Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0328

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' Mejju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2006/274/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1897) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 120, 5.5.2006, pp. 25–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, pp. 670–671 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/05/2006; Impliċitament imħassar minn 32006D0346

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/328/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

670


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta' Mejju 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2006/274/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1897)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/328/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Seħħew tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/274/KE tas-6 ta' April 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/254/KE (2) ġiet adottata sabiex iżżomm u testendi l-miżuri meħuda mill-Ġermanja skond id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (3).

(3)

Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni epidemjoloġika pprovduta mill-Ġermanja, id-dewmien għar-residenza minima tal-ħnieżer fl-istabbiliment ta' l-oriġini għandu jitnaqqas minn 45 jum għal 30 jum;

(4)

Id-Deċiżjoni 2006/274/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/274/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

it-trasport ta' ħnieżer għat-trobbija u għall-produzzjoni lejn stabbiliment barra mill-Ġermanja, bil-kundizzjoni li l-vetturi użati għat-trasport tal-ħnieżer jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 6(2)(a) u li l-ħnieżer ikunu ilhom residenti hemm għal mill-inqas 30 jum, jew mit-twelid jekk għandhom età ta' inqas minn 30 jum, fi stabbiliment wieħed.

(i)

li jinsab barra ż-żoni elenkati fl-Anness I,

(ii)

li ma jkunx irċieva ħnieżer ħajjin matul iż-żmien ta' 30 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer,

(iii)

li jkun sarlu eżami kliniku skond il-Kapitolu IV(D)(2) ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE b'riżultati negattivi.”

(2)

L-Artikolu 2, paragrafu 1(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-ebda ħanżir ma jiġi ttrasportat miż-żoni elenkati fl-Anness I(B) lejn żoni oħra fil-Ġermanja, ħlief għat-trasport dirett għal:

(i)

ħnieżer għall-qatla lejn biċċerija għall-qatla immedjata, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer ikunu ġejjin minn stabbiliment wieħed;

(ii)

ħnieżer għat-trobbija u għall-produzzjoni lejn stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 30 jum, jew mit-twelid jekk ta' età inqas minn 30 jum, fi stabbiliment wieħed.

li ma jkunx irċieva ħnieżer ħajjin matul iż-żmien ta' 30 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer, kif ukoll

li jkun sarlu eżami kliniku skond il-Kapitolu IV(D)(2) ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE b'riżultati negattivi.”

(3)

L-Artikolu 2, paragrafu 2(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

lejn stabbiliment li jinsab fi ħdan iż-żoni stipulati fl-Anness I, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 30 jum, jew mit-twelid jekk ta' età inqas minn 30 jum, fi stabbiliment wieħed li:

(i)

li ma jkunx irċieva ħnieżer ħajjin matul iż-żmien ta' 30 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer,

(ii)

li jkun sarlu eżami kliniku skond il-Kapitolu IV(D)(2) ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE b'riżultati negattivi.

L-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom jirreġistraw il-movimenti msemmija hawn fuq u jinformaw minnufih lill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali bil-movimenti li seħħew minn stabbiliment li jinsab fi ħdan iż-żoni stipulati fl-Anness I (A) għal stabbiliment li jinsab fi ħdan iż-żoni stipulati fl-Anness I(B).”

(4)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer fil-Ġermanja jew li jkunu daħlu fi stabbiliment fil-Ġermanja fejn jinżammu l-ħnieżer jitnaddfu u jiġu ddiżinifettati darbtejn wara kull operazzjoni qabel ma dawn il-vetturi jkunu jistgħu jintużaw għat-trasport tal-ħnieżer barra mill-Ġermanja,”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)   ĠU L 99, 7.4.2006, p. 36. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/306/KE (ĠU L 113, 27.4.2006).

(3)   ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.


Top