EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0758

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ 22 ta’ Settembru 2006 dwar l-emendar tal-Manwal Sirene

ĠU L 317, 16.11.2006, p. 41–80 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 545–584 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/758/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

545


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ 22 ta’ Settembru 2006

dwar l-emendar tal-Manwal SIRENE

(2006/758/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2004/201/JHA tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-proċeduri għall-emenda tal-Manwal SIRENE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Manwal SIRENE (2) huwa sett ta’ struzzjonijiet lill-operaturi ta’ l-Uffiċċji SIRENE ta’ kull Stat Membru li jiddeskrivi fid-dettal ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-iskambju bilaterali jew multilaterali tat-tagħrif supplimentari meħtieġ għall-implimentazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta l-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta l-14 ta Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni (3) (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Konvenzjoni ta’ Schengen).

(2)

Il-mandat ta’ arrest Ewropew (EAW) (4) hu l-ewwel żvilupp legali konkret fil-qasam tal-liġi kriminali li jimplimenta l-prinċipju ta’ l-għarfien reċiproku li jabolixxi l-proċeduri formali ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri fir-rispett ta’ persuni li jaħarbu mill-ġustizzja wara li kienu sentenzjati b’mod finali u jħaffef il-proċeduri ta’ estradizzjoni fir-rispett ta’ persuni suspettati li kkommettew att kriminali. Il-mandat ta’ arrest Ewropew jieħu post l-istrumenti preċedenti kollha li jikkonċernaw l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri, inklużi d-dispożizzjonijiet tat-Titlu III tal-Konvenzjoni ta’ Schengen li jikkonċernaw l-estradizzjoni. Ħafna mit-twissijiet ġodda maħruġa skond l-Artikolu 95 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (persuni mfittxija għall-arrest għall-estradizzjoni) se jkunu akkumpanjati minn mandat ta’ arrest Ewropew (EAW). L-iċċekkjar speċifiku u l-proċeduri ta’ ħidma neċesssarji qabel kull każ minn dawn fi u bejn l-uffiċċji tas-SIRENE għandhom ikunu introdotti u adattati skond il-ħtiġijiet tal-mandat ta’ arrest Ewropew.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/JHA ta’ l-24 ta’ Frar 2005 li għandha x’taqsam ma’ l-introduzzjoni ta’ xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, inkluża fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (5), introduċiet ċerti funzjonijiet ġodda fir-rigward tal-verżjoni kurrenti tas-sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”), b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-provvediment ta’ aċċess għal ċerta tip ta’ data fis-SIS u r-reġistrazzjoni u t-trażmissjonijiet ta’ data personali. Il-proċeduri ta’ ħidma fi u bejn l-uffiċċji SIRENE għandhom ikunu adattati kif inhu xieraq.

(4)

L-iżvilupp tekniku tas-SIRPIT (SIRENE Picture Transfer) jeħtieġ proċeduri speċifiċi ta’ ħidma fi u bejn l-uffiċċji SIRENE ikkonċernati sabiex ikunu jistgħu jiskambjaw ritratti u marki tas-swaba’ elettronikament biex b’hekk ikunu identifikati persuni malajr u b’mod preċiż. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu inklużi fil-verżjoni riveduta tal-Manwal SIRENE.

(5)

L-istandards tal-proċeduri ta’ ħidma, l-infrastruttura teknika, is-sigurtà u r-rekwiżiti ta’ l-istaff ta’ l-uffiċċji SIRENE żviluppaw matul iż-żmien. Il-Manwal SIRENE ilu ma jkun emendat sa mill-1999. Minħabba f’hekk issa jinħtieġu emendi sinifikattivi sabiex tkun garantita l-uniformità tal-proċeduri ta’ ħidma, l-infrastruttura teknika u r-rekwiżiti ta’ l-istaff. Minħabba l-ammont ta’ emendi meħtieġa fuq id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE huwa xieraq li t-test attwali tal-Manwal SIRENE jinbidel b’verżjoni riveduta u aġġornata.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/19/KE ta’ l-14 ta’ Ottubru 2002 dwar id-deklassifikazzjoni ta’ ċerti partijiet tal-Manwal SIRENE adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 (6) tipprovdi li l-partijiet deklassifikati tal-Manwal SIRENE għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-bażi meħtieġa sabiex ikunu adottati l-emendi tal-Manwal SIRENE fir-rigward ta’ materji li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (“it-Trattat tal-KE”). Id-Deċiżjoni Nru K(2006) 4094 finali. dwar l-emendar tal-Manwal SIRENE (7) tikkostitwixxi l-bażi meħtieġa sabiex ikunu adottati l-emendi tal-Manwal SIRENE fir-rigward ta’ materji li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (“it-Trattat ta’ l-KE”). Il-fatt li l-bażi meħtieġa sabiex ikun adottat il-Manwal SIRENE rivedut tikkonsisti f’żewġ strumenti separati ma jaffettwax il-prinċipju li l-Manwal jikkostitwixxi Manwal wieħed u uniku. Madankollu, għal finijiet ta’ ċarezza għandu jkun riprodott fl-Annessi taż-żewġ Deċiżjonijiet.

(8)

Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f’din id-deċiżjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat tal-KE, u l-Artikolu 8 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jieħdu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (8).

(9)

L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (9).

(10)

Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 (10) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(11)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/437/KE (11) moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

(12)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li hu relatat miegħu b’xi mod ieħor fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 (2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003,

(13)

Il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2004/201/JHA,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu uniku

1.   Għall-finijiet ta’ materji li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat tal-KE, il-Manwal SIRENE jiġi sostitwit bil-verżjoni fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Referenzi għall-Manwal SIRENE mibdul għandhom jinftehmu bħala referenzi għall-verżjoni tal-Manwal SIRENE fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, 22 ta’ Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Franco FRATTINI

Viċi President tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 64, 2/3/2004, p. 45.

(2)  ĠU C 38, 17.2.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 230, 22.9.2000, p. 19.

(4)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.

(6)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 34.

(7)  ĠU L 371, 16.11.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(9)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(10)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(11)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.


ANNESS 1

Il-Manwal SIRENE rivedut (1)

WERREJ

Daħla 10

1.

IS-SISTEMA TA' INFORMAZZJONI TA' SCHENGEN (SIS) U S-SIRENES NAZZJONALI 11

1.1.

Bażi legali (l-Artikolu 92 (4) tal-Konvenzjoni ta' Schengen) 12

1.2.

L-uffiċċju SIRENE 12

1.3.

Il-Manwal SIRENE 12

1.4.

Standards 12

1.4.1.

Disponibbiltà 12

1.4.2.

Kontinwità 13

1.4.3.

Sigurtà 13

1.4.4.

Aċċessibilità 14

1.4.5.

Komunikazzjoni 14

1.4.6.

Regoli ta' trażlitterazzjoni 14

1.4.7.

Kwalità tad-data 14

1.4.8.

Strutturi 15

1.4.9.

Arkivjar 15

1.5.

Staff 15

1.5.1.

Għarfien 15

1.5.2.

Taħriġ 16

1.5.3.

Skambju ta' l-istaff 16

1.6.

Infrastruttura teknika 17

1.6.1.

Dħul tad-data awtomatiku 17

1.6.2.

Tħassir tad-data awtomatiku 17

1.6.3.

Skambju tad-data bejn l-uffiċċji SIRENE 17

1.6.4.

Kwalità tad-data SIS 17

2.

PROĊEDURI ĠENERALI 17

2.1.

Twissijiet Multipli (l-Artikolu 107) 17

2.1.1.

L-iskambju ta' informazzjoni għal twissijiet multipli 18

2.1.2.

Kontrolli għal twissijiet multipli fuq persuna 19

2.1.3.

Negozjati dwar id-dħul ta' twissija ġdida jekk din tkun inkompatibbli ma' twissija eżistenti (il-formola E) 20

2.2.

L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat 20

2.2.1.

Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri 21

2.3.

Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara li jinstab riżultat (l-Artikolu 104(3)) 22

2.4.

Jekk jinbidel l-iskop oriġinali tat-twissija (l-Artikolu 102 (3)) 22

2.4.1.

Proċeduri biex jinbidel l-għan oriġinali 23

2.5.

Data misjuba legalment jew fattwalment skorretta (l-Artikolu 106) 23

2.5.1.

Proċeduri għar-rettifika 23

2.6.

Id-dritt ta' aċċess u rettifika tad-data (l-Artikoli 109 u 110) 23

2.6.1.

Skambju ta' informazzjoni dwar id-dritt għal aċċess jew rettifika tad-data 23

2.6.2.

Informazzjoni dwar talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġa minn Stati Membri oħra 24

2.6.3.

Informazzjoni dwar il-proċeduri ta' l-aċċess u r-rettifika 24

2.7.

Tħassir meta ma jibqgħux japplikaw il-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija 24

2.8.

Identità użata ħażin 24

2.9.

SIRPIT (SIRENE PIcture Transfer) 25

2.9.1.

L-iżvilupp u l-kuntest tas-SIRPIT (SIRENE PIcture Transfer) 25

2.9.2.

Użu ulterjuri tad-data skambjata, inkluż l-arkivjar 26

2.9.3.

Rekwiżiti tekniċi 26

2.9.4.

Is-servizz ta' identifikazzjoni nazzjonali 26

2.9.5.

L-użu tal-formola SIRENE L 26

2.9.6.

Il-proċedura SIRPIT 26

2.9.6.1.

Il-paragun isir mill-uffiċċju SIRENE tas-sejba 27

2.9.6.2.

Il-paragun isir mill-uffiċċju SIRENE fornitur 27

2.9.6.3.

L-iskrin fejn tiddaħħal l-informazzjoni 27

2.10.

Kooperazzjoni bejn il-Pulizija (l-Artikoli 39 – 46) 28

2.10.1.

Poteri speċifiċi fi kwistjonijiet ta' pulizija u sigurtà Titolu III (l-Art. 39 u 46) 29

2.11.

Rwoli li jikkoinċidu bejn SIRENE u Interpol 29

2.11.1.

Prijorità tat-twissijiet SIS fuq it-twissijiet ta' l-Interpol 29

2.11.2.

L-għażla tal-mezz ta' komunikazzjoni 29

2.11.3.

L-użu u t-tixrid ta' l-Interpol fl-Istati ta' Schengen 29

2.11.4.

Informazzjoni mibgħuta lil Stati terzi 30

2.11.5.

Hit jew tħassir ta' twissija 30

2.11.6.

Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE u l-NCBs ta' l-Interpol 30

2.12.

Kooperazzjoni mal-EUROPOL u l-EUROJUST 30

2.13.

Tipi ta' tiftix speċjali 30

2.13.1.

Tiftix immirat ġeografikament 30

2.13.2.

Tfittxija bil-parteċipazzjoni ta' unitajiet tal-pulizija speċjalizzati fuq tfittxija mmirata 31

2.14.

Iż-żieda ta' bandiera 31

2.14.1.

L-iskambju ta' informazzjoni meta tiżdied bandiera 31

2.14.2.

Konsultazzjoni ma' l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera 31

2.14.3.

Talba biex tiżdied bandiera 31

2.14.4.

Talba sistematika biex tiżdied bandiera għaċ-ċittadini ta' Stat Membru 31

3.

TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 95 32

3.1.

L-Istat Membru jwettaq kontrolli qabel joħroġ it-twissija. 32

3.2.

Kontroll dwar jekk il-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membri tawtorizzax l-arrest bil-għan ta' rilaxx jew estradizzjoni. 33

3.3.

Twissijiet Multipli 33

3.3.1.

Kontrolli għal twissijiet multipli (l-Artikolu 107) 33

3.3.2.

Skambju ta' informazzjoni 34

3.3.3.

Id-dħul ta' laqmijiet/ismijiet oħrajn 35

3.4.

Informazzjoni supplimentari li tintbagħat lill-Istati Membri 35

3.4.1.

Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward EAW 35

3.4.2.

Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward arrest proviżorju 37

3.4.3.

Informazzjoni ulterjuri biex tiġi stabbilita l-identità ta' persuna 39

3.4.4.

Kif jintbagħtu l-formoli A u M 39

3.5.

Fuq talba ta' Stat Membru ieħor li tiżdied bandiera 39

3.5.1.

L-iskambju ta' informazzjoni meta tiżdied bandiera 39

3.5.2.

Konsultazzjoni ma' l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera 40

3.5.3.

Talba biex tiżdied bandiera 40

3.5.4.

Talba sistematika biex tiżdied bandiera għaċ-ċittadini ta' Stat Membru 40

3.6.

Azzjoni minn uffiċċju SIRENE wara li tasal twissija taħt l-Artikolu 95 40

3.7.

L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat 41

3.7.1.

Notifika lill-Istati Membri li twissija ġiet imqabbla 41

3.7.2.

Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri 41

3.7.3.

Is-segwitu ta' hit 42

3.8.

It-tħassir ta' twissija 42

3.8.1.

Tħassir meta ma jibqgħux jintlaħqu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija 42

3.9.

Identità użata ħażin 42

3.9.1.

Il-ġbir u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-persuna li l-identità tagħha tintuża ħażin 42

3.9.2.

Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-persuna li l-identità tagħha tintuża ħażin 43

4.

TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 96 43

4.1.

Introduzzjoni 43

4.2.

Twissijiet skond l-Artikolu 96 44

4.3.

Id-dħul ta' laqmijiet/ismijiet oħrajn 44

4.4.

Identità użata ħażin 44

4.4.1.

Il-ġbir u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar persuna li l-identità tagħha tintuża ħażin 44

4.5.

Il-ħruġ ta' permessi ta' residenza u viża 45

4.6.

Ċaħda tad-dħul jew tkeċċija mit-territorju ta' Schengen 45

4.7.

L-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jitħallewx jidħlu 46

4.8.

Notifika lill-Istati Membri ta' Schengen li twissija ġiet imqabbla 46

5.

TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 97 46

5.1.

Twissijiet skond l-Artikolu 97 47

5.2.

Iż-żieda ta' bandiera 47

5.2.1.

L-iskambju ta' informazzjoni meta tiżdied bandiera 47

5.2.2.

Konsultazzjoni ma' l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera 47

5.2.3.

Talba biex tiżdied bandiera 47

5.3.

Is-segwitu ta' hit 47

5.3.1.

Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri 48

6.

TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 98 48

6.1.

Twissijiet skond l-Artikolu 98 48

6.2.

Is-segwitu ta' hit 49

6.2.1.

Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri 49

7.

TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 99 49

7.1.

Twissijiet skond l-Artikolu 99 (2) 49

7.2.

Id-dħul ta' laqmijiet/ismijiet oħrajn 50

7.3.

Konsultazzjoni ma' l-Istati Membri qabel ma jinħarġu t-twissijiet għal raġunijiet ta' sigurtà ta' l-Istat 50

7.4.

Iż-żieda ta' bandiera 51

7.4.1.

L-iskambju ta' informazzjoni meta tiżdied bandiera 51

7.4.2.

Konsultazzjoni ma' l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera 51

7.4.3.

Talba biex tiżdied bandiera 51

7.5.

Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri wara hit 51

8.

TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 100 52

8.1.

Twissijiet dwar vetturi skond l-Artikolu 100 52

8.1.1.

Kontrolli għal twissijiet multipli fuq vettura 52

8.1.2.

Il-każ speċifiku ta' twissijiet dwar vetturi 53

8.2.

Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri wara hit 54

9.

STATISTIKA 54

DAĦLA

Fl-14 ta’ Ġunju 1985, ħames pajjiżi (Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta’ l-Olanda) iffirmaw ftehim f’Schengen, villaġġ żgħir fil-Lussemburgu bil-għan li jippermettu “...liċ-ċittadini kollha ta’ l-Istati Membri jaqsmu l-fruntieri interni b’mod ħieles …” u li jippermettu ċ-“ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti u s-servizzi”.

Waħda mill-kundizzjonijiet biex dan il-ftehim jiġi applikat kienet li t-tneħħija tal-fruntieri interni m’għandhiex tipperikola s-sigurtà ta’ l-istati. Dan ifisser li t-territorji kollha ta’ l-Istati Membri għandhom jitħarsu.

Kienu diversi l-gruppi speċjalizzati li tqabbdu jistudjaw miżuri prattiċi sabiex jiġu evitati nuqqasijiet ta’ sigurtà ladarba l-ftehim jidħol fis-seħħ.

L-eżitu prattiku ta’ din il-ħidma jista’ jinstab f’żewġ dokumenti, wieħed tekniku (l-istudju ta’ vijabbiltà), u ieħor legali (il-Konvenzjoni).

L-istudju ta’ vijabbiltà, imressaq quddiem il-Ministri u s-Segretarji ta’ l-Istat tal-ħames pajjiżi firmatarji tal-Ftehim f’Novembru 1988, jistipula l-prinċipji tekniċi ġenerali biex titwaqqaf is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS).

L-istudju mhux biss jippreżenta l-istruttura tas-sistema ta’ informazzjoni, iżda wkoll jinkludi speċifikazzjonijiet essenzjali dwar il-mod kif din għandha tkun organizzata sabiex ikun żgurat li tiffunzjona tajjeb. Din l-istruttura ngħatat l-isem “SIRENE”, li huwa akronimu tad-definizzjoni ta’ l-istruttura bl-Ingliż: Supplementary Information REquest at the National Entries [Talba għal Informazzjoni Supplimentari fil-Punti tad-Dħul Nazzjonali].

Din hija deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura biex tingħata informazzjoni supplimentari mitluba minn utent finali għal azzjoni ulterjuri meta tkun ġiet ikkonsultata s-SIS u jkun instab riżultat (hit).

Il-ħames pajjiżi fundaturi ffirmaw il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (2) fid-19 ta’ Ġunju 1990, u aktar tard ingħaqdu magħhom l-Italja fis-27 ta’ Novembru 1990, Spanja u l-Portugall fil-25 ta' Ġunju 1991, il-Greċja fis-6 ta' Novembru 1992, l-Awstrija fit-28 ta' April 1995 u d-Danimarka, l-Iżvezja u l-Finlandja fid-19 ta' Diċembru 1996. Il-Konvenzjoni tistipula r-regoli legali kollha li jorbtu lill-Istati Membri kollha. In-Norveġja u l-Iżlanda wkoll ikkonkludew Ftehim ta’ Kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri fid-19 ta’ Diċembru 1996.

L-acquis ta’ Schengen – il-Konvenzjoni – ġie inkoporat fil-qafas legali ta’ l-Unjoni Ewropea permezz ta' Protokoll fit-Trattat ta' Amsterdam (3) fl-1999. Fit-12 ta’ Mejju 1999 ġiet adottata Deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen.

Fiha hemm ukoll il-proċeduri u r-regoli komuni għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet. It-Titolu IV jiffoka esklussivament fuq is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) għandha tagħti lill-awtoritajiet responsabbli minn:

(a)

il-kontrolli tal-fruntieri

(b)

it-twettiq u l-koordinament ta’ l-ispezzjonijiet l-oħra tal-pulizija u tad-dwana fil-pajjiż

(ċ)

il-ħruġ tal-viża, permessi ta’ residenza u kwistjonijiet amministrattivi relatati ma’ persuni barranin

aċċess għal twissijiet dwar persuni, vetturi u oġġetti, permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni awtomatizzata.

Is-SIS hija magħmula minn żewġ komponenti separati: is-sistema ċentrali u s-sistemi nazzjonali (waħda għal kull pajjiż). Is-SIS topera fuq il-prinċipju li s-sistemi nazzjonali ma jistgħux jiskambjaw data kompjuterizzata direttament bejniethom, iżda għandhom jagħmlu dan biss permezz tas-sistema ċentrali (C.SIS).

Madankollu, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jiskambjaw l-informazzjoni supplimentari meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet previsti taħt il-Konvenzjoni, u biex is-SIS tiffunzjona tajjeb, kemm fuq bażi bilaterali kif ukoll multilaterali.

Jekk kull Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen Nazzjonali (N.SIS) għandha tkun konformi mal-limiti operattivi stabbiliti fl-istudju ta' vijabbiltà u fil-Konvenzjoni, allura din għandha tagħmel użu minn din l-informazzjoni supplimentari li hija indispensabbli fl-użu tas-sistema tal-kompjuter SIRENE.

Dan huwa s-servizz operattiv tekniku li ser jintuża u li ser ikun responsabbli mit-trażmissjoni tat-talbiet għal informazzjoni supplimentari kollha fil-Punti tad-Dħul Nazzjonali.

L-Istati Membri adottaw il-prinċipju segwenti:

F’kull Stat Membru għandu jitwaqqaf “uffiċċju nazzjonali SIRENE” sabiex iservi bħala punt ta’ kuntatt waħdieni għall-partijiet l-oħrajn, u li jkun disponibbli l-ħin kollu.

Is-sisien legali, il-każijiet fejn għandha tittieħed azzjoni, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-prinċipji ġenerali għall-organizzazzjoni ta' l-uffiċċju SIRENE huma definiti b'mod konġunt bejn l-Istati Membri kollha sabiex ikun hemm regoli komuni. L-arranġamenti jinsabu f’dan il-“Manwal SIRENE”

1.   IS-SISTEMA TA’ INFORMAZZJONI TA’ SCHENGEN (SIS) U S-SIRENES NAZZJONALI

Is-SIS, stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ l-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta’ l-ispezzjonijiet fil-fruntieri komuni (il-Konvenzjoni ta’ Schengen) (4), tikkostitwixxi għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen kif integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea.

1.1.   Bażi legali (l-Artikolu 92 (4) tal-Konvenzjoni ta' Schengen) (5)

L-Istati Membri għandhom jiskambjaw, permezz ta’ l-awtoritajiet nominati għal dan il-għan (magħrufa bħala SIRENE), l-informazzjoni supplimentari kollha neċessarja li għandha x'taqsam mad-dħul ta' twissija, u sabiex tkun tista’ tittieħed l-azzjoni neċessarja fil-każijiet fejn jinstabu persuni u oġġetti li dwarhom tkun iddaħħlet data fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, bħala riżultat ta' tfittxijiet li jsiru f'din is-Sistema.

1.2.   L-uffiċċju Sirene

Is-SIS topera fuq il-prinċipju li s-sistemi nazzjonali ma jistgħux jiskambjaw data kompjuterizzata direttament bejniethom, iżda għandhom jagħmlu dan biss permezz tas-sistema ċentrali (C.SIS).

Madankollu, huwa neċessarju li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni supplimentari meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet previsti fil-Konvenzjoni, u biex is-SIS tiffunzjona tajjeb, kemm fuq bażi bilaterali kif ukoll multilaterali.

Sabiex jintlaħqu l-obbligi stabbiliti fil-konvenzjoni, kull Stat Membru ta’ Schengen għandu jwaqqaf awtorità ċentrali bħala punt ta’ kuntatt waħdieni għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari relata mad-data tas-SIS. Dan il-punt ta’ kuntatt, li jissejjaħ uffiċċju SIRENE, għandu jkun operattiv 24 siegħa kuljum.

1.3.   Il-Manwal Sirene

Il-Manwal SIRENE huwa ġabra ta’ istruzzjonijiet għall-uffiċċji SIRENE u jiddeskrivi fid-dettall ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-iskambju bilaterali u multilaterali ta' l-informazzjoni supplimentari msemmija fil-paragrafu 1.2.

1.4.   Standards

L-istandards fundamentali wara l-kooperazzjoni permezz ta' SIRENE huma s-segwenti:

1.4.1.   Disponibbiltà

F’kull Stat Membru għandu jitwaqqaf uffiċċju nazzjonali SIRENE sabiex iservi bħala punt ta’ kuntatt waħdieni għall-Istati Membri li japplikaw il-Konvenzjoni ta’ Schengen. Dan għandu jkun kompletament operattiv 24 siegħa kuljum. Bl-istess mod, id-disponibbiltà għal analiżi, appoġġ u soluzzjonijiet tekniċi għandhom jingħataw 24 siegħa kuljum.

1.4.2.   Kontinwità

Kull uffiċċju SIRENE għandu jibni struttura interna li tiggarantixxi l-kontinwità tal-ġestjoni, l-istaff u l-infrastruttura teknika.

Il-kapijiet ta’ kull uffiċċju SIRENE għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena sabiex jivvalutaw il-kwalità tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tagħhom, jadottaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi neċessarji fil-każ ta' xi diffikultajiet u jaġġustaw il-proċeduri fejn ikun meħtieġ.

1.4.3.   Sigurtà

Sigurtà fil-bini

Biex jiġi mħares il-bini ta’ l-uffiċċju SIRENE jinħtieġu karatteristiċi ta’ sigurtà fiżiċi u organizzattivi. Il-miżuri speċifiċi jiġu ddeterminati u jiddependu mir-riżultati tal-valutazzjonijiet tat-theddid li jitwettqu minn kull Stat Schengen. Ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiċi previsti fit-2 Volum tal-Katalogu ta' l-UE dwar Schengen: Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, SIRENE, għandha tkun riflessa fil-prattika, l-istess kif għandha tkun id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE (6).

Il-karatteristiċi speċifiċi jistgħu jvarjaw għaliex iridu jikkonfrontaw theddid fil-madwar immedjat u fil-post eżatt fejn ikun jinsab l-uffiċċju SIRENE. Dawn jistgħu jinkludu:

twieqi esterni bi ħġieġ tas-sigurtà;

bibien tas-sigurtà magħluqa;

ħitan tal-briks/konkos madwar l-uffiċċju SIRENE;

alarm kontra l-intrużjoni, inklużi r-reġistrazzjoni tad-dħul, il-ħruġ u kull okkorrenza mhux tas-soltu;

gwardjani tas-sigurtà fuq il-post jew disponibbli malajr;

sistema tat-tifi tan-nar u/jew link dirett mat-taqsima tat-tifi tan-nar;

bini ddedikat biex jiġi evitat li staff mhux involuti f’miżuri ta’ kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija, jew li ma jkollhomx l-aċċess meħtieġ għad-dokumenti jkollhom jidħlu jew jgħaddu mill-uffiċċji SIRENE u/jew

provvista ta’ elettriku ta’ appoġġ suffiċjenti.

Sigurtà fis-sistema

Il-prinċipji li jippreskrivu s-sigurtà tas-sistema huma stabbiliti fl-Artikolu 118 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.

Idealment, is-sistema ta’ l-uffiċċju SIRENE għandu jkollha sistema ta’ back up tal-kompjuter u tad-database f’sit sekondarju, f’każ ta' emerġenza serja fl-uffiċċju SIRENE.

1.4.4.   Aċċessibilità

Biex ikun jista’ jilħaq ir-rekwiżit li jipprovdi informazzjoni supplimentari, l-istaff SIRENE għandu jkollu aċċess dirett jew indirett għall-informazzjoni nazzjonali relevanti kollha u għall-pariri ta’ l-esperti.

1.4.5.   Komunikazzjoni

Operattiva:

Il-mezz speċifiku li għandu jintuża għall-komunikazzjoni SIRENE għandu jiġi deċiż b’mod konġunt mill-Istati Membri ta’ Schengen. Huwa biss fejn dan il-mezz ma jkunx disponibbli li għandu jintgħażel, skond il-każ, mezz ta' komunikazzjoni ieħor li fiċ-ċirkostanzi jkun l-aktar xieraq. Dan għandu jsir skond il-possibbiltajiet tekniċi u r-rekwiżiti ta' sigurtà u kwalità li jkunu jridu jintlaħqu mill-komunikazzjoni.

Il-messaġġi bil-miktub jinqasmu f’żewġ kategoriji: test liberu u formoli standard. Dawn ta’ l-aħħar għandhom jirrispettaw l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness 5. Il-formoli B (7), C (8), u D (9) m’għandhomx jintużaw aktar u qegħdin jitneħħew mill-Anness 5.

Biex tintlaħaq l-akbar effiċjenza fil-komunikazzjoni bilaterali bejn l-istaff SIRENE, għandha tintuża lingwa familjari għaż-żewġ partijiet.

L-uffiċċju SIRENE għandu jwieġeb għat-talbiet kollha għal informazzjoni magħmula mill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ l-uffiċċju SIRENE tagħhom kemm jista’ jkun malajr. Fi kwalunkwe każ għandha tingħata tweġiba fi żmien 12-il siegħa.

Il-prijoritajiet fix-xogħol ta’ kuljum għandhom ikunu bbażati fuq it-tip ta’ twissija u l-importanza tal-każ.

Mhux operattiva

Għall-iskambju ta’ informazzjoni mhux operattiva l-uffiċċju SIRENE għandu juża l-indirizz ta’ l-email iddedikat SIS-NET.

1.4.6.   Regoli ta’ trażlitterazzjoni

Għandhom jiġu segwiti r-regoli ta’ trażlitterazzjoni, li jinsabu fl-Anness 2.

1.4.7.   Kwalità tad-data

Kull uffiċċju SIRENE huwa responsabbli li jwettaq ir-rwol ta' koordinatur ta’ l-aċċertament tal-kwalità tad-data għall-informazzjoni li tiddaħħal fis-SIS. Għal dan l-għan, l-uffiċċji SIRENE għandu jkollhom il-kompetenza nazzjonali neċessarja biex iwettqu dan ir-rwol, li għalih huma responsabbli skond l-Artikolu 92(4) u l-Artikolu 108. Għaldaqstant huwa neċessarju li jkun hemm xi forma ta’ verifika nazzjonali tal-kwalità tad-data, inkluża reviżjoni tar-rata ta’ twissijiet/hits u tal-kontenut tad-data.

Għandhom jiġu stabbiliti standards nazzjonali għat-taħriġ ta’ l-utenti finali dwar il-prinċipji u l-prassi tal-kwalità tad-data.

1.4.8.   Strutturi

L-aġenziji nazzjonali kollha, inklużi l-uffiċċji SIRENE, responsabbli mill-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija għandhom ikunu organizzati b’mod strutturat sabiex jevitaw il-kunflitti tal-poter u duplikazzjoni tax-xogħol ma’ entitajiet nazzjonali oħra li jwettqu funzjonijiet simili.

1.4.9.   Arkivjar

(a)

Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-modi biex tinħażen l-informazzjoni.

(b)

L-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li joħroġ twissija huwa obbligat li jżomm l-informazzjoni kollha dwar it-twissijiet tiegħu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra.

(ċ)

L-arkivji ta’ kull uffiċċju SIRENE għandhom jippermettu aċċess rapidu għall-informazzjoni relevanti sabiex jintlaħqu l-iskadenzi ta’ żmien qosra għat-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni.

(d)

Il-fajls u messaġġi oħra mibgħuta mill-Istati Membri l-oħra għandhom jinżammu skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ħarsien tad-data u tal-privatezza fl-Istat Membru reċipjent. Għandhom japplikaw ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u d-Direttiva 95/46/KE (10). Sa fejn ikun possibbli, dawn il-biċċiet ta’ informazzjoni addizzjonali ma jinżammux mill-uffiċċji SIRENE ladarba t-twissija relattiva tkun tħassret.

(e)

Identità użata ħażin: Wara li titħassar it-twissija relattiva, kull informazzjoni dwar identità użata ħażin għandha titħassar.

1.5.   Staff

1.5.1.   Għarfien

L-istaff ta’ l-uffiċċju SIRENE għandu jkollhom il-ħiliet lingwistiċi li jkopru firxa ta’ lingwi wiesgħa kemm jista’ jkun u l-istaff li jkunu fuq ix-xogħol għandhom ikun kapaċi jikkomunikaw ma’ l-uffiċċji SIRENE kollha.

Huma għandu jkollhom l-għarfien neċessarju dwar:

aspetti legali nazzjonali u internazzjonali;

l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi nazzjonali tagħhom u

is-sistemi nazzjonali u Ewropej ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u ta’ l-immigrazzjoni.

Huma għandu jkollhom l-awtorità li jittrattaw kull każ li jidħol b’mod indipendenti.

Fil-każ ta’ talbiet speċjali jew pariri ta’ esperti (legali), huma għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jitolbu l-assistenza tas-superjuri tagħhom jew ta' l-esperti.

L-operaturi fuq ix-xogħol barra mill-ħinijiet ta’ l-uffiċċju għandu jkollhom l-istess kompetenza, għarfien u awtorità u l-possibbiltà li jirreferu għal esperti li jkunu disponibbli f’kull ħin.

Huwa meħtieġ għarfien espert legali li jkopri każijiet kemm normali kif ukoll eċċezzjonali. Skond il-każ, dan jista’ jiġi pprovdut minn persunal bl-isfond legali neċessarju jew minn esperti mill-awtoritajiet ġudizzjarji.

L-awtoritajiet nazzjonali tar-reklutaġġ responsabbli għandhom iqisu dawn il-ħiliet u l-għarfien kollha meta jirreklutaw staff ġdid. Hekk ukoll, għandhom jorganizzaw korsijiet jew sessjonijiet ta' taħriġ fi ħdan is-servizz kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.

Livell għoli ta’ esperjenza ta’ l-istaff iwassal għal grupp ta’ ħaddiema li jkunu kapaċi jiffunzjonaw fuq inizjattiva tagħhom stess, u b’hekk jagħrfu jittrattaw il-każijiet b’mod effiċjenti. Għaldaqstant, ikun propizju li l-persunal ma jinbidilx wisq, u dan jirrikjedi l-appoġġ inkondizzjonat ta’ l-amministrazzjoni biex tippermetti din ir-responsabbiltà devoluta.

1.5.2.   Taħriġ

Livell nazzjonali

Fuq livell nazzjonali, għandu jingħata taħriġ biżżejjed biex ikun żgurat li l-istaff jilħaq l-istandards meħtieġa stipulati f’dan il-manwal.

Huwa rrakkomandat li l-uffiċċji SIRENE ikunu involuti fit-taħriġ ta’ l-awtoritajiet kollha li jdaħħlu t-twissijiet, u jenfasizzaw l-importanza tal-kwalità tad-data u l-massimizzazzjoni ta’ l-użu tas-SIS.

Livell internazzjonali

Għall-anqas darba fis-sena għandhom jiġu organizzati korsijiet ta’ taħriġ komuni sabiex itejbu l-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE billi jippermettu lill-membri ta’ l-istaff li jiltaqgħu ma’ kollegi minn uffiċċji SIRENE oħrajn, jaqsmu informazzjoni dwar il-metodi ta’ ħidma nazzjonali u joħolqu livell ta' għarfien konsistenti u ekwivalenti. Barra minn hekk, dan jagħmel lill-membri ta’ l-istaff aktar konxji mill-importanza tal-ħidma tagħhom u mill-bżonn ta’ solidarjetà reċiproka intiża għas-sigurtà komuni ta’ l-Istati Membri.

1.5.3.   Skambju ta’ l-istaff

L-uffiċċji SIRENE jistgħu jikkunsidraw ukoll il-possibbiltà li jorganizzaw skambji ta' l-istaff ma' uffiċċji SIRENE oħrajn. Dawn l-iskambji huma maħsuba biex jgħinu lill-membri ta’ l-istaff itejbu l-għarfien tal-metodi ta’ ħidma, jaraw kif inhuma organizzati uffiċċji SIRENE oħrajn u jistabbilixxu kuntatti personali ma’ kollegi fi Stati Membri oħra.

1.6.   Infrastruttura teknika

B’mod ġenerali, ir-riżorsi tekniċi huma l-metodi stabbiliti li bihom tiġi kkomunikata l-informazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE.

Kull uffiċċju SIRENE għandu jkollu sistema ta’ amministrazzjoni kompjuterizzata, li tippermetti porzjon sostanzjali mill-amministrazzjoni tal-ħidma ta’ kuljum li ssir b’mod awtomatizzat.

1.6.1.   Dħul tad-data awtomatiku

Il-metodu ppreferut biex jiddaħħlu t-twissijiet SIS għandu jkun dak ta’ trasferiment awtomatiku lill-N.SIS tat-twissijiet nazzjonali li jilħqu l-kriterji għad-dħul fis-SIS. Dan it-trasferiment awtomatiku, inklużi verifiki fuq il-kwalità tad-data, għandu jkun ukoll trasparenti u mingħajr il-ħtieġa ta' azzjoni addizzjonali mill-awtorità li ddaħħal it-twissija.

1.6.2.   Tħassir tad-data awtomatiku

Fejn is-sistema nazzjonali tippermetti t-trasferiment awtomatiku ta’ twissijiet nazzjonali fis-SIS, kif ingħad fl-aħħar paragrafu, it-tħassir ta’ twissija relatata mas-SIS fid-database nazzjonali għandu wkoll iwassal għat-tħassir awtomatiku ta’ l-ekwivalenti tiegħu fis-SIS.

Peress illi m’humiex permessi twissijiet multipli, huwa rrakkomandat li fejn ikun possibbli u neċessarju, it-tieni twissija u twissijiet sussegwenti dwar l-istess persuna għandhom jinżammu disponibbli fuq livell nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jiddaħħlu meta tiskadi l-ewwel twissija dwar dik il-persuna.

1.6.3.   Skambju tad-data bejn l-uffiċċji SIRENE

Għandhom jiġu rispettati l-istruzzjonijiet stipulati għall-iskambju tad-data bejn l-uffiċċji SIRENE (11).

1.6.4.   Kwalità tad-data SIS

Sabiex kull uffiċċju SIRENE ikun jista’ jwettaq ir-rwol tiegħu bħala koordinatur ta’ l-aċċertament tal-kwalità tad-data (ara l-paragrafu 1.5 hawn fuq), għandu jkun disponibbli l-appoġġ fl-IT neċessarju.

2.   PROĊEDURI ĠENERALI

Il-proċeduri deskritti hawn taħt japplikaw għal kważi l-Artikoli kollha 95-100, u l-proċeduri speċifiċi għal kull artikolu jistgħu jinstabu fid-deskrizzjoni ta' l-artikolu segwenti:

2.1.   Twissijiet Multipli (l-Artikolu 107)

Xi kultant jistgħu jinħarġu diversi twissijiet minn pajjiżi differenti għall-istess suġġetti. Huwa essenzjali li dan ma joħloqx konfużjoni għall-utenti finali, u li huma jkunu jafu tajjeb liema miżuri għandhom jittieħdu meta jippruvaw idaħħlu twissija. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri varji biex jinstabu twissijiet multipli u għandu jkun hemm ukoll mekkaniżmu ta' prijorità hekk kif dawn jiddaħħlu fis-SIS.

Dan jirrikjedi:

li wieħed jiċċekkja qabel ma jdaħħal twissija, sabiex jara jekk is-suġġett jinsabx diġà fis-SIS;

konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri l-oħrajn, meta d-dħul ta’ twissija twassal għal dħul multiplu li jkun inkompatibbli.

2.1.1.   L-iskambju ta' informazzjoni għal twissijiet multipli

Fis-SIS tista’ tiddaħħal biss twissija waħda għal kull Stat Membru dwar kwalunkwe individwu;

Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija dwar l-istess persuna, jekk it-twissijiet ikunu kompatibbli jew ikun possibbli li jinżammu t-tnejn.

Twissijiet taħt l-Artikolu 95 huma kompatibbli ma’ twissijiet taħt l-Artikoli 97 u 98. Dawn jistgħu jinżammu wkoll ma’ twissijiet taħt l-Artikolu 96, għalkemm f’każijiet bħal dawn il-proċeduri taħt l-Artikolu 95 jieħdu pijorità fuq dawk taħt l-Artikolu 96.

(a)

Twissijiet taħt l-Artikoli 96 u 99 m'humiex kompatibbli ma' xulxin jew ma' twissijiet taħt l-Artikoli 95, 97 jew 98, mingħajr preġudizzju għall-fatt li twissijiet taħt l-Artikoli 95 u 96 jistgħu jinżammu flimkien.

Taħt l-Artikolu 99, twissijiet maħruġa għal “sorveljanza diskreta” huma inkompatibbli ma' dawk għal “kontrolli speċifiċi”.

(b)

L-ordni ta’ prijorità għat-twissijiet hija kif ġej:

arrest għal għanijiet ta’ rilaxx jew estradizzjoni (l-Artikolu 95);

ċaħda tad-dħul fl-Istati Schengen (l-Artikolu 96);

tqegħid taħt protezzjoni (l-Artikolu 97);

sorveljanza diskreta (l-Artikolu 99);

kontrolli speċifiċi (l-Artikolu 99) u

komunikazzjoni dwar il-lok fejn ikun jinsab is-suġġett (l-Artikoli 97 u 98).

Varjazzjoni minn din l-ordni ta’ prijorità tista’ ssir wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri jekk ikunu involuti interessi nazzjonali essenzjali;

Tabella ta' twissijiet

Ordni ta’ importanza

Artikolu 95

Artikolu 96

Protezzjoni taħt

l-Artikolu 97

Persuna taħt

l-Artikolu 99 (DS)

Persuna taħt

l-Artikolu 99 (SC)

Lok tas-suġġett

– Artikolu 97

Artikolu 98

Vettura taħt

l-Artikolu 99 (DS)

Vettura taħt

l-Artikolu 99 (SC)

Artikolu 100

Artikolu 95

iva

jistgħu jinżammu flimkien

Iva

le

le

iva

iva

X

X

X

Artikolu 96

jistgħu jinżammu flimkien

iva

Le

le

le

le

le

X

X

X

Protezzjoni taħt l-Artikolu 97

iva

le

Iva

le

le

iva

iva

X

X

X

Sorveljanza diskreta – Artikolu 99 Persuna

le

le

Le

iva

le

le

le

X

X

X

Kontrolli speċifiċi ta’ persuna taħt l-Artikolu 99

le

le

Le

le

iva

le

le

X

X

X

Lok tas-suġġett – Artikolu 97

iva

le

Iva

le

le

iva

iva

X

X

X

Artikolu 98

iva

le

Iva

le

le

iva

iva

X

X

X

Vettura taħt l-Artikolu 99 (DS)

X

X

X

X

X

X

X

Iva

le

le

Vettura taħt l-Artikolu 99 (SC)

X

X

X

X

X

X

X

le

iva

le

Artikolu 100

X

X

X

le

le

X

X

le

le

iva

(X tfisser mhux applikabbli)

2.1.2.   Kontrolli għal twissijiet multipli fuq persuna

Biex jiġi evitat li jiddaħħlu twissijiet multipli inkompatibbli, għandha tingħata attenzjoni biex issir distinzjoni preċiża bejn individwi li jkollhom karatteristiċi simili. Għalhekk, il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE huma essenzjali, u kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-proċeduri tekniċi xierqa biex isib dawn il-każijiet qabel ma tiddaħħal twissija.

L-elementi użati biex jiġi stabbilit jekk żewġ identitajiet jistgħux ikunu identiċi jinsabu fid-dettall fl-Anness 6 ta’ dan il-manwal.

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

jekk l-ipproċessar ta’ talba biex tiddaħħal twissija ġdida juri li diġà hemm persuna fis-SIS bl-istess elementi tad-deskrizzjoni obbligatorja ta’ l-identità (il-kunjom, l-isem, id-data tat-twelid), għandu jsir kontroll qabel ma tkun approvata t-twissija l-ġdida;

(b)

l-uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali li joħroġ it-twissija sabiex jikkjarifika jekk it-twissija hix dwar l-istess persuna (il-formola L); kif ukoll

(ċ)

jekk il-kontroll juri li d-dettalji huma identiċi u jistgħu jkunu ta’ l-istess persuna, l-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura għad-dħul ta’ twissijiet multipli. Jekk l-eżitu tal-kontroll ikun li d-dettalji huma ta’ żewġ persuni differenti, l-uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba għad-dħul ta’ twissija ġdida.

2.1.3.   Negozjati dwar id-dħul ta’ twissija ġdida jekk din tkun inkompatibbli ma’ twissija eżistenti (il-formola E)

Jekk talba għal twissija tkun kunfliġġenti ma’ twissija maħruġa mill-istess Stat Membru, l-uffiċċju SIRENE nazzjonali għandu jiżgura li fis-SIS ikun hemm twissija waħda biss. Kull Stat Membru jista’ jagħżel il-proċedura li japplika.

Jekk it-twissija mitluba tkun inkompatibbli ma’ twissija diġà maħruġa minn Stat/i Membru/i ieħor/oħrajn, ikun jinħtieġ qbil magħhom.

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Jekk it-twissijiet huma kompatibbli, l-uffiċċji SIRENE ma’għandhomx għalfejn jikkonsultaw lil xulxin; jekk it-twissijiet huma indipendenti minn xulxin, l-Istat Membru li jixtieq idaħħal twissija ġdida għandu jiddeċiedi jekk jikkonsultax lil oħrajn.

(b)

Jekk it-twissijiet m’humiex kompatibbli, jew jekk hemm dubju rigward il-kompatibilità tagħhom, l-uffiċċji SIRENE għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex fl-aħħar mill-aħħar tiddaħħal twissija waħda.

(ċ)

Jekk twissija li tkun inkompatibbli ma’ twissijiet eżistenti tingħata prijorità b’riżultat ta’ konsultazzjoni, l-Istati Membri li jkunu daħħlu t-twissijiet l-oħra għandhom jirtirawhom hekk kif tiddaħħal it-twissija l-ġdida; kull tilwim għandu jiġi riżolt b’negozjati bejn l-uffiċċji SIRENE. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim fuq il-bażi tal-lista ta’ prijoritajiet stabbiliti, fis-SIS titħalla l-eqdem twissija.

(d)

Jekk titħassar twissija, l-Istati Membri li ma kinux jistgħu jdaħħlu twissija jiġu infurmati mis-C.SIS. L-uffiċċju SIRENE imbagħad għandu jiġi notifikat awtomatikament b’messaġġ mill-N.SIS li twissija li kienet ġiet imwaqqfa issa tista’ tiddaħħal. L-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura kollha għad-dħul ta' twissija fil-kategorija ta' twissijiet xierqa.

2.2.   L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat

Meta utent finali jagħmel tiftixa fis-SIS u jsib li teżisti twissija li taqbel mad-dettalji mdaħħla, din tissejjaħ “hit”.

L-utent finali jista’ jitlob lill-uffiċċju SIRENE jipprovdilu informazzjoni supplimentari biex ikunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv il-proċeduri previsti fit-tabelli SIS 4, 10 jew 16, kif stabbilit fl-Anness 4.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jiġi infurmat bil-hit u bl-eżitu tagħha.

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

“Hit” fuq individwu jew oġġett li dwaru tkun inħarġet twissija normalment għandu jkun ikkomunikat lill-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.

Jekk ikun meħtieġ, l-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija mbagħad għandu jibgħat kull informazzjoni speċifika relevanti u l-miżuri partikolari li għandhom jittieħdu mill-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun sab it-twissija.

Fin-notifika tal-Parti li tkun ħarġet it-twissija misjuba f'hit, għandu jiġi indikat l-Artikolu tal-Konvenzjoni ta' Schengen li japplika għaliha fl-intestatura 090 tal-formola G.

Jekk ir-riżultat ikun jikkonċerna persuna li tkun suġġett ta' twissija taħt l-Artikolu 95, wara li jibgħat il-formola G, l-uffiċċju SIRENE ta' l-Istat Membru li jkun sab it-twissija għandu jinforma lill-uffiċċju SIRENE ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija misjuba permezz tat-telefon.

(b)

L-uffiċċji SIRENE ta’ l-Istati Membri li jkunu ħarġu twissijiet taħt l-Artikolu 96 mhux bilfors għandhom ikunu infurmati bir-riżultati bħala kwistjoni ta’ proċedura, iżda jistgħu jkunu infurmati f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Tista’ tintbagħat formola G ngħidu aħna fejn tintalab informazzjoni supplimentari.

(ċ)

Is-C.SIS awtomatikament jikkomunika t-tħassir ta’ twissija lill-Istati Membri kollha.

2.2.1.   Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet taħt l-Artikoli 95 sa 100, u jekk tali informazzjoni taqa' fl-ambitu ta' assistenza ġudizzjarja reċiproka, jistgħu jagħmlu dan f’isem l-awtoritajiet ġudizzjarji.

(b)

Sa fejn hu possibbli, l-uffiċċji SIRENE għandhom jikkomunikaw id-dettalji mediċi ta’ l-individwi li dwarhom tkun inħarġet twissija skond l-Artikolu 97, fejn għandhom jittieħdu miżuri għall-protezzjoni ta’ l-istess. L-informazzjoni mgħoddija tinżamm biss sakemm ikun strettament neċessarju u tintuża esklussivament għall-iskopijiet ta’ trattament mediku mogħti lill-persuna kkonċernata.

(ċ)

Jekk, wara li tinstab twissija, l-operat ikun jirrikjedi dan (eż. jekk jinstab reat jew jekk ikun hemm theddida għall-ordni pubbliku, jekk ikun jeħtieġ li oġġett, vettura jew individwu jkunu identifikati aħjar, eċċ.), l-informazzjoni mgħoddija biex tikkumplimenta ’l dik stipulata taħt it-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, b’mod partikolari rigward l-Artikoli 99 u 100, għandha tiġi trażmessa taħt l-Artikoli 39 u 46 ta’ l-istess Konvenzjoni. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxi skambju effiċjenti u effettiv ta’ l-informazzjoni kumplimentari taħt l-Artikoli 39 u 46.

(d)

Meta jinstab riżultat (hit) dwar twissija maħruġa dwar vettura skond l-Artikolu 100, l-uffiċċji SIRENE għandhom jibagħtu “Informazzjoni Oħra” kemm jista’ jkun malajr fuq formola P, b’risposta għall-formola G.

2.3.   Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara li jinstab riżultat (l-Artikolu 104(3))

Taħt l-Artikolu 104 (3), Stat Membru li ma jkunx jista’ jsegwi l-proċedura meħtieġa minn twissija għandu jinnotifika immedjatament lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija permezz tal-formola H.

Jekk meta tinstab hit, ma jkunux jistgħu jiġu eżegwiti l-proċeduri normali, l-iskambju tad-data għandu jsir skond ir-regoli li ġejjin:

(a)

L-Istat Membru li jsib it-twissija għandu, permezz ta’ l-uffiċċju SIRENE tiegħu, jinforma immedjatament lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija li ma jistax isegwi l-proċeduri, u jagħti r-raġunijiet billi juża l-formola H.

(b)

L-Istati Membri kkonċernati jistgħu mbagħad jaqblu dwar liema proċedura għandhom isegwu biex iżommu mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni.

2.4.   Jekk jinbidel l-iskop oriġinali tat-twissija (l-Artikolu 102 (3))

Taħt l-Artikolu 102 (3), id-data tista’ tintuża għal raġunijet differenti minn dawk li għalihom tkun iddaħħlet it-twissija, iżda dan jista’ jseħħ biss wara hit biex tippreveni theddida serja imminenti għas-sigurtà u l-ordni pubbliku, għal raġunijiet serji li jikkonċernaw is-sigurtà ta’ l-Istat jew sabiex jiġi evitat reat kriminali serju.

L-għan tat-twissija jista’ jinbidel biss jekk tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru li jkun ħariġha.

Jekk l-iskop tat-twissija jinbidel, l-iskambju ta’ l-informazzjoni għandu jsir skond ir-regoli li ġejjin:

(a)

Permezz ta’ l-uffiċċju SIRENE tiegħu, l-Istat Membru li jsib it-twissija għandu jispjega lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija r-raġunijiet għat-talba tiegħu biex jinbidel l-għan oriġinali tagħha (il-formola I).

(b)

L-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu kemm jista’ jkun malajr jistudja jekk din it-talba tistax tintlaqa’ u għandu jinforma lill-Istat Membru li jsib it-twissija bid-deċiżjoni, permezz ta’ l-uffiċju SIRENE tiegħu.

(ċ)

Jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista’ jagħti l-awtorizzazzjoni taħt ċerti kundizzjonijiet dwar kif għandha tintuża d-data.

2.4.1.   Proċeduri biex jinbidel l-għan oriġinali

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

Ladarba l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jaqbel, l-Istat Membru li jkun sab ir-riżultat għandu juża d-data għar-raġuni mfittxija u li għaliha tkun inkisbet l-awtorizzazzjoni. Dan għandu jieħu qies ta' kwalunkwe kundizzjoni imposta.

2.5.   Data misjuba legalment jew fattwalment skorretta (l-Artikolu 106)

Il-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 106 jipprevedu r-rettifika ta’ żbalji legali jew fattwali.

Jekk jinstab li d-data hija legalment jew fattwalment skorretta, l-iskambju ta’ l-informazzjoni għandu jsir skond ir-regola li ġejja:

L-Istat Membru li jsib żball fid-data għandu jinforma b’dan lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija permezz ta’ l-uffiċċju SIRENE tiegħu bl-użu tal-formola J.

2.5.1.   Proċeduri għar-rettifika

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Jekk l-Istati Membri jaqblu bejniethom, l-Istat Membru li joħroġ it-twissija għandu jsegwi l-proċeduri nazzjonali tiegħu biex l-iżball jitranġa;

(b)

Jekk ma jkunx hemm qbil, l-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun sab l-iżball għandu jinforma lill-awtorità responsabbli f’pajjiżu biex tirreferi l-kwistjoni lill-Awtorità ta’ Sorveljanza Konġunta.

2.6.   Id-dritt ta’ aċċess u rettifika tad-data (l-Artikoli 109 u 110)

Kulħadd huwa intitolat għal aċċess għal data dwaru nnifsu u li jitlob li jitranġaw xi żbalji li jista’ jkun hemm. Dan l-aċċess għandu jkun konformi mal-liġi nazzjonali tal-pajjiż li fih tkun saret it-talba.

Stat Membru ma’ jistax jawtorizza aċċess għal twissija maħruġa minn Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun ikkonsulta minn qabel lil dan ta' l-aħħar.

2.6.1.   Skambju ta’ informazzjoni dwar id-dritt għal aċċess jew rettifika tad-data

Jekk l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jridu jiġu infurmati b'talba għal aċċess jew verifika tad-data, l-iskambju ta’ l-informazzjoni għandu jsir skond ir-regola li ġejja:

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Kull uffiċċju SIRENE għandu japplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu dwar id-dritt għal aċċess għal din id-data. Skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, l-uffiċċji SIRENE għandhom jew jgħaddu t-talbiet kollha għal aċċess jew rettifika tad-data li jirċievu lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, inkella jiddeċiedu dwar dawn it-talbiet fil-limiti tal-kompetenza tagħhom.

(b)

Jekk l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jitolbu dan, l-uffiċċji SIRENE ta' l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħaddu l-informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt għal aċċess.

2.6.2.   Informazzjoni dwar talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġa minn Stati Membri oħra

Sa fejn ikun possibbli, l-informazzjoni dwar twissijiet imdaħħla fis-SIS minn Stat Membru ieħor għandha tkun skambjata permezz ta’ l-uffiċċji SIRENE.

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

It-talba għal aċċess għandha tkun mgħoddija kemm jista’ jkun malajr lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, sabiex dan ikun jista’ jieħu pożizzjoni dwar il-kwistjoni.

(b)

L-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jinforma lill-Istat Membru li jirċievi t-talba bil-pożizzjoni tiegħu.

(ċ)

Dan għandu jieħu qies ta' kwalunkwe termini ta’ żmien legali stabbiliti għall-ipproċessar tat-talba.

Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-uffiċċju SIRENE ta' l-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għal aċċess, l-uffiċċju SIRENE għandu jiżgura li l-pożizzjoni tiġi mgħoddija lill-awtorità responsabbli li tiġġudika t-talba kemm jista’ jkun malajr.

2.6.3.   Informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ l-aċċess u r-rettifika

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

L-uffiċċji SIRENE għandhom iżommu lil xulxin infurmati b’kull leġiżlazzjoni nazzjonali adottata dwar il-proċeduri ta’ l-aċċess u r-rettifika ta’ data personali, kif ukoll b’kull emendi li jsiru sussegwentement. F’dan ir-rigward għandhom jintużaw il-formoli K.

2.7.   Tħassir meta ma jibqgħux japplikaw il-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija

L-Istati Membri li ma setgħux idaħħlu twissija tagħhom għandhom ikunu infurmati meta jinstab riżultat (hit) u t-twissija tkun tħassret.

Esklużi l-każi wara li tinstab hit, twissija tista’ titħassar jew direttament mis-C.SIS (meta tgħaddi d-data ta’ skadenza) jew indirettament mis-servizz li jkun daħħal it-twissija fis-SIS (meta ma jibqgħux japplikaw il-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija).

Fiż-żewġ każi l-messaġġ tat-tħassir tas-C.SIS għandu jkun ipproċessat awtomatikament mill-N.SIS.

2.8.   Identità użata ħażin

Ikun hemm identità użata ħażin (il-kunjom, l-isem, id-data tat-twelid) meta persuna li twettaq reat tuża l-identità ta’ persuna reali. Dan jiġri meta dokument jintuża għad-detriment tad-detentur reali tiegħu.

L-Istat Membru li joħroġ il-kodiċi 3 fl-attribut “kategorija ta' identità” għandu jibgħat il-formola Q fl-istess ħin li jdaħħal/jimmodifika t-twissija fis-SIS.

Jekk meta jiġi kkonsultat is-SIS fl-attribut “kategorija ta' identità” jinstab il-kodiċi 3, l-uffiċjal li jkun qiegħed iwettaq il-kontroll għandu jikkuntattja lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali u jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jikkjarifika jekk il-persuna li dwar jkun qiegħed isir il-kontroll hix il-persuna mfittixija jew il-persuna li l-identità tagħha tkun qegħda tintuża ħażin.

Hekk kif ikun ċar li l-identità ta’ persuna hija użata ħażin, fit-twissija għandu jiddaħħal kodiċi “3”. B’konformità mal-proċeduri nazzjonali, il-persuna involuta għandha tipprovdi lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija l-informazzjoni meħtieġa, bħalma huma d-dettalji ġenwini, dettalji dwar id-dokumenti ta’ identità u/jew timla l-formola Q.

Suġġett għall-kundizzjoni msemmija hawn taħt, fil-fajl fl-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jkun hemm ukoll ir-ritratti u l-marki tas-swaba’ tal-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin.

Fuq il-formola Q, in-numru Schengen biss jirreferi għad-data tal-persuna mfittxija mit-twissija SIS. L-informazzjoni taħt l-intestatura 052 (Id-data li fiha nħareġ id-dokument) hija obbligatorja. L-intestatura 083 (Informazzjoni partikolari dwar it-twissija) għandha dejjem tindika s-servizz ta’ kuntatt li jkollu aktar informazzjoni dwar it-twissija.

Din l-informazzjoni tista’ tiġi pproċessata biss bil-permess liberu u espliċitu tal-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin.

Barra minn hekk, meta jkun skopert li persuna li dwarha jkun hemm twissija fis-SIS qiegħda tuża l-identità ta’ xiħadd ieħor ħażin, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jiċċekkja jekk hux neċessarju li jżomm l-identità użata ħażin fit-twissija SIS (biex tinstab il-persuna mfittxija).

Id-data tal-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin għandha tkun disponibbli biss għall-għan li tiġi stabbilita l-identità tal-persuna li tkun qiegħda tiġi kkontrollata u bl-ebda mod m’għandha tintuża għal xi skop ieħor. Wara li titħassar it-twissija relattiva, kull informazzjoni dwar identità użata ħażin għandha titħassar.

2.9.   Sirpit (Sirene Picture Transfer)

2.9.1.   L-iżvilupp u l-kuntest tas-Sirpit (Sirene Picture Transfer)

L-uffiċċji SIRENE għandhom ikunu kapaċi jiskambjaw marki tas-swaba' u ritratti għal skopijiet ta' identifikazzjoni.

Meta jkun hemm xi dubju dwar l-identità ta’ persuna misjuba, il-Proċedura SIRPIT tagħmilha possibbli li jiġu skambjati bejn l-uffiċċji SIRENE ritratti u marki tas-swaba’ malajr u b’mod elettroniku sabiex ikun jista’ jsir paragun bejn il-marki tas-swaba’ u r-ritratti tal-persuna misjuba u dawk tal-persuna li dwarha tkun inħarġet twissija.

Fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija, skambju ta’ ritratti u marki tas-swaba’ jista’ jsir ukoll fil-każijiet previsti fl-Artikoli 39 u 46 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, bil-kundizzjoni li dawn il-każijiet ukoll jiġu trattati mill-uffiċċji SIRENE.

2.9.2.   Użu ulterjuri tad-data skambjata, inkluż l-arkivjar

Kull użu ulterjuri ta' ritratti u marki tas-swaba' skambjati permezz tas-SIRPIT, inkluż l-arkivjar, għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u b’mod aktar speċifiku l-Artikoli 126 u 129 tagħha (u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data) u mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'dan il-qasam fl-Istati kkonċernati.

2.9.3.   Rekwiżiti tekniċi

Kull uffiċċju SIRENE għandu jilħaq ir-rekwiżiti tekniċi tas-SIRPIT.

L-uffiċċju SIRENE għandu jkun kapaċi li, minn naħa waħda, jiskambja b’mod elettroniku talbiet għal paragun jew verifika u r-riżultati ta’ l-istess, u min-naħa l-oħra, jibgħat b’mod elettroniku t-talbiet tiegħu – mingħajr tibdil – u jirċievi r-riżultati mis-servizz ta’ identifikazzjoni nazzjonali tiegħu.

Il-marki tas-swaba’ u r-ritratti jintbagħtu bħala anness fuq skrin fejn tiddaħħal id-data, iddisinjat apposta għas-SIRPIT.

2.9.4.   Is-servizz ta’ identifikazzjoni nazzjonali

Is-servizz ta’ identifikazzjoni nazzjonali jirċievi biss talbiet mill-uffiċċju SIRENE nazzjonali tiegħu, u jibgħat ir-riżultati lill-istess.

2.9.5.   L-użu tal-formola Sirene L

It-trażmissjoni (talba għal paragun u r-riżultat tiegħu) permezz tas-SIRPIT tkun avżata billi tintbagħat formola L permezz tal-mezz użat normalment għall-formoli SIRENE kollha. Il-formoli L jintbagħtu fl-istess ħin li fih jintbagħtu l-marki tas-swaba’ u/jew ir-ritratti.

F’każijiet taħt l-Artikoli 39 u 46 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, il-formola L tkun sostitwita minn formola ta’ avviż miftehma.

2.9.6.   Il-proċedura SIRPIT

L-uffiċċju SIRENE tal-pajjiż fejn tinstab il-persuna minn hemm ’il quddiem jissejjaħ “is-SIRENE tas-sejba”.

L-uffiċċju SIRENE tal-pajjiż li jkun daħħal it-twissija fis-SIS, minn hemm ’il quddiem jissejjaħ “is-SIRENE fornitur”.

Il-proċedura tippermetti żewġ possibbiltajiet:

2.9.6.1.   Il-paragun isir mill-uffiċċju SIRENE tas-sejba

(a)

L-uffiċċju SIRENE tas-sejba jibgħat formola G permezz tal-mezz elettroniku normali u jitlob, fl-attribut 089, lill-uffiċċju SIRENE fornitur biex jibgħat formola L kemm jista’ jkun malajr, kif ukoll il-marki tas-swaba’ u r-ritratti, fejn dawn ikunu disponibbli,

(b)

L-uffiċċju SIRENE fornitur iwieġeb fuq formola L. Jekk il-marki tas-swaba’ u r-ritratti jkunu disponibbli, l-uffiċċju SIRENE fornitur jgħid, fl-attribut 083, li l-marki tas-swaba’ u/jew ir-ritratti ntbagħtu sabiex isir il-paragun.

(ċ)

L-uffiċċju SIRENE tas-sejba jibgħat il-marki tas-swaba’ u r-ritratti lis-servizz ta’ identifikazzjoni nazzjonali għal paragun, u jitlob ir-riżultat permezz ta’ l-istess mezz.

(d)

L-uffiċju SIRENE tas-sejba jipprovdi r-riżultat lill-uffiċċju SIRENE fornitur fuq formola L (fl-attribut 083).

2.9.6.2.   Il-paragun isir mill-uffiċċju SIRENE fornitur

(a)

L-uffiċċju SIRENE tas-sejba jibgħat formola G u formola L permezz tal-mezz elettroniku normali u jgħid, fl-attribut 083 tal-formola L, li l-marki tas-swaba' u r-ritratti ntbagħtu għal paragun.

(b)

L-uffiċċju SIRENE fornitur jibgħat il-marki tas-swaba’ u r-ritratti li jkun irċieva lis-servizz ta’ identifikazzjoni nazzjonali għal paragun, u jitlob ir-riżultat permezz ta’ l-istess mezz.

(ċ)

L-uffiċju SIRENE fornitur jipprovdi r-riżultat lill-uffiċċju SIRENE tas-sejba fuq formola L (fl-attribut 083).

Wara li jsir il-paragun, il-marki tas-swaba' u r-ritratti tal-persuna rrappurtata jistgħu jinżammu fil-fajl mill-uffiċċju SIRENE tas-sejba, f'każ li jkunu meħtieġa paraguni ulterjuri.

Ir-ritratti u l-marki tas-swaba' ta’ persuna li ma jaqblux mad-data tal-persuna rrappurtata u li jkunu ġew skambjati permezz tas-SIRPIT, għandhom ikunu pproċessati b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u b’mod aktar speċifiku l-Artikoli 126 u 129 tagħha (u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data) u mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'dan il-qasam fl-Istati kkonċernati. Dan normalment għandu jwassal għat-tħassir tal-marki tas-swaba’ u tar-ritratti involuti.

2.9.6.3.   L-iskrin fejn tiddaħħal l-informazzjoni

L-input mask ser tiġi żviluppata b’referenza għal dik eżistenti ta’ l-Interpol (standard ANSI/NIST).

Il-mask tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1)

Numru ta’ identità Schengen (l-Art. 95-100) (*)  (12)

(2)

Numru ta’ referenza (l-Art. 39 jew 46) (*)  (12)

(3)

Data tal-marki tas-swaba’

(4)

Data tar-ritratt

(5)

Raġuni għall-marki tas-swaba’ (*)  (13)

(6)

Kunjom (*)  (14)

(7)

Isem (*)  (14)

(8)

Kunjom ix-xbubija

(9)

Identità misjuba?

(10)

Data tat-twelid (*)

(11)

Post tat-twelid

(12)

Nazzjonalità

(13)

Sess (*)

(14)

Aktar tagħrif

(15)

Rimarki:

2.10.   Kooperazzjoni bejn il-Pulizija (l-Artikoli 39 – 46)

Il-kooperazzjoni bejn il-pulizija ta’ l-Istati Membri m’għandhiex tkun limitata għall-użu ta’ l-informazzjoni fis-SIS.

Huwa rrakomandat dan li ġej:

(a)

li l-uffiċċji SIRENE ta’ l-Istati Membri jiskambjaw kull tagħrif utli filwaqt li jirrispettaw kull miżura nazzjonali li timplimenta l-Artikoli 39 – 46 permezz ta' l-email SIS-NET;

(b)

li l-uffiċċji SIRENE iżommu lil xulxin infurmati bil-miżuri li jittieħdu fuq livell nazzjonali, u b’kull emendi li jsiru fuq dawn il-miżuri.

Hit tista’ twassal għas-sejba ta’ reat jew theddida serja għas-sigurtà pubblika. L-identifikazzjoni preċiża ta’ suġġett tista’ tkun essenzjali, u l-iskambju ta’ informazzjoni, eż. ritratti u marki tas-swaba’, huwa fattur partikolarment importanti. L-Artikoli 39 u 46 jippreskrivu l-awtorità għal dawn l-iskambji, li għandhom isiru skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI tal-Konvenzjoni.

2.10.1.   Poteri speċifiċi fi kwistjonijiet ta’ pulizija u sigurtà Titolu III (l-Art. 39 u 46)

It-Titolu III tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jinkludi numru ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija.

Huwa rrakomandat dan li ġej:

(a)

li kull Stat Membru jagħti lill-uffiċċju SIRENE tiegħu setgħat speċifiċi fil-qasam tal-pulizija u s-sigurtà, bi qbil mat-Titolu III tal-Konvenzjoni; kif ukoll

(b)

li l-Istati Membri jżommu lil xulxin infurmati bil-miżuri li jittieħdu fuq livell nazzjonali għall-uffiċċji SIRENE rispettivi, u b’kull emendi li jsiru wara fuq dawn il-miżuri.

2.11.   Rwoli li jikkoinċidu bejn SIRENE u Interpol

Ir-rwol tas-SIS la huwa li tieħu post u lanqas li tidduplika r-rwol ta' l-Interpol. Minkejja li l-ħidmiet jistgħu jikkoinċidu, il-prinċipji wara l-azzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-kuntest ta' Schengen huma sostanzjalment differenti minn dawk ta’ l-Interpol. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli għal kooperazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE u l-NCBs (National Central Bureaux – l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali) fuq livell nazzjonali.

Ġew maqbula l-prinċipji li ġejjin:

2.11.1.   Prijorità tat-twissijiet SIS fuq it-twissijiet ta' l-Interpol

It-twissijiet SIS u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar dawn it-twissijiet għandhom dejjem jieħdu prijorità fuq twissijiet u informazzjoni skambjati permezz ta’ l-Interpol. Dan huwa ta’ importanza partikolari fejn it-twissijiet ikunu jikkunfliġġu.

2.11.2.   L-għażla tal-mezz ta’ komunikazzjoni

Il-prinċipju li t-twissijiet Schengen jieħdu preċedenza fuq it-twissijiet ta’ l-Interpol għandu jkun rispettat, u għandu jkun żgurat li l-NCBs ta’ l-Istati Membri jkunu wkoll konformi ma' dan. Meta tinħoloq twissija Schengen, kull komunikazzjoni relatata magħha u ma’ l-iskop wara l-ħolqien tagħha, għandha tingħata mill-uffiċċji SIRENE. Jekk Stat Membru jkun irid jibdel il-mezzi ta' komunikazzjoni, il-partijiet l-oħra għandhom jiġu kkonsultati minn qabel. Bidla bħal din hija possibbli biss f’każijiet speċjali.

2.11.3.   L-użu u t-tixrid ta’ l-Interpol fl-Istati ta’ Schengen

Ladarba teżisti l-prijorità tat-twissijiet SIS fuq dawk ta’ l-Interpol, it-twissijiet ta’ l-Interpol għandhom ikunu restritti għal każijiet eċċezzjonali (jiġifieri fejn mhux maħsub, fil-Konvenzjoni jew fit-termini tekniċi, li t-twissija tiddaħħal fis-SIS, jew fejn ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha neċessarja biex tiġi ffurmata twissija SIS). Fiż-żona Schengen huwa inammissibbli li jkun hemm twissijiet paralleli fis-SIS u permezz ta’ l-Interpol. Twissijiet li jixxerdu permezz tal-mezzi ta’ l-Interpol u li jkopru wkoll iż-żona Schengen jew partijiet minnha (iż-żona ta’ diffużjoni Interpol 2) għandu jkollhom l-indikazzjoni li ġejja: “Żona 2 għajr l-Istati taSchengen”.

2.11.4.   Informazzjoni mibgħuta lil Stati terzi

L-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li joħroġ twissija għandu jiddeċiedi jekk jgħaddix l-informazzjoni lil Stati terzi (awtorizzazzjoni, mezz u kanal ta’ diffużjoni). Huwa u jagħmel dan l-uffiċċju SIRENE għandu josserva d-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tad-data personali stipulati fil-Konvenzjoni ta’ Schengen u fid-Direttiva 95/46/KE. L-użu tal-kanal Interpol jiddependi mid-dispożizzjonijiet jew proċeduri nazzjonali.

2.11.5.   Hit jew tħassir ta’ twissija

Fuq livell nazzjonali l-Istati ta’ Schengen għandhom jiżguraw li l-uffiċċji SIRENE u l-NCBs jinfurmaw lil xulxin bil-hits kollha.

It-tħassir ta’ twissija għandu jsir biss mill-awtorità li tkun ħarġitha.

2.11.6.   Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE u l-NCBs ta’ l-Interpol

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex fuq livell nazzjonali jkun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni bejn l-uffiċċju SIRENE u l-NCBs.

2.12.   Kooperazzjoni mal-Europol u l-Eurojust

Biex il-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE tkun organizzata b'mod konsistenti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri nazzjonali xierqa.

2.13.   Tipi ta’ tiftix speċjali

2.13.1.   Tiftix immirat ġeografikament

Tfittxija mmirata ġeografikament hija waħda li ssir f’sitwazzjoni fejn il-pajjiż li jagħmel it-talba jkollu evidenza soda dwar il-lok fejn tkun tinsab persuna jew oġġett imfittxija f’żona ġeografika ristretta. F’ċirkostanzi bħal dawn talba minn awtorità ġudizzjarja tista’ tiġi eżegwita immedjatament mal-wasla tagħha.

Tiftix immirat ġeografikament fiż-żona ta’ Schengen għandu jsir fuq il-bażi ta’ twissija fis-SIS. Il-formola M relevanti, li għandha tintbagħat fl-istess ħin hekk kif tinħoloq it-twissija jew hekk kif tinkiseb l-informazzjoni dwar il-lok, għandha tkun tinkludi informazzjoni dwar il-lok tal-persuna jew l-oġġett imfittxija. Twissija dwar persuna mfittxija għandha tiddaħħal fis-SIS sabiex ikun żgurat li talba għal arrest proviżorju tkun infurzabbli immedjatament (l-Artikolu 64 tal-Konvenzjoni, l-Artikolu 9 par. 3 tad-deċiżjoni ta' qafas dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew).

Twissija bħal din iżżid il-possibbiltà ta' suċċess jekk il-persuna jew l-oġġett jiċċaqalqu meta mhux mistenni minn post għal ieħor fiż-żona ta' Schengen, u għalhekk li persuna jew oġġett imfittxija ma jiddaħlux fis-SIS huwa possibbli biss f’ċirkostanzi speċjali (eż. meta ma jkunx hemm informazzjoni biżżejjed biex tinħoloq twissija eċċ.).

2.13.2.   Tfittxija bil-parteċipazzjoni ta’ unitajiet tal-pulizija speċjalizzati fuq tfittxija mmirata

F'każijiet xierqa, l-uffiċċji SIRENE għandhom jużaw ukoll is-servizzi pprovduti minn unitajiet speċjali li jwettqu tfittxijiet immirati fl-Istati Membri li ssirilhom talba. Għalhekk, ma’ dawn l-unitajiet għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni tajba u jkun żgurat l-iskambju ta’ informazzjoni. It-twissija fis-SIS ma tistax tiġi sostitwita b’kooperazzjoni internazzjonali ta' l-unitajiet tal-pulizija msemmija hawn fuq. Din il-kooperazzjoni m’għandhiex tikkoinċidi mar-rwol ta’ l-uffiċċju SIRENE bħala punt fokali għat-tiftix permezz tas-SIS.

2.14.   Iż-żieda ta’ bandiera

Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor li tiżdied bandiera

L-Artikoli 94(4), 95(3), 97 u 99(6) jippermettu Stat Membru li ssirlu talba li jirrifjuta li jwettaq il-proċedura stabbilita fit-territorju tiegħu billi jitlob li tiżdied bandiera mat-twissija msemmija li ssir taħt l-Artikoli 95 ,97 jew 99. Ir-raġunijiet wara t-talba għandhom jingħataw fl-istess waqt.

2.14.1.   L-iskambju ta' informazzjoni meta tiżdied bandiera

L-uffiċċji SIRENE għandhom jiskambjaw informazzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jevalwaw il-ħtieġa ta’ bandiera.

Iż-żieda (jew tħassir) ta’ bandiera tista’ ssir fi kwalunkwe żmien taħt it-termini ta’ l-Artikolu 94(4) dwar twissijiet li jsiru taħt l-Artikoli 95, 97 u 99. Meta tiżdied bandiera ma’ twissijiet taħt l-Artikoli 97 u 99, it-twissija ma tidhirx fuq l-iskrin meta l-utent finali jikkonsulta s-sistema. Teżisti proċedura alternattiva għal twissijiet taħt l-Artikolu 95. Kull Stat Membru għandu jsib it-twissijiet li x’aktarx ikunu jirrikjedu bandiera kemm jista’ jkun malajr.

2.14.2.   Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Jekk Stat Membru jitlob li tiżdied bandiera, dan għandu jitlob il-bandiera mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, u jsemmi r-raġuni għaliha.

(b)

Ladarba l-informazzjoni tkun ġiet skambjata, it-twissija tista' tkun tinħtieġ li tiġi emendata, imħassra jew it-talba rtirata.

2.14.3.   Talba biex tiżdied bandiera

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-Istat Membru li ssirlu t-talba jitlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ twissija taħt l-Artikoli 95, 97 jew 99 biex iżid il-bandiera. Din it-talba għandha ssir permezz tal-formola F.

(b)

L-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija huwa obbligat li jżid il-bandiera mitluba immedjatament.

2.14.4.   Talba sistematika biex tiżdied bandiera għaċ-ċittadini ta' Stat Membru

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Stat Membru jista’ jitlob lill-uffiċċju SIRENE ta’ Stat Membru ieħor biex iżid bandiera bħala regola fuq twissijiet taħt l-Artikolu 95 maħruġa dwar iċ-ċittadini tiegħu.

(b)

Kull Stat Membru li jkun jixtieq jagħmel dan għandu jibgħat talba bil-miktub lill-Istat Membru li jkun jixtieq jikkoopera miegħu.

(ċ)

Kull Stat Membru li ssirlu talba bħal din għandu jżid bandiera għall-Istat Membru kkonċernat immedjatament hekk kif tinħareġ it-twissija.

(d)

Din il-proċedura għandha tkompli torbot sakemm tintbagħat istruzzjoni bil-miktub biex tiġi kkanċellata.

Jekk ma jibqgħux applikabbli ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 94(4), l-Istat Membru li jkun talab il-bandiera għandu kemm jista' jkun malajr jitlob li l-bandiera titneħħa.

3.   TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 95 (15)

Għandhom ikunu segwiti l-passi li ġejjin:

L-Istat Membru jwettaq kontrolli qabel joħroġ it-twissija;

Twissijiet Multipli;

Informazzjoni supplimentari li tintbagħat lill-Istati Membri;

Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor tiżdied bandiera;

Azzjoni minn uffiċċju SIRENE wara li tasal twissija taħt l-Artikolu 95;

Skambju ta' informazzjoni wara riżultat;

Tħassir ta’ twissija;

Identità użata ħażin.

3.1.   L-Istat Membru jwettaq kontrolli qabel joħroġ it-twissija.

Il-parti l-kbira tat-twissijiet maħruġa taħt l-Artikolu 95 ikunu akkumpanjati b'Mandat ta’ Arrest Ewropew (EAW – European Arrest Warrant). Madankollu, bi twissija taħt l-Artikolu 95 huwa possibbli wkoll li jsir arrest temporanju qabel ma jinkiseb mandat ta' arrest internazzjonali (IAW – International Arrest Warrant). L-ispezzjonijiet meħtieġa qabel kull wieħed minn dawn il-każijiet huma kif ġej:

Il-EAW/IAW għandu jinħareġ minn awtorità ġudizzjarja awtorizzata li twettaq din il-funzjoni fl-Istat Membru li joħroġ it-twissija.

Għandhom jingħataw dettalji biżżejjed fil-EAW/IAW u fuq il-formola A (partikolarment, it-taqsima ta’ l-EAW (e): “deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq/twettqu r-reat/i, inklużi l-ħin u l-lok” u l-attribut 044 fuq il-formola A: “deskrizzjoni ta’ l-att”) sabiex l-uffiċċji SIRENE l-oħrajn jivverifikaw it-twissija.

3.2.   Kontroll dwar jekk il-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri tawtorizzax l-arrest bil-għan ta’ rilaxx jew estradizzjoni.

L-Istat Membru li joħroġ twissija għandu jiċċekkja jekk l-arrest li jkun ser jintalab hux awtorizzat bil-liġi nazzjonali ta’ Stati Membri oħra.

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

kontroll li l-Istati Membri kollha jistgħu jsegwu fuq it-twissija;

(b)

jekk ikun hemm xi dubju, għandu jiġi kkonsultat l-uffiċċju SIRENE ikkonċernat u tiġi mgħoddija jew skambjata l-informazzjoni neċessarja għall-kontroll.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżgura li t-twissijiet taħt l-Artikolu 95(2) (it-tieni sentenza) jiddaħħlu biss fis-SIS wara li jkun ġie infurmat l-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

3.3.   Twissijiet Multipli

3.3.1.   Kontrolli għal twissijiet multipli (l-Artikolu 107)

Kull Stat Membru jista’ jdaħħal biss twissija waħda fis-sistema għal kull persuna mfittxija. Għalhekk, ikun jinħtieġ kontroll biex jidentifika talbiet multipli għal twissija minn Stat Membru wieħed. Fejn ikun hemm talbiet multipli minn Stat Membru wieħed, hija meħtieġa proċedura nazzjonali biex tiddetermina liema EAW jintwera fuq it-twissija taħt l-Artikolu 95. Inkella, jista’ jinħareġ EAW wieħed li jkopri r-reati kollha.

Xi kultant jistgħu jinħarġu diversi twissijiet minn pajjiżi differenti għall-istess suġġetti. Għaldaqstant, dan jirrikjedi:

(a)

Kontrolli qabel ma tiddaħħal twissija, sabiex jiġi ddeterminat jekk is-suġġett jinsabx diġà fis-SIS;

(b)

Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri l-oħra, meta d-dħul ta’ twissija taħt l-Artikolu 95 jikkawża twissijiet multipli li jkunu inkompatibbli (per eżempju, jekk għal dik il-persuna diġà teżisti twissija taħt l-Artikolu 99 u ser tiddaħħal twissija taħt l-Artikolu 95).

Twissijiet taħt l-Artikolu 95 huma kompatibbli ma’ twissijiet taħt l-Artikoli 97 u 98. Dawn jistgħu jinżammu wkoll ma’ twissijiet taħt l-Artikolu 96, għalkemm f’każijiet bħal dawn il-proċeduri taħt l-Artikolu 95 jieħdu pijorità fuq dawk taħt l-Artikolu 96. Twissijiet taħt l-Artikolu 99 m’humiex kompatibbli ma’ twissijiet taħt l-Artikolu 95.

L-ordni ta’ prijorità għat-twissijiet hija kif ġej:

arrest għal għanijiet ta’ rilaxx jew estradizzjoni (l-Artikolu 95),

ċaħda tad-dħul fl-Istati Schengen (l-Artikolu 96),

tqegħid taħt protezzjoni (l-Artikolu 97),

sorveljanza diskreta (l-Artikolu 99),

kontrolli speċifiċi (l-Artikolu 99),

komunikazzjoni dwar il-lok fejn ikun jinsab is-suġġett (l-Artikoli 97 u 98).

Varjazzjoni minn din l-ordni ta’ prijorità tista’ ssir wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri jekk ikunu involuti interessi nazzjonali essenzjali.

L-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija għandu jżomm rekord ta’ kull talba biex tiddaħħal twissija ulterjuri li, wara konsultazzjoni, tkun ġiet miċħuda taħt id-dispożizzjonijiet mogħtija hawn fuq, sakemm titħassar it-twissija.

Kull meta fi Stat Membru tirriżulta hit, l-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ipproduċa t-twissija jista’ jibgħat l-EAW kollha li jkunu nħarġu mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tagħhom.

Tista’ tiddaħħal twissija għal EAW dwar l-istess persuna minn diversi Stati Membri. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar joħorġu EAW għall-istess persuna, id-deċiżjoni dwar liema mandat għandu jiġi eżegwit fil-każ ta’ arrest għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva fl-Istat Membru fejn ikun sar l-arrest.

3.3.2.   Skambju ta' informazzjoni

Biex jiġi evitat li jiddaħħlu twissijiet multipli inkompatibbli, għandha tingħata attenzjoni biex issir distinzjoni preċiża bejn individwi li jkollhom karatteristiċi simili.

Għalhekk, il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE huma essenzjali, u kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-proċeduri tekniċi xierqa biex isib dawn il-każijiet qabel ma tiddaħħal twissija.

L-elementi użati biex jiġi stabbilit jekk żewġ identitajiet jistgħux ikunu identiċi jinsabu fid-dettall fl-Anness 6 ta’ dan il-manwal.

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

jekk l-ipproċessar ta’ talba biex tiddaħħal twissija ġdida juri li diġà hemm persuna fis-SIS bl-istess elementi tad-deskrizzjoni obbligatorja ta’ l-identità (il-kunjom, l-isem, id-data tat-twelid), għandu jsir kontroll qabel ma tkun approvata t-twissija l-ġdida;

(b)

l-uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali li joħroġ it-twissija sabiex jikkjarifika jekk it-twissija hix dwar l-istess persuna (il-formola L);

(ċ)

Jekk il-kontroll juri li d-dettalji huma identiċi u jistgħu jkunu ta’ l-istess persuna, l-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura għad-dħul ta’ twissijiet multipli. Jekk l-eżitu tal-kontroll ikun li d-dettalji huma ta’ żewġ persuni differenti, l-uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba għad-dħul ta’ twissija ġdida.

3.3.3.   Id-dħul ta’ laqmijiet/ismijiet oħrajn

(a)

Biex ikunu evitati twissijiet inkompatibbli ta' kwalunkwe kategorija minħabba laqam li jiddaħħal, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-laqam u jgħaddu l-informazzjoni relevanti dwar l-identità reali tas-suġġett imfittex.

Il-parti li ddaħħal it-twissija oriġinali hija responsabbli li ddaħħal kull laqam li jista’ jkun hemm. Jekk il-laqam jinstab minn pajjiż terz, dan għandu jirreferi l-kwistjoni lill-parti li tkun daħħlet it-twissija oriġinali, sakemm il-pajjiż terz ma joħroġx twissija hu stess dwar il-laqam.

(b)

L-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu infurmati bil-laqmijiet rigward twissija maħruġa skond l-Artikolu 95.

(ċ)

It-twissija tiddaħħal fis-SIS.

3.4.   Informazzjoni supplimentari li tintbagħat lill-Istati Membri

3.4.1.   Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward EAW

Għandhom jintużaw il-formoli AM, li huma uniformi għall-Istati Membri kollha, u l-informazzjoni li jkun fihom għandha tkun l-istess bħal dik fl-EAW.

Fuq il-formola A:

006-013: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni relevanti mdaħħla fis-SIS u li tikkorrispondi mat-taqsima (a) ta’ l-EAW.

030: L-informazzjoni li din il-formola A hija speċifika għal EAW għandha tiddaħħal flimkien mad-dettalji tal-maġistrat jew qorti li jkunu ordnaw il-mandat ta' arrest, meħuda mit-taqsima (i) ta’ l-EAW.

031: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni relevanti li tkun tinsab fit-taqsima (b) ta’ l-EAW rigward id-deċiżjoni li fuqha jkun ibbażat il-mandat.

032: Għandha tiddaħħal id-data tal-mandat ta’ arrest.

033: Għandha tiddaħħal il-kapaċità ta’ l-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat, meħuda mit-taqsima (i) ta’ l-EAW.

034: L-informazzjoni relevanti mit-taqsima (c, 1) ta’ l-EAW kif ukoll, fejn applikabbli:

Ir-reat(i) li fuq il-bażi tiegħu/tagħhom inħareġ il-mandat huwa/huma punibbli b’sentenza ta' għomor f’lok ta’ kustodja jew ordni ta’ għomor f’detenzjoni:

Is-sistema legali ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija tippermetti reviżjoni tal-piena jew miżura imposta, fuq talba jew mill-inqas wara 20 sena, bil-għan li tali piena jew miżura ma jiġux eżegwiti,

u/jew

Is-sistema legali ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija tippermetti l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ klemenza li għalihom il-persuna tkun intitolata taħt il-liġi jew prassi ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija, bil-għan li tali piena jew miżura ma jiġux eżegwiti.

035-037: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni relevanti mit-taqsima (b) ta’ l-EAW.

038: L-informazzjoni relevanti mit-taqsima (c, 2) ta’ l-EAW kif ukoll, fejn applikabbli:

Ir-reat(i) li fuq il-bażi tiegħu/tagħhom inħareġ il-mandat huwa/huma punibbli b’sentenza ta' għomor flok ta’ kustodja jew ordni ta’ għomor f’detenzjoni,

Is-sistema legali ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija tippermetti reviżjoni tal-piena jew miżura imposta, fuq talba jew mill-inqas wara 20 sena, bil-għan li tali piena jew miżura ma jiġux eżegwiti,

u/jew

Is-sistema legali ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija tippermetti l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ klemenza li għalihom il-persuna tkun intitolata taħt il-liġi jew prassi ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija, bil-għan li tali piena jew miżura ma jiġux eżegwiti.

039: Għandha tiddaħħal l-informazzjoni relevanti mit-taqsima (c, 2) ta’ l-EAW.

040: Informazzjoni mit-taqsima (e) ta’ l-EAW dwar id-dispożizzjoni/kodiċi statutorja/u applikabbli.

041: Informazzjoni mit-taqsima (e) ta’ l-EAW dwar in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i).

042: Informazzjoni mit-taqsima (e) ta’ l-EAW dwar il-ħin li fih twettaq/twettqu r-reat(i).

043: Informazzjoni mit-taqsima (e) ta’ l-EAW dwar il-lok fejn twettaq/twettqu r-reat(i).

044: Informazzjoni mit-taqsima (e) ta’ l-EAW dwar iċ-ċirkostanzi tar-reat(i).

045: Informazzjoni mit-taqsima (e) ta’ l-EAW dwar il-grad ta’ parteċipazzjoni tal-persuna mfittxija.

058: Informazzjoni mit-taqsima (a) ta’ l-EAW dwar il-marki distintivi/id-deskrizzjoni tal-persuna mfittxija.

Fuq il-formola M:

083: Fejn ikun indikat it-test “Informazzjoni dwar deċiżjoni mogħtija in absentia skond it-taqsima (d) ta l-EAW”, huwa mitlub, fejn applikabbli:

(a)

li tingħata risposta jekk id-deċiżjoni ingħatat in absentia;

(b)

jekk dan ikun il-każ, li jiġi speċifikat jekk il-persuna kkonċernata ġietx imħarrka jew infurmata personalment bid-data u l-lok tas-smigħ fejn ingħatat id-deċiżjoni in absentia. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandhom jissemmew ir-rimedji legali.

Fejn ikun indikat it-test “Reat(i) punibbli skond it-taqsima (e, I u II) tal-EAW”, irid jiddaħħal, jekk applikabbli, wieħed jew aktar mir-reati punibbli, fl-Istat Membru li joħroġ it-twissija, b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni ta’ massimu ta’ mill-inqas 3 snin kif definiti bil-liġijiet ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija, skond l-Artikolu 2 (2) tad-deċiżjoni Qafas (jew it-taqsima [(e)I] ta’ l-EAW).

Jekk ir-reat(i) jaqa’/jaqgħu taħt il-lista mogħtija fl-Artikolu 2 (2) tad-deċiżjoni qafas dwar l-EAW, ir-reat(i) għandu jiddaħħal fuq il-formola M fl-intier tiegħu, bi qbil mal-kliem użat fil-lista.

Jekk ir-reati ma jaqgħux taħt il-lista msemmija hawn fuq, tkun tinħtieġ l-informazzjoni segwenti:

(a)

jew li l-mandat inħareġ għal atti punibbli bil-liġi ta’ l-Istat Membru li ħareġ it-twissija b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tnax-il xahar;

(b)

jew, fejn tkun ingħatat sentenza jew ordni ta’ detenzjoni, li s-sentenza hija għal mill-inqas erba’ xhur.

Fejn l-informazzjoni li trid tiddaħħal fl-attribut 083 tal-formoli M tkun ta' aktar minn 1 024 karattru, trid tintbagħat formola M, waħda jew aktar, supplimentari.

3.4.2.   Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward arrest proviżorju

Il-fajl provdut rigward persuni mfittxija għall-arrest għal għanijiet ta’ estradizzjoni, għandu jkun imħejji qabel ma tiddaħħal it-twissija. Għandu jsir kontroll biex ikun żgurat li l-informazzjoni hija kompluta u ppreżentata b’mod korrett. Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja: Fil-prinċipju, bħala alternattiva għandhom jingħataw id-dettalji dwar il-prosekuzzjoni u l-infurzar ta’ sentenzi kriminali:

006 Kunjom: Il-kunjom użat għad-data prinċipali fit-twissija SIS jiddaħħal taħt l-intestatura 006.

007 Isem

009 Data tat-twelid

010 Post tat-twelid

011 Laqam: L-ewwel laqam jinkiteb sħiħ u jiġi indikat in-numru totali ta’ ismijiet oħra misjuba. Tista’ tintuża formola M biex tintbagħat lista kompluta ta’ ismijiet/laqmijiet.

012 sess

013 Nazzjonalità: L-intestatura 013 ’Nazzjonalità’ għandha timtela b’mod kemm jista’ jkun komplut fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli. Jekk ikun hemm xi dubji dwar l-informazzjoni, mal-kelma ’nazzjonalità’ għandhom jiżdiedu l-kodiċi ’1W’ u l-kelma ’maħsuba’.

030 Awtorità li ħarġet il-mandat ta’ arrest jew deċiżjoni (isem u kariga tal-maġistrat jew prosekutur pubbliku jew l-isem tal-qorti)

031 Numru ta’ referenza tal-mandat ta’ arrest jew tad-deċiżjoni (037). Ara wkoll il-kummenti t'hawn taħt.

032 Data tal-mandat ta’ arrest jew tad-deċiżjoni (036). It-talbiet għal prosekuzzjoni u infurzar kriminali jistgħu jinġabru fil-qosor f’dokument ieħor anness.

033 Isem l-awtorità li tagħmel it-talba

034 Piena massima/piena massima prevista

035 Maġistrat jew qorti li ħarġu d-deċiżjoni

036 Data tad-deċiżjoni

037 Numru ta’ referenza tad-deċiżjoni

038 Sentenza mogħtija

039 Indikazzjoni tal-piena li għad trid tiġi skontata

040 Testi legali applikabbli

041 Deskrizzjoni legali ta’ l-att

042 Data/perjodu meta twettaq ir-reat

044 Deskrizzjoni tal-fatti tal-każ (inklużi l-konsegwenzi tagħhom)

045 Grad ta’ involviment (prinċipali – aċċessorju – għajnuna – ħajr)

Kull pajjiż jista’ juża t-terminoloġija legali tiegħu biex jiddeskrivi l-grad ta’ parteċipazzjoni.

L-informazzjoni mogħtija għandha tkun dettaljata biżżejjed biex l-uffiċċji SIRENE l-oħrajn jivverifikaw it-twissija, iżda mhux daqshekk fid-dettall li s-sistema tal-messaġġi titgħabba żżejjed.

Jekk l-uffiċċji SIRENE ma jkunux jistgħu jirċievu l-messaġġ għax in-numru ta’ spazji fissi għall-formola relevanti, għal raġunijiet tekniċi, ma jkunux biżżejjed, tista’ tintbagħat formola M ma’ l-informazzjoni supplimentari. Tmiem it-trażmissjoni jiġi indikat bil-frażi ’Tmiem tal-Messaġġ’ fl-aħħar formola (l-intestatura 044 tal-formola A jew l-intestatura 083 tal-formola M).

3.4.3.   Informazzjoni ulterjuri biex tiġi stabbilita l-identità ta’ persuna

L-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija jista’ wkoll, jekk ikun meħtieġ, jipprovdi informazzjoni ulterjuri, wara konsultazzjoni u/jew fuq it-talba ta’ Stat Membru ieħor, biex jgħin biex tiġi stabbilita l-identità ta’ persuna. L-informazzjoni għandha tkopri b’mod partikolari dan li ġej:

l-oriġini tal-passaport jew tad-dokument ta’ identità fil-pussess tal-persuna mfittxija;

in-numru ta’ referenza, id-data, post u awtorità tal-ħruġ kif ukoll id-data ta’ skadenza tal-passaport jew tad-dokument ta’ identità;

deskrizzjoni tal-persuna mfittxija;

il-kunjom u l-isem ta' omm u missier il-persuna mfittxija;

jekk hemmx twissijiet tar-ritratt u/jew il-marki tas-swaba’ tal-persuna;

l-aħħar indirizz magħruf;

Sa fejn hu possibbli, din l-informazzjoni, flimkien mar-ritratti u l-marki tas-swaba’, għandhom ikunu disponibbli fl-uffiċċji SIRENE, jew aċċessibbli għalihom b’mod immedjat u permanenti sabiex ikunu jistgħu jiġu trażmessi malajr.

L-għan komuni huwa li kemm jista' jkun jitnaqqas ir-riskju li tinżamm bi żball persuna li d-dettalji tagħha jkunu simili għal dawk ta' persuna li dwarha tkun inħarġet twissija.

3.4.4.   Kif jintbagħtu l-formoli AM

L-informazzjoni msemmija fi 3.3.1, 3.3.2 għandha tintbagħat bl-aktar mezz rapidu disponibbli. L-Istat Membru li joħroġ it-twissija għandu jibgħat il-formoli A u M fl-istess ħin li jdaħħal it-twissija taħt l-Artikolu 95.2 fis-SIS. Kull informazzjoni ulterjuri meħtieġa għal skopijiet ta’ identifikazzjoni għandha tintbagħat wara konsultazzjoni ma’ u/jew fuq talba ta' Stat Membru ieħor. Jekk ikun hemm bżonn jistgħu jintbagħtu formoli AM multipli li jiddeskrivu EAWs/IAWs differenti.

3.5.   Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor li tiżdied bandiera

L-Artikolu 95(3) jippermetti Stat Membru li ssirlu talba, li jirrifjuta li jwettaq il-proċedura stabbilita fit-territorju tiegħu billi jitlob li tiżdied bandiera mat-twissija taħt l-Artikolu 95. Ir-raġunijiet wara t-talba għandhom jingħataw fl-istess waqt.

3.5.1.   L-iskambju ta' informazzjoni meta tiżdied bandiera

L-uffiċċji SIRENE għandhom jiskambjaw informazzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jevalwaw il-ħtieġa ta’ bandiera.

Iż-żieda (jew tħassir) ta’ bandiera tista’ ssir fi kwalunkwe żmien taħt it-termini ta’ l-Artikolu 94(4). Kull Stat Membru għandu jsib it-twissijiet li x’aktarx ikunu jirrikjedu bandiera kemm jista’ jkun malajr.

3.5.2.   Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Jekk Stat Membru jitlob li tiżdied bandiera, dan għandu jitlob il-bandiera mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, u jsemmi r-raġuni għaliha.

(b)

Ladarba l-informazzjoni tkun ġiet skambjata, it-twissija tista' tkun tinħtieġ li tiġi emendata, imħassra jew it-talba rtirata.

3.5.3.   Talba biex tiżdied bandiera

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-Istat Membru li ssirlu t-talba jitlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ twissija taħt l-Artikolu 95 biex tiżdied bandiera. Din it-talba għandha ssir permezz tal-formola F.

(b)

L-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija huwa obbligat li jżid il-bandiera mitluba immedjatament.

3.5.4.   Talba sistematika biex tiżdied bandiera għaċ-ċittadini ta' Stat Membru

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Stat Membru jista’ jitlob lill-uffiċċji SIRENE ta’ l-Istati Membri l-oħrajn biex iżidu bandiera bħala regola fuq twissijiet taħt l-Artikolu 95 maħruġa dwar iċ-ċittadini tiegħu.

(b)

Kull Stat Membru li jkun jixtieq jagħmel dan għandu jibgħat talba bil-miktub lill-Istati Membri li jkun jixtieq jikkoopera magħhom.

(ċ)

Kull Stat Membru li ssirlu talba bħal din għandu jżid bandiera għall-Istat Membru kkonċernat immedjatament hekk kif tinħareġ it-twissija.

(d)

Din il-proċedura għandha tkompli torbot sakemm tintbagħat istruzzjoni bil-miktub biex tiġi kkanċellata.

Jekk ma jibqgħux applikabbli ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 94(4), l-Istat Membru li jkun talab il-bandiera għandu kemm jista' jkun malajr jitlob li l-bandiera titneħħa.

3.6.   Azzjoni minn uffiċċju Sirene wara li tasal twissija taħt l-Artikolu 95

Meta uffiċċju SIRENE jirċievi l-formoli AM, l-uffiċċju jew unità assoċjata għandhom, kemm jista’ jkun malajr, ifittxu s-sorsi disponibbli kollha biex jippruvaw isibu s-suġġett. Jekk l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru li jagħmel it-talba ma tkunx biżżejjed biex tiġi aċċettata mill-Istat Membru li jirċeviha, dan m’għandux iżomm milli t-tfittxijiet isiru xorta waħda.

Jekk it-twissija taħt l-Artikolu 95 tiġi validata u s-suġġett jinstab jew jiġi arrestat fl-Istat Membru, imbagħad l-EAW jew il-formoli A u M għandhom jiġu mgħoddija lill-awtorità ta’ l-Istat Membru li jeżegwixxi l-EAW. Jekk jintalab l-EAW oriġnali, dan għandu jintbagħat mill-awtorità ġudizzjarja li tkun ħarġitu direttament lill-awtorità ġudizzjarja li tkun ser teżegwih (sakemm ma jingħatawx struzzjonijiet mod ieħor).

3.7.   L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat

3.7.1.   Notifika lill-Istati Membri li twissija ġiet imqabbla

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Hit” fuq individwu li dwaru tkun inħarġet twissija taħt l-Artikolu 95 għandu dejjem ikun ikkomunikat lill-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.

Jekk ikun meħtieġ, l-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija mbagħad għandu jibgħat kull informazzjoni speċifika relevanti u l-miżuri partikolari li għandhom jittieħdu mill-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun qabbel it-twissija.

Fin-notifika tal-Parti li tkun ħarġet it-twissija misjuba f'hit, għandu jiġi indikat l-Artikolu tal-Konvenzjoni ta' Schengen li japplika għaliha fl-intestatura 090 tal-formola G.

Jekk ir-riżultat ikun jikkonċerna persuna li tkun suġġett ta' twissija taħt l-Artikolu 95, wara li jibgħat il-formola G l-uffiċċju SIRENE ta' l-Istat Membru li jkun sab it-twissija għandu jinforma lill-l-uffiċċju SIRENE ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija misjuba permezz tat-telefon.

(b)

Stat Membru li preċedentement ikun indika x-xewqa li joħroġ twissija dwar persuna jew oġġett li dwaru diġà teżisti twissija, għandu jiġi infurmat b’kull hit dwar it-twissija oriġinali mill-Istat Membru li attwalment ikun ħareġ it-twissija.

(ċ)

Is-C.SIS awtomatikament jikkomunika t-tħassir ta’ twissija lill-Istati Membri kollha. Għalhekk ikun possibbli li Stat Membru jikkunsidra li jdaħħal twissija, li qabel kienet titqies inkompatibbli ma’ twissija oħra, iżda li issa tkun tħassret.

3.7.2.   Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet taħt l-Artikoli 95 sa 100, u jekk tali informazzjoni taqa' fl-ambitu ta' assistenza ġudizzjarja reċiproka, jistgħu jagħmlu dan f’isem l-awtoritajiet ġudizzjarji.

(b)

Jekk, wara li tinstab twissija, l-operat ikun jirrikjedi dan (eż. jekk jinstab reat jew jekk ikun hemm theddida għall-ordni pubbliku, jekk ikun jeħtieġ li oġġett, vettura jew individwu jkunu identifikati aħjar, eċċ.), l-informazzjoni mgħoddija biex tikkumplimenta ’l dik stipulata taħt it-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, b’mod partikolari rigward l-Artikoli 99 u 100, għandha tiġi trażmessa taħt l-Artikoli 39 u 46 ta’ l-istess Konvenzjoni. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxi skambju effiċjenti u effettiv ta’ l-informazzjoni kumplimentari taħt l-Artikoli 39 u 46.

3.7.3.   Is-segwitu ta’ hit

L-utent finali jista’ jitlob lill-uffiċċju SIRENE jipprovdilu informazzjoni supplimentari biex ikunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv il-proċeduri previsti fit-tabelli SIS 4, 10 jew 16, kif stabbilit fl-Anness 4.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jiġi infurmat bil-hit u bl-eżitu tagħha.

Din il-proċedura għandha implikazzjonijiet tekniċi, għaliex imbagħad it-twissija trid tiġi pproċessata. Jista' jkun li jkun hemm bżonn li titħassar, li jista’ jfisser li issa tkun tista’ tiddaħħal twissija oħra li preċedentement tkun ġiet eskluża mis-sistema.

3.8.   It-tħassir ta’ twissija

L-Istati Membri li ma setgħux idaħħlu twissija tagħhom għandhom ikunu infurmati meta jinstab riżultat (hit) u t-twissija tkun tħassret.

3.8.1.   Tħassir meta ma jibqgħux jintlaħqu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija

Esklużi l-każi wara li tinstab hit, twissija tista’ titħassar jew direttament mis-C.SIS (meta tgħaddi d-data ta’ skadenza) jew indirettament mis-servizz li jkun daħħal it-twissija fis-SIS (meta ma jibqgħux japplikaw il-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija).

Fiż-żewġ każi l-messaġġ tat-tħassir tas-C.SIS għandu jkun ipproċessat awtomatikament mill-N.SIS sabiex minfloku tkun tista' tiddaħħal twissija miżmuma pendenti.

L-uffiċċju SIRENE jiġi notifikat awtomatikament b’messaġġ mill-N.SIS li twissija li kienet ġiet imwaqqfa issa tista’ tiddaħħal.

L-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura kollha għad-dħul ta' twissija fil-kategorija ta' twissijiet xierqa.

3.9.   Identità użata ħażin

Għandha ssir referenza għall-Punt 2.9 dwar Identità użata ħażin.

3.9.1.   Il-ġbir u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-persuna li l-identità tagħha tintuża ħażin

Hekk kif ikun ċar li l-identità ta’ persuna hija użata ħażin, fit-twissija għandu jiddaħħal kodiċi “3”. Il-persuna involuta għandha tipprovdi lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali tagħha l-informazzjoni meħtieġa, bħalma huma d-dettalji ġenwini, dettalji dwar id-dokumenti ta’ identità u/jew timla l-formola Q.

Suġġett għall-kundizzjoni msemmija hawn taħt, fil-fajl fl-uffiċċju SIRENE għandu jkun hemm ukoll ir-ritratti u l-marki tas-swaba’ tal-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin.

Fuq il-formola Q, in-numru Schengen biss jirreferi għad-data tal-persuna mfittxija mit-twissija SIS. L-informazzjoni taħt l-intestatura 052 (Id-data li fiha nħareġ id-dokument) hija obbligatorja. L-intestatura 083 (Informazzjoni partikolari dwar it-twissija) għandha dejjem tindika s-servizz ta’ kuntatt li jkollu aktar informazzjoni dwar it-twissija.

Din l-informazzjoni tista’ tiġi pproċessata biss bil-permess liberu u espliċitu tal-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin.

Barra minn hekk, meta jkun skopert li persuna li dwarha jkun hemm twissija fis-SIS qiegħda tuża l-identità ta’ xiħadd ieħor ħażin, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jiċċekkja jekk hux neċessarju li jżomm l-identità użata ħażin fit-twissija SIS (biex tinstab il-persuna mfittxija).

3.9.2.   Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-persuna li l-identità tagħha tintuża ħażin

Id-data tal-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin għandha tkun disponibbli biss għall-għan li tiġi stabbilita l-identità tal-persuna li tkun qiegħda tiġi kkontrollata u bl-ebda mod m’għandha tintuża għal xi skop ieħor.

4.   TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 96

Għandhom ikunu segwiti l-passi li ġejjin:

Introduzzjoni

Kontroll għal twissijiet multipli; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.1

L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat

Identità użata ħażin; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.9

Il-proċedura SIRPIT; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.11

4.1.   Introduzzjoni

L-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li dwarhom tkun inħarġet twissija taħt l-Artikolu 96 jippermetti lill-Istati Membri jiddeċiedu fil-każ ta’ talba għad-dħul jew għall-viża. Jekk is-suġġett ikun diġà fit-territorju ta’ l-Istat Membru, dan jippermettilu jieħu l-azzjoni xierqa biex jinħarġu l-permessi ta' residenza jew biex is-suġġett jitkeċċa:

L-Istat Membru li jirrapporta l-hit, jista’ jitlob informazzjoni dwar il-kuntest tat-twissija u jista’ jitlob lill-Istat Membru li joħroġ it-twissija jipprovdilu l-informazzjoni li ġejja:

It-tip ta’ deċiżjoni u r-raġuni warajha

L- awtorità li toħroġ id-deċiżjoni

Id-data tad-deċiżjoni

Id-data tan-notifika

Id-data ta’ l-infurzar

Id-data ta’ l-iskadenza tad-deċiżjoni jew it-tul tal-validità.

Il-proċeduri ta' notifika stipulati taħt l-Artikolu 5 (2) u l-proċeduri ta’ konsultazzjoni stipulati taħt l-Artikolu 25 jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza jew viża. L-uffiċċji SIRENE m’għandhomx ikunu involuti f’dawn il-proċeduri ħlief għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni supplimentari relatata direttament mat-twissijiet (eż. in-notifika ta’ hit, kjarifika ta’ l-identità) jew għat-tħassir ta' twissija.

Madankollu, l-uffiċċji SIRENE jistgħu jkunu involuti fit-trażmissjoni ta’ informazzjoni supplimentari neċessarja għat-tkeċċija jew għaċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadin ta' pajjiż terz, jew fit-trażmissjoni ta' informazzjoni ġġenerata minn dawn l-azzjonijiet.

L-uffiċċji SIRENE jintużaw ukoll bħala awtoritajiet ċentrali biex jittrażmettu u jirċievu informazzjoni addizzjonali fil-proċedura ta' konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 25 (1) u (2), u għandhom jiskambjaw formoli N (l-Artikolu 25(1)) u formoli O (l-Artikolu 25(1)), u fuq talba ta’ l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza jew viża bil-għan li tinżamm jew titħassar twissija.

Jekk Stat Membru li jagħti permess ta’ residenza jsib li d-detentur tal-permess huwa s-suġġett ta’ twissija taħt l-Artikolu 96, maħruġ minn Stat Membru ieħor, dan għandu jinforma lill-uffiċċju SIRENE ta' dan ta' l-aħħar (permezz ta' fax, formola M, eċċ). Dan l-uffiċċju SIRENE imbagħad għandu jagħti bidu għall-proċedura ta' konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 25 (2) permezz tal-formola apposta.

Jekk Stat Membru terz, jiġifieri la dak li ħareġ il-permess ta’ residenza u lanqas dak li ħareġ it-twissija, jikkunsidra li hemm raġunijiet għal konsultazzjoni, dan għandu jinnotifika liż-żewġ Stati Membri, kemm lil dak li ħareġ il-permess ta’ residenza u kemm lil dak li ħareġ it-twissija.

4.2.   Twissijiet skond l-Artikolu 96

It-twissija tiddaħħal fis-SIS.

4.3.   Id-dħul ta’ laqmijiet/ismijiet oħrajn

Biex ikunu evitati twissijiet inkompatibbli ta' kwalunkwe kategorija mħabba laqam li jiddaħħal, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-laqam u jgħaddu l-informazzjoni relevanti dwar l-identità reali tas-suġġett imfittex.

Il-parti li ddaħħal it-twissija oriġinali hija responsabbli li ddaħħal kull laqam li jista’ jkun hemm. Jekk il-laqam jinstab minn pajjiż terz, dan għandu jirreferi l-kwistjoni lill-parti li tkun daħħlet it-twissija oriġinali, sakemm il-pajjiż terz ma joħroġx twissija hu stess dwar il-laqam.

4.4.   Identità użata ħażin

Jekk meta jiġi kkonsultat is-SIS fl-attribut “kategorija ta' identità” jinstab il-kodiċi 3, l-uffiċjal li jkun qiegħed iwettaq il-kontroll għandu jikkuntattja lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali u jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jikkjarifika jekk il-persuna li dwarha jkun qiegħed isir il-kontroll hix il-persuna mfittixija jew il-persuna li l-identità tagħha tkun qiegħda tintuża ħażin.

4.4.1.   Il-ġbir u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar persuna li l-identità tagħha tintuża ħażin

Ara l-punt 2.8 dwar Identità użata ħażin

4.5.   Il-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza u viża

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Stat Membru li ssirlu talba, jista’ jinforma lill-Istat Membru li ħareġ it-twissija skond l-Artikolu 96 li din tkun ġiet imqabbla. L-Istat Membru li ħareġ it-twissija jista’ mbagħad jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn jekk jidhirlu xieraq.

(b)

Jekk jintalbu, u filwaqt li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-uffiċċji SIRENE ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jassistu billi jittrażamettu l-informazzjoni neċessarja lis-servizzi speċjalizzati responsabbli mill-ħruġ tal-permessi ta’ residenza u tal-viża.

(ċ)

Jekk il-proċedura prevista taħt l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni tirrikjedi li titħassar it-twissija maħruġa skond l-Artikolu 96, l-uffiċċji SIRENE għandhom, jekk jintalbu u filwaqt li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali, joffru l-għajnuna tagħhom.

4.6.   Ċaħda tad-dħul jew tkeċċija mit-territorju ta’ Schengen

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Stat Membru jista’ jitlob li jiġi infurmat b’kull twissija li jkun ħareġ taħt l-Artikolu 96 u li tkun ġiet imqabbla.

Kull Stat Membru li jkun jixtieq dan għandu jitlob lill-Istat Membru l-ieħor bil-miktub.

(b)

Stat Membru li ssirlu talba jista’ jieħu l-inizjattiva u jinforma lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija taħt l-Artikolu 96 li tali twissija tkun ġiet imqabbla, li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma ngħatax permess tad-dħul jew li ġie mkeċċi mit-territorju ta' Schengen.

(ċ)

Jekk fit-territorju tiegħu Stat Membru jinterċetta persuna li dwarha tkun inħarġet twissija, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista’ jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa biex iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jitkeċċa (jiġi rritornat/iddeportat). Skond il-ħtiġiet ta' l-Istat Membru li jsib il-persuna, u jekk tkun disponibbli għall-Istat Membru li ssirlu t-talba, din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

it-tip ta’ deċiżjoni u r-raġuni warajha

l-awtorità li toħroġ id-deċiżjoni

id-data tad-deċiżjoni

id-data tan-notifika

id-data ta’ l-infurzar

id-data ta' l-iskadenza tad-deċiżjoni jew it-tul tal-perjodu ta' validità tagħha.

Jekk persuna li dwarha tkun ħarġet twissija tiġi interċettata fil-frunteria, għandhom jiġu segwiti l-proċeduri stabbiliti mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.

Għall-eċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 jew 25 tal-Konvenzjoni, il-konsultazzjoni għandha ssir bejn l-Istati Membri kkonċernati permezz ta’ l-uffiċċji SIRENE.

Jista’ jkun hemm ukoll ħtieġa urġenti għal informazzjoni kumplimentari li għandha tiġi skambjata permezz ta' l-uffiċċji SIRENE f'każijiet speċifiċi fejn ikun irid jiġi identifikat individwu b'ċertezza.

4.7.   L-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jitħallewx jidħlu

Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jaqa’ taħt ix-xenarju previst fl-Artikoli 5 jew 25 tal-Konvenzjoni jitlob permess ta’ residenza jew viża, l-awtorità li toħroġ id-dokument għandha tapplika regoli speċifiċi.

Taħt ċirkostanzi eċċezzjonali l-Istati Membri jisgħu jkunu jeħtieġu li jiġu infurmati bil-fatt li t-twissija tkun ġiet imqabbla. Minħabba li hemm diversi destinatarji ta’ twissijiet maħruġa taħt l-Artikolu 96 fil-postijiet Konsulari u fl-Ambaxxati, u minħabba d-distanzi bejniethom, dawn għandhom ikunu infurmati bħala regola ġenerali.

4.8.   Notifika lill-Istati Membri ta’ Schengen li twissija ġiet imqabbla

L-uffiċċji SIRENE ta’ l-Istati Membri li jkunu ħarġu twissijiet taħt l-Artikolu 96 mhux bilfors għandhom ikunu infurmati bir-riżultati bħala kwistjoni ta’ proċedura, iżda jistgħu jkunu infurmati f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

Madankollu, l-uffiċċji SIRENE għandhom jipprovdu statistika dwar il-hits.

Kull hit għandha tkun irreġistrata b'mod preċiż, inklużi dawk dwar twissijiet taħt l-Artikolu 96. Għandha ssir distinzjoni bejn hits misjuba dwar twissijiet maħruġa minn Stat Membru ieħor u hits misjuba minn Stat Membru dwar twissijiet maħruġa minnu stess. Il-hits għandhom jitqassmu skond l-artikolu li taħtu jkunu nħarġu.

5.   TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 97 (16)

Għandhom ikunu segwiti/kkunsidrati l-passi li ġejjin:

Kontroll għal twissijiet multipli; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.1

Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor tiżdied bandiera

L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat

Identità użata ħażin; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.8

Il-proċedura SIRPIT; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.9.

5.1.   Twissijiet skond l-Artikolu 97

(a)

It-twissija tiddaħħal fis-SIS.

(b)

Fuq talba ta’ Stat Membru tiżdied bandiera.

5.2.   Iż-żieda ta’ bandiera

L-Artikolu 94(4) jippermetti Stat Membru li ssirlu talba li jirrifjuta li jwettaq il-proċedura stabbilita fit-territorju tiegħu billi jitlob li tiżdied bandiera mat-twissija kkonċernata. Dan jista’ japplika għal twissijiet maħruġa taħt l-Artikolu 97. Ir-raġunijiet wara t-talba għandhom jingħataw fl-istess waqt.

5.2.1.   L-iskambju ta' informazzjoni meta tiżdied bandiera

L-uffiċċji SIRENE għandhom jiskambjaw informazzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jevalwaw il-ħtieġa ta’ bandiera.

Iż-żieda (jew tħassir) ta’ bandiera tista’ ssir fi kwalunkwe żmien taħt it-termini ta’ l-Artikolu 94(4) dwar twissijiet li jsiru taħt l-Artikoli 95, 97 u 99. Meta tiżdied bandiera ma’ twissijiet taħt l-Artikoli 97 u 99, it-twissija ma tidhirx fuq l-iskrin meta l-utent finali jikkonsulta s-sistema. Teżisti proċedura alternattiva għal twissijiet taħt l-Artikolu 95. Kull Stat Membru għandu jsib it-twissijiet li x’aktarx ikunu jirrikjedu bandiera kemm jista’ jkun malajr.

5.2.2.   Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Jekk Stat Membru jitlob li tiżdied bandiera, dan għandu jitlob il-bandiera mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, u jsemmi r-raġuni għaliha.

(b)

Ladarba l-informazzjoni tkun ġiet skambjata, it-twissija tista' tkun tinħtieġ li tiġi emendata, imħassra jew it-talba rtirata.

5.2.3.   Talba biex tiżdied bandiera

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-Istat Membru li ssirlu t-talba jitlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ twissija taħt l-Artikoli 95, 97 jew 99 biex iżid il-bandiera. Din it-talba għandha ssir permezz tal-formola F.

(b)

L-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija huwa obbligat li jżid il-bandiera mitluba immedjatament.

5.3.   Is-segwitu ta’ hit

L-utent finali jista’ jitlob lill-uffiċċju SIRENE jipprovdilu informazzjoni supplimentari biex ikunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv il-proċeduri previsti fit-tabelli SIS 4, 10 jew 16, kif stabbilit fl-Anness 4.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jiġi infurmat bil-hit u bl-eżitu tagħha.

Din il-proċedura għandha implikazzjonijiet tekniċi, għaliex imbagħad it-twissija trid tiġi pproċessata. Jista' jkun li jkun hemm bżonn li titħassar, li jista’ jfisser li issa tkun tista’ tiddaħħal twissija oħra li preċedentement tkun ġiet eskluża mis-sistema.

5.3.1.   Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet taħt l-Artikoli 95 sa 100, u jekk tali informazzjoni taqa' fl-ambitu ta' assistenza ġudizzjarja reċiproka, jistgħu jagħmlu dan f’isem l-awtoritajiet ġudizzjarji.

(b)

Sa fejn hu possibbli, l-uffiċċji SIRENE għandhom jikkomunikaw id-dettalji mediċi ta’ l-individwi li dwarhom tkun inħarġet twissija skond l-Artikolu 97, fejn għandhom jittieħdu miżuri għall-protezzjoni ta’ l-istess.

L-informazzjoni mgħoddija tinżamm biss sakemm ikun strettament neċessarju u tintuża esklussivament għall-iskopijiet ta’ trattament mediku mogħti lill-persuna kkonċernata;

(ċ)

Jekk, wara li tinstab twissija, l-operat ikun jirrikjedi dan (eż. jekk jinstab reat jew jekk ikun hemm theddida għall-ordni pubbliku, jekk ikun jeħtieġ li oġġett, vettura jew individwu jkunu identifikati aħjar, eċċ.), l-informazzjoni mgħoddija biex tikkumplimenta ’l dik stipulata taħt it-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, b’mod partikolari rigward l-Artikoli 99 u 100, għandha tiġi trażmessa taħt l-Artikoli 39 u 46 ta’ l-istess Konvenzjoni. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxi skambju effiċjenti u effettiv ta’ l-informazzjoni kumplimentari taħt l-Artikoli 39 u 46.

6.   TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 98 (17)

6.1.   Twissijiet skond l-Artikolu 98

Għandhom ikunu segwiti/kkunsidrati l-passi li ġejjin:

Kontroll għal twissijiet multipli; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.1

L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat

Identità użata ħażin; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.8

Il-proċedura SIRPIT; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.9

It-twissija tiddaħħal fis-SIS.

6.2.   Is-segwitu ta’ hit

L-utent finali jista’ jitlob lill-uffiċċju SIRENE jipprovdilu informazzjoni supplimentari biex ikunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv il-proċeduri previsti fit-tabelli SIS 4, 10 jew 16, kif stabbilit fl-Anness 4.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija għandu jiġi infurmat bil-hit u bl-eżitu tagħha.

Din il-proċedura għandha implikazzjonijiet tekniċi, għaliex imbagħad it-twissija trid tiġi pproċessata. Jista' jkun li jkun hemm bżonn li titħassar, li jista’ jfisser li issa tkun tista’ tiddaħħal twissija oħra li preċedentement tkun ġiet eskluża mis-sistema.

6.2.1.   Komunikazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet taħt l-Artikoli 95 sa 100, u jekk tali informazzjoni taqa' fl-ambitu ta' assistenza ġudizzjarja reċiproka, jistgħu jagħmlu dan f’isem l-awtoritajiet ġudizzjarji.

(b)

Jekk, wara li tinstab twissija, l-operat ikun jirrikjedi dan (eż. jekk jinstab reat jew jekk ikun hemm theddida għall-ordni pubbliku, jekk ikun jeħtieġ li oġġett, vettura jew individwu jkunu identifikati aħjar, eċċ.), l-informazzjoni mgħoddija biex tikkumplimenta ’l dik stipulata taħt it-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, b’mod partikolari rigward l-Artikoli 99 u 100, għandha tiġi trażmessa taħt l-Artikoli 39 u 46 ta’ l-istess Konvenzjoni. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxi skambju effiċjenti u effettiv ta’ l-informazzjoni kumplimentari taħt l-Artikoli 39 u 46.

7.   TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 99 (18)

Għandhom ikunu segwiti/kkunsidrati l-passi li ġejjin:

Kontrolli minn qabel biex ikun garantit il-proċess ta’ konsultazzjoni.

Kontroll għal twissijiet multipli; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.1

Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor tiżdied bandiera.

L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat.

Il-proċedura SIRPIT; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.9

7.1.   Twissijiet skond l-Artikolu 99 (2)

(a)

It-twissija tiddaħħal fis-SIS.

(b)

Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor tiżdied bandiera.

7.2.   Id-dħul ta’ laqmijiet/ismijiet oħrajn

(a)

Biex ikunu evitati twissijiet inkompatibbli ta' kwalunkwe kategorija mħabba laqam li jiddaħħal, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-laqam u jgħaddu l-informazzjoni relevanti dwar l-identità reali tas-suġġett imfittex.Il-parti li ddaħħal it-twissija oriġinali hija responsabbli li ddaħħal kull laqam li jista’ jkun hemm. Jekk il-laqam jinstab minn pajjiż terz, dan għandu jirreferi l-kwistjoni lill-parti li tkun daħħlet it-twissija oriġinali, sakemm il-pajjiż terz ma joħroġx twissija hu stess dwar il-laqam.

(b)

L-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu infurmati bil-laqmijiet rigward twissija maħruġa skond l-Artikolu 99. Kull fejn ikun bżonn, l-uffiċċji SIRENE għandhom jgħaddu din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom responsabbli minn kull kategorija ta’ twissija.

(ċ)

It-twissija tiddaħħal fis-SIS.

7.3.   Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri qabel ma jinħarġu t-twissijiet għal raġunijiet ta’ sigurtà ta’ l-Istat

Stat Membru li jkun qiegħed jippjana li joħroġ twissija għall-għanijiet ta’ sorveljanza diskreta jew ta' kontroll speċifiku għal raġunijiet ta’ sigurtà ta’ l-Istat għandu jikkonsulta lill-Istati Membri l-oħrajn qabel ma jagħmel dan.

Biex titħares il-kunfidenzjalità ta’ ċerta informazzjoni hija meħtieġa proċedura speċifika, u kull kuntatt bejn is-servizzi responsabbli mis-sigurtà ta’ l-Istat għandu għalhekk jinżamm separat mhux ħażin mill-kuntatt bejn l-uffiċċji SIRENE.

F’kull każ, l-uffiċċju SIRENE għandu jiżgura li l-proċedura ta’ konsultazzjoni tiffunzjona tajjeb u għandu jżomm rekord tar-riżultati. L-informazzjoni nnifisha għandha tkun skambjata direttament bejn is-servizzi speċjalizzati kkonċernati.

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

qabel ma tiddaħħal twissija, id-dipartiment tas-sigurtà kkonċernat jikkuntattja lid-dipartimenti tas-sigurtà ta' l-Istati Membri ta’ Schengen direttament. L-iskop huwa essenzjalment li jiġi stabbilit jekk hemmx oġġezzjonijiet għat-twissija ppjanata;

(b)

wara l-iskambju ta’ l-informazzjoni, id-dipartiment tas-sigurtà li jkun jixtieq idaħħal it-twissija jgħaddi r-riżultati ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali;

(ċ)

l-uffiċċju SIRENE għandu jinforma lill-uffiċċji SIRENE l-oħrajn, biex b'hekk jippermetti lil dawn ta' l-aħħar jikkonsultaw lid-dipartimenti tas-sigurtà rispettivi tagħhom (bil-formola M);

(d)

meta l-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li jkun jixtieq joħroġ it-twissija jkun stabbilixxa li l-proċess ta’ konsultazzjoni tlesta kif xieraq, dan għandu japprova d-dħul tat-twissija;

(e)

jekk Stat Membru jsib diffikultà bit-twissija, l-uffiċċju SIRENE tiegħu għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun jixtieq joħroġ it-twissija;

(f)

jekk l-Istat Membru li jkun jixtieq joħroġ it-twissija jkun irid iżomm it-twissija, l-Istat Membru li ssirlu t-talba jista’ jitlob li tiddaħħal bandiera. Din għandha tiġi rtirata jekk, wara konsiderazzjoni sħiħa, jinstab li mhix neċessarja. Inkella tista’ tinżamm, u b’hekk jiġi sospiż il-kors ta’ l-azzjoni li normalment jiġi segwit għat-twissija.

7.4.   Iż-żieda ta’ bandiera

L-Artikolu 99(3) jippermetti Stat Membru li ssirlu talba li jirrifjuta li jwettaq il-proċedura stabbilita fit-territorju tiegħu billi jitlob li tiżdied bandiera mat-twissija kkonċernata. Dan jista’ japplika għal twissijiet maħruġa taħt l-Artikolu 99. Ir-raġunijiet wara t-talba għandhom jingħataw fl-istess waqt.

7.4.1.   L-iskambju ta' informazzjoni meta tiżdied bandiera

L-uffiċċji SIRENE għandhom jiskambjaw informazzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jevalwaw il-ħtieġa ta’ bandiera.

Iż-żieda (jew tħassir) ta’ bandiera tista’ ssir fi kwalunkwe żmien taħt it-termini ta’ l-Artikolu 94(4) dwar twissijiet li jsiru taħt l-Artikoli 95, 97 u 99. Meta tiżdied bandiera ma’ twissijiet taħt l-Artikoli 97 u 99, it-twissija ma tidhirx fuq l-iskrin meta l-utent finali jikkonsulta s-sistema. Teżisti proċedura alternattiva għal twissijiet taħt l-Artikolu 95. Kull Stat Membru għandu jsib it-twissijiet li x’aktarx ikunu jirrikjedu bandiera kemm jista’ jkun malajr.

7.4.2.   Konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri bil-għan li tiżdied bandiera

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

Jekk Stat Membru jitlob li tiżdied bandiera, dan għandu jitlob il-bandiera mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, u jsemmi r-raġuni għaliha.

(b)

Ladarba l-informazzjoni tkun ġiet skambjata, it-twissija tista' tkun tinħtieġ li tiġi emendata, imħassra jew it-talba rtirata.

7.4.3.   Talba biex tiżdied bandiera

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-Istat Membru li ssirlu t-talba jitlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ twissija taħt l-Artikoli 95, 97 jew 99 biex iżid il-bandiera. Din it-talba għandha ssir permezz tal-formola F.

(b)

L-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija huwa obbligat li jżid il-bandiera mitluba immedjatament.

7.5.   Komunikazzjoni ta’ informazzjoni ulterjuri wara hit

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet taħt l-Artikoli 95 sa 100, u jekk tali informazzjoni taqa' fl-ambitu ta' assistenza ġudizzjarja reċiproka, jistgħu jagħmlu dan f’isem l-awtoritajiet ġudizzjarji.

(b)

Jekk, wara li tinstab twissija, l-operat ikun jirrikjedi dan (eż. jekk jinstab reat jew jekk ikun hemm theddida għall-ordni pubbliku, jekk ikun jeħtieġ li oġġett, vettura jew individwu jkunu identifikati aħjar, eċċ.), l-informazzjoni mgħoddija biex tikkumplimenta ’l dik stipulata taħt it-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, b’mod partikolari rigward l-Artikoli 99 u 100, għandha tiġi trażmessa taħt l-Artikoli 39 u 46 ta’ l-istess Konvenzjoni. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxi skambju effiċjenti u effettiv ta’ l-informazzjoni kumplimentari taħt l-Artikoli 39 u 46.

(ċ)

Meta tinstab hit pożittiva dwar twissija taħt l-Artikolu 99 (3), l-uffiċċju SIRENE li jsibha jinforma lill-uffiċċju SIRENE li jagħmel it-talba bir-riżultati (sorveljanza diskreta jew kontroll speċifiku) permezz ta' formola G. Fl-istess waqt l-uffiċċju SIRENE li jsib il-hit jinforma lis-servizz kompetenti tiegħu responsabbli mis-sigurtà ta’ l-istat.

Jekk is-servizz responsabbli mis-sigurtà ta’ l-Istat Membru li jsib il-hit jiddeċiedi li t-twissija tirrikjedi bandiera ta’ validità, dan għandu jikkuntattja lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali sabiex jitlob il-bandiera lill-uffiċċju SIRENE ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba (permezz tal-formola F). M’huwiex mitlub jispjega r-raġunijiet wara t-talba biex tiżdied bandiera, iżda t-talba għandha ssir permezz tal-mezzi SIRENE.

Biex titħares il-kunfidenzjalità ta’ ċerta informazzjoni hija meħtieġa proċedura speċifika. Għalhekk, kull kuntatt bejn is-servizzi responsabbli mis-sigurtà ta’ l-Istat għandu għalhekk jinżamm separat mhux ħażin mill-kuntatt bejn l-uffiċċji SIRENE. Għaldaqstant, ir-raġunijiet għal talba għall-bandiera għandhom ikunu diskussi direttament bejn is-servizzi tas-sigurtà ta’ l-Istat u mhux ma' l-uffiċċji SIRENE.

8.   TWISSIJIET SKOND L-ARTIKOLU 100 (19)

Għandhom ikunu segwiti/kkunsidrati l-passi li ġejjin:

Kontrolli għal twissijiet multipli

L-iskambju ta' informazzjoni wara riżultat

Il-proċedura SIRPIT; issir referenza għall-Proċeduri Ġenerali 2.11

8.1.   Twissijiet dwar vetturi skond l-Artikolu 100

8.1.1.   Kontrolli għal twissijiet multipli fuq vettura

L-elementi ta’ deskrizzjoni ta’ l-identità obbligatorji għal twissijiet dwar vettura huma:

il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni/tan-numru, u/jew

in-numru tas-serje.

Iż-żewġ numri jistgħu jiddaħħlu fis-SIS.

Il-kontrolli għal twissijiet multipli jsiru billi jitqabblu n-numri. Jekk meta tiddaħħal twissija ġdida, jinstab li l-istess numru tas-serje u/jew numru tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni jeżistu diġà fis-SIS, huwa preżunt li t-twissija l-ġdida tirriżulta fi twissijiet multipli dwar l-istess vettura. Madankollu, dan il-metodu ta’ verifika huwa effettiv biss fejn l-elementi ta’ deskrizzjoni użati jkunu l-istess u għalhekk mhux dejjem ikun possibbli li jitqabblu.

L-uffiċċju SIRENE għandu jiġbed l-attenzjoni ta' l-utenti nazzjonali għall-problemi li jistgħu jinqalgħu fejn numru wieħed biss ikun tqabbel. Rispons pożittiv ma jfissirx awtomatikament li hemm hit, u rispons negattiv ma jfissirx li m’hemmx twissija dwar il-vettura.

L-elementi ta’ deskrizzjoni ta’ l-identità użati biex jiġi stabbilit jekk żewġ entrati dwar vetturi humiex identiċi jinsabu fid-dettall fl-Anness 6 ta’ dan il-manwal.

Il-proċeduri ta’ konsultazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-uffiċċji SIRENE għall-vetturi huma l-istess bħal dawk għall-persuni.

8.1.2.   Il-każ speċifiku ta' twissijiet dwar vetturi

Ġew adottati r-rakkomandazzjonijiet ġenerali :

(a)

Fis-SIS tista’ tiddaħħal biss twissija waħda għal kull Stat Membru dwar kwalunkwe vettura;

(b)

Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija dwar l-istess vettura, jekk it-twissijiet ikunu kompatibbli jew ikun possibbli li jinżammu t-tnejn.

(ċ)

Taħt l-Artikolu 99, twissijiet dwar vetturi maħruġa għal “sorveljanza diskreta” huma inkompatibbli ma' dawk għal “kontrolli speċifiċi” (il-formola E).

(d)

Twissijiet taħt l-Artikolu 99 huma inkompatibbli ma’ twissijiet taħt l-Artikolu 100.

(e)

L-uffiċċju SIRENE ta’ l-Istat Membru li joħroġ it-twissija għandu jżomm rekord ta’ kull talba biex tiddaħħal twissija ulterjuri li, wara konsultazzjoni, tkun ġiet miċħuda taħt id-dispożizzjonijiet mogħtija hawn fuq, sakemm titħassar it-twissija.

Tabella ta' twissijiet kompatibbli

Prijorità skond l-ordni ta’ importanza

Raġunijiet għall-kompatibbiltà tat-twissija

Artikolu 99

Sorveljanza diskreta

Artikolu 99

Sorveljanza diskreta

Artikolu 99

Kontrolli speċifiċi

Artikolu 99

Kontrolli speċifiċi

Artikolu 100

Artikolu 100

8.2.   Komunikazzjoni ta’ informazzjoni ulterjuri wara hit

Ġiet adottata l-proċedura segwenti:

(a)

L-uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet taħt l-Artikoli 95 sa 100, u jekk tali informazzjoni taqa' fl-ambitu ta' assistenza ġudizzjarja reċiproka, jistgħu jagħmlu dan f’isem l-awtoritajiet ġudizzjarji.

(b)

Jekk, wara li tinstab twissija, l-operat ikun jirrikjedi dan (eż. jekk jinstab reat jew jekk ikun hemm theddida għall-ordni pubbliku, jekk ikun jeħtieġ li oġġett, vettura jew individwu jkunu identifikati aħjar, eċċ.), l-informazzjoni mgħoddija biex tikkumplimenta ’l dik stipulata taħt it-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, b’mod partikolari rigward l-Artikoli 99 u 100, għandha tiġi trażmessa taħt l-Artikoli 39 u 46 ta’ l-istess Konvenzjoni. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxi skambju effiċjenti u effettiv ta’ l-informazzjoni kumplimentari taħt l-Artikoli 39 u 46.

Meta jinstab riżultat (hit) dwar twissija maħruġa dwar vettura skond l-Artikolu 100 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, l-uffiċċji SIRENE għandhom jibagħtu “Informazzjoni Oħra” kemm jista’ jkun malajr fuq formola P, b’risposta għal formola G.

(NB: Mħabba li t-talba tkun urġenti u mħabba li għalhekk ma jkunx possibbli li l-informazzjoni tinġabar kollha immedjatament, huwa maqbul li ċerti intestaturi ma jkunu obbligatorji imma fuq għażla, u li għandhom isiru sforzi biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-intestaturi ewlenin, per eż.: 041, 042, 043, 162, 164, 165, 166 u 167).

9.   STATISTIKA

Darba fis-sena l-uffiċċji SIRENE jipprovdu statistika dwar il-hits. L-istatistika tkopri t-twissijiet taħt l-artikoli u t-tipi kollha. Ir-rapport ta' statistika għandu jintbagħat b'mod elettroniku lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


(1)  Dan it-test huwa identiku għat-test li jinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/757/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 239 tat-22 ta' Settembru 2000, p. 19-62

(3)  ĠU C 340 ta’ l-10 ta’ Novembru 1997

(4)  ĠU L 239, 22/9/2000, p. 19-62.

(5)  Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, l-artikoli kollha li ssir referenza għalihom għandhom jinftehmu bħala artikoli tal-Konvenzjoni ta' l-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta’ l-ispezzjonijiet fil-fruntieri komuni (il-Konvenzjoni ta’ Schengen).

L-Artikolu 92 (4) sar effettiv skond l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/451/JHA (ĠU L 158 tal-21 ta’ Ġunju 2002, p. 26/27) u l-Artikolu 2(1)) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/JHA (ĠU L 68 tal-15 ta’ Marzu 2005, p. 44 – 48).

(6)  ĠU L 101, 11/4/2001, p. 9.

(7)  Informazzjoni wara twissija dwar is-sigurtà ta’ l-istat.

(8)  Kontroll fuq twissija doppja dwar l-istess persuna.

(9)  Kontroll fuq twissija doppja dwar l-istess vettura.

(10)  ĠU L 281 tat-23 ta’ Novembru 1995, p. 31-50.

(11)  Id-dokument SN 1503/1/00, verżjoni nru. 5.1.

(*)  Obbligatorji

(12)  l-informazzjoni trid tiddaħħal jew fl-Attribut 1 jew fl-Attribut 2.

(13)  l-informazzjoni trid tiddaħħal biss skond l-Art. 39 jew 46 (l-Attribut 2).

(14)  tista’ tiddaħħal l-għażla “mhux magħruf”.

(15)  “Persuni mfittxija għall-arrest għal għanijiet ta’ estradizzjoni”.

(16)  Persuni neqsin jew persuni li, għall-ħarsien tagħhom stess jew sabiex jiġi evitat theddid, jeħtieġu li jitpoġġew temporanjament taħt il-protezzjoni tal-pulizija.

(17)  Informazzjoni dwar xhieda, persuni mħarrka biex jidhru quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji in konnessjoni ma’ proċeduri kriminali.

(18)  Informazzjoni dwar persuni jew vetturi għall-għanijiet ta’ sorveljanza diskreta jew kontrolli speċifiċi oħrajn.

(19)  Informazzjoni dwar oġġetti mfittxija għall-għanijiet ta’ qbid jew ta’ użu bħala evidenza fi proċeduri kriminali.


ANNESS 2

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Verżjoni mibdula tal-Manwal Sirene 2003/C 38/01

Manwal Sirene Rivedut li jissostitwixxi l-verżjoni 2003/C 38/01

Id-Daħla,

Id-Daħla,

1

 

2

1

2.3 (klassifikat)

Il-kontenut ta' din it-taqsima issa huwa disponibbli bħala DOKUMENT SIS GLOBAL1 (5914/06 SIRIS 29/COMIX 113) u jiġi aġġornat u ddistribwit regolarment. Fil-Grupp ta' Ħidma SIS.

Anness 5 (klassifikat)

Il-formoli B, C, u D m'għandhomx jintużaw aktar u qegħdin jitneħħew mill-Anness 5.

3.1

3

3.1.1

3.1

3.1.2

3

3.4

3.4.1

3.4.2

3.4.3

3.4.4

3.4.5

3.1.3

2

2.1

2.1.1

3

3.2

3.2.1

3.2.2

3.2.3

3.3

3.3.1

3.3.2

3.3.3

3.1.4

2.15

2.15.1

2.15.2

2.15.4

3

3.5

3.5.1

3.5.2

3.5.3

3.5.4

5

5.2

5.2.1

5.2.2

5.2.3

7

7.4

7.4.1

7.4.2

7.4.3

7.4.4

7.5

3.1.5

2

2.2

2.2.1

2.2.2

3

3.1.6

4

4.1

4.6

4.7

3.1.7

2

2.3

3.1.8

2.

2.4

2.5

3.1.9

2

2.6

3.1.10

2

2.7

2.7.1

2.7.2

2.7.3

2.7.4

3.2

2

3.2.1

2.12

3.2.2

2.12.1

3.2.3

2.13

2.13.1

2.13.2

2.13.3

2.13.4

2.13.5

2.13.6

2.14

2.14.1

2.14.2

4

3

4.1.1

3.1

3.1.2

3.4

3.4.1

4.1.2

7

7.3

4.2

3

4.2.1

3.4

3.4.2

3.4.3

3.4.4

3.4.5

3.6

4.3

2

2.1.3

3.2

3.2.1

3.3

3.3.1

4.3.1

2

2.1.2

3

3.3.3

4.3.2

8

8.1.1

8.1.2

4.3.3

2

2.1.3

4.4

2

4.4.1

2.15

4.4.2

2.15.1

4.4.3

2.15.2

2.15.3

2.15.4

3

3.5

3.5.1

3.5.2

3.5.3

3.5.4

5

5.2

5.2.1

5.2.2

5.2.3

7

7.4

7.4.1

7.4.2

7.4.3

7.4.4

7.5

4.5

2

4.5.1

2.2.1

4.5.2

2.2.2

3

3.7

3.7.1

3.7.2

3.7.3

3.7.4

4.6

4

4.6.1

4.1

4.6.2

4.2

4.5

4.6

4.7

4.7

2

4.7.1

2.3

3.7.3

4.8

2

4.8.1

2.4

4.8.2

2.5

4.9

2

4.9.1

2.6

4.9.2

2.7

4.10

2

4.10.1

2.7

4.10.2

2.7.1

4.10.3

2.7.2

2.7.3

5

5.1

5.1.1

2

5.1.2.1

3

5.1.2.2

4

5.1.2.3

5

5.1.2.4

6

5.1.2.5

5.1.2.6

7

5.1.2.7

8

5.2

3

5.2.1

3.4.5

7

7.2

5.3

2

5.3.1

2.8

5.3.2

2.8.1

3

3.8

3.8.1

 

2.9

2.9.1

 

2.10

2.10.1

2.10.2

2.10.3

2.10.4

2.10.5

2.11

 

3.1.1

3.2.3

3.4.1

 

3.9

3.9.1

3.9.2

 

4.3

4.4

4.4.1

4.4.2

4.8

 

9

Annessi 1, 2, 3 u 4 (klassifikati)

Annessi 1, 2 u 4 (klassifikati)

id-Daħla u l-Formoli

id-Daħla u l-Formoli

A,B,C,D,E,F,G,H,I,J,K,L,MuPfl-Anness 5 u fl-Anness 6 (klassifikati)

A, B, C, D, E, F, G, H, I, J, K, L, M u P fl-Anness 5 u fl-Anness 6 (klassifikati)


Top