta' l-ilma kawżat mis-sustanzi fil-Lista II. Għal dan il-ghan l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi li jinkorporaw standards ta' kwalità ambjentali ta' l-ilma stabbiliti b'konformità mad-Direttivi tal-Kunsill fejn dawn jeżistu. L-istandards għall-emissjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi għandhom jiġu kalkolati skond dawn l-istandards ta' kwalità ambjentali. |
(9) |
Huwa xieraq li Stat Membru wieħed jew aktar ikunu kapaċi, individwalment jew flimkien, jieħdu miżuri iktar stretti minn dawk previsti f'din id-Direttiva. |
(10) |
Għandu jitfassal inventarju ta' l-iskariki fl-ambjent akwatiku tal-Komunità ta' ċerti sustanzi partikolarment perikolużi sabiex ikun magħruf minn fejn joriġinaw. |
(11) |
Jista' jinħtieġ li jiġu riveduti u, fejn meħtieġ, supplementati l-Listi I u II ta' l-Anness I fuq il-bażi ta' l-esperjenza, fejn xieraq billi jiġu trasferiti ċerti sustanzi mill-Lista II għall-Lista I. |
(12) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' żmien għat-trażposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Bla ħsara għall-Artikolu 7, din id-Direttiva għandha tapplika għal:
(a) |
ilma tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta; |
(b) |
ilmijiet territorjali; |
(ċ) |
ilmijiet ta' mal-kosta. |
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
(a) |
“ilma tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta” tfisser kull ilma tal-wiċċ ħelu ġieri jew mhux li jkun fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew iktar; |
(b) |
“ilmijiet ta' mal-kosta” tfisser ilmijiet fuq in-naħa ta' l-art 'il ġewwa mil-linja bażi li minnha titkejjel il-medda tal-baħar territorjali, li testendi, fil-każ tax-xmajjar u l-kanali, sal-limitu ta' l-ilma ħelu; |
(ċ) |
“il-limitu ta' l-ilma ħelu” tfisser il-post fil-passaġġ ta' l-ilma fejn, fil-frugħ tal-baħar u fiż-żmien meta l-fluss ta' l-ilma ħelu jkun baxx, ikun hemm żieda apprezzabbli fis-salinità minħabba l-preżenza ta' l-ilma baħar; |
(d) |
“skariku” ifisser it-tidħil fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' kull sustanza fil-Lista I jew il-lista II ta' l-Anness I, minbarra:
|
(e) |
“tniġġis” ifisser l-iskariku mill-bniedem, b'mod dirett jew indirett, ta' sustanzi jew ta' enerġija fl-ambjent akwatiku, li r-riżultati tiegħu huma tali li joħolqu riskji għas-saħħa tal-bniedem, ħsara lir-riżorsi ħajjin u lill-ekosistemi akwatiċi, ħsara lill-amenitajiet jew tfixkil f'użi leġittimi oħra ta' l-ilma. |
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jeliminaw it-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 mis-sustanzi perikolużi fil-familji u l-gruppi tas-sustanzi fil-Lista I ta' l-Anness I, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sustanzi tal-Lista I”, u sabiex inaqqsu t-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija mis-sustanzi perikolużi fil-familji u l-gruppi tas-sustanzi tal-Lista II fl-Anness I, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sustanzi tal-Lista II”, b'mod konformi ma' din id-Direttiva.
Artikolu 4
Fir-rigward tas-sustanzi tal-Lista I:
(a) |
kull skariku fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li jista' jkollu xi sustanza minn dawn jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat; |
(b) |
l-awtorizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-livelli ta' emissjoni fir-rigward ta' skariki ta' kull sustanza ta' din ix-xorta fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 u, fejn dan huwa meħtieġ għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, fir-rigward ta' skariki ta' kull sustanza ta' din ix-xorta fis-sistema tad-drenaġġ; |
(ċ) |
l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss għal perjodu limitat. Jistgħu jiġu mġedda, wara li jitqies kull tibdil fil-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbilit bid-Direttivi imsemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE. |
Artikolu 5
1. Il-livelli għall-emissjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 4 għandhom jiddeterminaw:
(a) |
l-ogħla konċentrazzjoni ta' sustanza permessa fi skariku. Fil-każ ta' dilwizzjoni l-valur ta' limitu ta' emissjoni stabbilit bid-Direttivi msemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi diviż bil-fattur tad-dilwizzjoni; |
(b) |
l-akbar kwantità ta' sustanza permessa fi skariku matul perjodu wieħed jew iżjed ta' żmien speċifikat, espressa, jekk meħtieġ, bħala unità tal-piż ta' l-inkwinant għal kull unità ta' l-element karatteristiku ta' l-attività li tniġġez (p.e. unità tal-piż għal kull unità tal-materja prima jew għal kull unità tal-prodott). |
2. Għal kull awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru interessat tista', jekk meħtieġ, timponi standards ta' emissjoni iktar stretti minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbiliti bid-Direttivi indikati fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE, b'kont meħud b'mod partikolari tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tas-sustanza konċernata fl-ambjent li fih tiġi skarikata.
3. Jekk min jiskarika jiddikjara li ma jistax jikkonforma ma' l-istandards imposti għall-emissjonijiet, jew jekk din is-sitwazzjoni tkun evidenti għall-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat, l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tingħata.
4. Jekk il-livelli ta' emissjoni ma jiġux rispettati, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat għandha tieħu l-passi xierqa kollha sabiex tiżgura li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni u, jekk jinħtieġ, li l-iskariku jiġi projbit.
Artikolu 6
1. Sabiex jitnaqqas it-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 mis-sustanzi tal-Lista II, l-Istati Membri għandom jistabbilixxu programmi li fl-implementazzjoni tagħhom għandhom japplikaw b'mod partikolari l-metodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3.
2. L-iskariki kollha fl-ilmijiet msemmija fl-Artikolu 1 li jistgħu' ikunu fihom kwalunkwe mis-sustanzi tal-Lista II għandhom jeħtieġu l-awtorizzazjoni minn qabel ta' l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat, li fiha għandhom jiġu stabbiliti l-istandards ta' emissjoni. Dawn l-istandards għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards ta' kwalità ambjentali stabbiliti skond il-paragrafu 3.
3. Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-istandards ta' kwalità ambjentali għall-ilma: dawn għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mad-Direttivi tal-Kunsill, fejn dawn ikunu jeżistu.
4. Il-programmi jistgħu jinkludu wkoll disposizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw il-komposizzjoni u l-użu ta' sustanzi jew gruppi ta' sustanzi u prodotti u għandhom iqisu l-aħħar żviluppi tekniċi li jkunu ekonomikament fattibbli.
5. Il-programmi għandhom jistabbilixxu l-iskadenzi għall-implementazzjoni tagħhom.
6. Għandhom jingħataw lill-Kummissjoni ġabriet fil-qosor tal-programmi u tar-riżultati ta' l-implementazzjoni tagħhom.
7. Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri, għandha tagħmel arranġamenti għat-tqabbil regolari tal-programmi sabiex tiżgura koordinazzjoni biżżejjed fl-implementazzjoni tagħhom. Jekk jidhrilha xieraq, għandha tippreżenta proposti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal dan il-għan.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jimplementaw il-miżuri adottati minnhom skond din id-Direttiva b'mod li ma jżidux it-tniġġiz fl-ilmijiet li għalihom ma japplikax l-Artikolu 1. Għandhom ukoll jipprojbixxu l-azzjonijiet kollha li bi ħsieb jew mingħajru jaħarbu d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 8
L-applikazzjoni tal-miżuri meħuda skond din id-Direttiva ma jistgħu fl-ebda ċirkostanza jwasslu, b' mod dirett jew indirett, għal żieda fit-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 9
Fejn xieraq, Stat Membru wieħed jew iktar jistgħu b'mod individwali jew flimkien jieħdu miżuri iktar stretti minn dawk previsti f'din id-Direttiva.
Artikolu 10
L-awtorità kompetenti għandha tfassal inventarju ta' l-iskariki fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li jistgħu jkunu fihom sustanzi tal-Lista I li għalihom japplikaw l-istandards ta' emissjoni.
Artikolu 11
1. F'intervalli ta' tliet snin, u għall-ewwel darba għall-perjodu mill-1993 sa l-1995, inklużiv, l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, fil-forma ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jkun imħejji fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew skema magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazjonalizza rapporti dwar l-implementazzjoni ta' ċerti Direttivi dwar l-ambjent (7). Il-kwestjonarju jew l-iskema għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel jibda l-perjodu kopert mir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin kopert minnu.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport Komunitarju dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.
2. It-tagħrif miksub bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun ġie mitlub.
3. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra ma għandhomx jiżvelaw it-tagħrif miksub minnhom skond din id-Direttiva u li jkun tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx jimpedixxu l-pubblikazzjoni ta' tagħrif ġenerali jew ta' stħarriġ li ma jkunx fihom tagħrif dwar impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi partikolari.
Artikolu 12
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta' Stat Membru, għandhom jirrivedu u, fejn meħtieġ, jissuplimentaw il-Listi I u II ta' l-Anness I fuq il-bażi ta' l-esperjenza u fejn ikun meħtieġ billi jittrasferixxu ċerti sustanzi mil-Lista II għall-Lista I.
Artikolu 13
Id-Direttiva 76/464/KEE hija b'dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi imsemmija fil-Parti B ta' l-Anness II.
Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-Tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 14
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, -15 ta' Frar 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
K. WINKLER
(1) ĠU C 117, 30.4.2004, p. 10.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2004 (ĠU C 174 E, 14.7.2005, p. 39) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2006.
(3) ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/60/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(7) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS I
Lista I ta' familji u gruppi ta' sustanzi
Il-Lista I fiha ċerti sustanzi individwali li jagħmlu parti mill-familji u mill-gruppi ta' sustanzi li ġejjin, magħżula prinċipalment fuq il-bażi tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tagħhom, għajr dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li jinbidlu malajr f'sustanzi li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara:
1. |
komposti organoaloġeniċi u sustanzi li jistgħu jiffurmaw dawn il-komposti fl-ambjent akwatiku; |
2. |
komposti organofosforiċi; |
3. |
komposti organotin; |
4. |
sustanzi li fir-rigward tagħhom ikun ġie ppruvat li għandhom kwalitajiet karċinoġeni fl-ambjent akwatiku jew permezz tiegħu (1); |
5. |
merkurju u komposti tal-merkurju; |
6. |
kadmju u komposti tal-kadmju; |
7. |
żjut minerali persistenti u idrokarboni li joriġinaw miż-żejt; |
u għall-finijiet ta' l-implementazzjoni ta' l-Artikoli 3, 7, 8 u 12:
8. |
sustanzi sintetiċi persistenti li jistgħu iżommu fil-wiċċ, jibqgħu f'sospensjoni jew jegħrqu u li jistgħu jfixklu fi kwalunkwe użu ta' l-ilmijiet. |
Lista II ta' familji u gruppi ta' sustanzi
Fil-Lista II jinsabu:
— |
sustanzi li jagħmlu parti mill-familji u l-gruppi tas-sustanzi fil-Lista I li għalihom il-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbiliti fid-Direttivi msemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE ma ġewx determinati mill-imsemmija Direttivi, |
— |
ċerti sustanzi individwali u kategoriji ta' sustanzi li jagħmlu parti mill-familji u l-gruppi ta' sustanzi elenkati hawn taħt, |
u li għandhom effett ħażin fuq l-ambjent akwatiku, li, madankollu, jista' jkun limitat għal żona speċifika u li jiddependi fuq il-karatteristiċi ta' l-ilma li fih jiġu skarikati u l-post fejn dan jinstab.
Il-familji u l-gruppi ta' sustanzi msemmija fit-tieni inċiż:
1. |
Il-metallojdi u l-metalli li ġejjin, u l-komposti tagħhom:
|
2. |
Il-bijoċodi u d-derivati tagħhom li ma jidhrux fil-Lista I. |
3. |
Is-sustanzi li għandhom effett dannuż fuq it-togħma u/jew ir-riħa tal-prodotti għall-konsum mill-bniedem li ġejjin mill-ambjent akwatiku, u l-komposti li x'aktarx inisslu dawn is-sustanzi fl-ilma. |
4. |
Il-komposti organiċi tas-silikon li huma tossiċi jew persistenti, u s-sustanzi li jistgħu jnisslu dawn il-komposti fl-ilma, minbarra dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li fl-ilma jinbidlu malajr f'sustanzi li ma jagħmlux ħsara. |
5. |
Il-komposti inorganiċi tal-fosfru u tal-fosfru elementali. |
6. |
Iż-żjut minerali mhux persistenti u l-idrokarboni li joriġinaw miż-żejt. |
7. |
Iċ-ċjanuri, l-Fluworidi. |
8. |
Is-sustanzi li għandhom effett negattiv fuq il-bilanċ ta' l-ossiġnu, b'mod partikolari: l-Ammonja, n-Nitriti. |
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 7
Fir-rigward ta' l-iskariku ta' l-ilma ta' l-iskart fil-baħar miftuħ permezz ta' katusi, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu rekwiżiti li ma jkunux inqas stretti minn dawk imposti f'din id-Direttiva.
(1) Fejn ċerti sustanzi fil-Lista II ikunu karċinoġeni, jiġu inklużi fil-kategorija 4 ta' din il-Lista.
ANNESS II
PARTI A
ID-DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
(imsemmija fl-Artikolu 13)
Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE (ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23) |
|
Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48) |
Limitatament għall-punt (a) ta' l-Anness I. |
Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1) |
Limitatament fir-rigward tar-referenza fl-Artikolu 22(2), ir-raba' inċiż għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 76/464/KEE |
PARTI B
LISTA TAL-LIMITI TA' ŻMIEN GĦAT-TRASPOSIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI
(imsemmija fl-Artikolu 13)
Direttiva |
Limitu ta' żmien għat-trasposizzjoni |
76/464/KEE |
— |
91/692/KEE |
L-1 ta' Jannar 1993 |
2000/60KEE |
It-22 ta' Diċembru 2003 |
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 76/464/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1), frażi introduttiva |
Artikolu 1, frażi introduttiva |
Artikolu 1(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 1 (a) |
Artikolu 1(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 1 (b) |
Artikolu 1(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 1 (ċ) |
Artikolu 1(1), ir-raba' inċiż |
— |
Artikolu 1(2), frażi introduttiva |
Artikolu 2, frażi introduttiva |
Artikolu 1(2)(a), (b) u (ċ) |
Artikolu 2(a), (b) u (ċ) |
Artikolu 1(2)(d), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(d)(i) |
Artikolu 1(2)(d), it-tieni inċiż |
Artikolu 2(d)(ii) |
Artikolu 1(2)(d), it-tielet inċiż |
Artikolu 2(d)(iii) |
Artikolu 1(2)(e) |
Artikolu 2(e) |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3, frażi introduttiva |
Artikolu 4, frażi introduttiva |
Artikolu 3, punt 1 |
Artikolu 4(a) |
Artikolu 3, punt 2 |
Artikolu 4(b) |
Artikolu 3, punt 3 |
— |
Artikolu 3, punt 4 |
Artikolu 4(ċ) |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 11 |
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |