Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0978

    Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Diċembru 2006 dwar l-għoti ta' l-arranġament ta' inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u għal tmexxija tajba wara l- 1 ta' Jannar 2007 lir-Repubblika ta' El Salvador

    ĠU L 365, 21.12.2006, p. 86–86 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 494–494 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/978/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    494


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-19 ta’ Diċembru 2006

    dwar l-għoti ta' l-arranġament ta' inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u għal tmexxija tajba wara l-1 ta' Jannar 2007 lir-Repubblika ta' El Salvador

    (2006/978/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE (2) tal-21 ta' Diċembru 2005, El Salvador ġie inkluż fil-lista ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw li jikkwalifikaw għall-arranġament ta' inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u għal tmexxija tajba, previst fir-Regolament (KE) Nru 980/2005, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2008.

    (2)

    Skond ir-Regolament imsemmi, l-għoti ta' l-arranġament ta' inċentiv speċjali wara l-1 ta' Jannar 2007 lil pajjiżi ffaċċjati b'kostrizzjonijiet kostituzzjonali speċifiċi għar-ratifika ta' massimu ta' żewġ konvenzjonijiet mis-sittax elenkati fil-Parti A ta' l-Anness III ta' l-istess Regolament huwa suġġett għal deċiżjoni tal-Kunsill.

    (3)

    Konformement ma' l-istess Regolament, il-Kummissjoni ppreżentat, fid-29 ta' Novembru 2006, rapport lill-Kunsill dwar l-osservanza minn El Salvador ta' l-impenji tiegħu taħt dak ir-Regolament u pproponiet il-kontinwazzjoni ta' l-arranġament ta' inċentiv speċjali wara l-1 ta' Jannar 2007,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu Uniku

    Ir-Repubblika ta' El Salvador għandha tkompli tibbenefika mill-arranġament ta' inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u għal tmexxija tajba previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 980/2005, mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008.

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KORKEAOJA


    (1)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 337, 22.12.2005, p. 50.


    Top