Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0315

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' April 2006 dwar l-eliġibilità tan-nefqa li se jidħlu għaliha ċerti Stati Membri fl-2006 għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1704)

ĠU L 116, 29.4.2006, p. 68–71 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 662–665 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/315/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

662


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' April 2006

dwar l-eliġibilità tan-nefqa li se jidħlu għaliha ċerti Stati Membri fl-2006 għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1704)

(It-testi bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2006/315/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/439/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa li se jidħlu għaliha l-Istati Membri għall-ġbir tad-data u għall-finanzjament ta' studji u proġetti pilota għat-twettiq ta' politika komuni tas-sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/439/KE tistipola l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Komunità għan-nefqa li tkun saret fil-programmi nazzjonali tagħhom kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa biex titmexxa l-politika komuni tas-sajd (2). Taħt din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni, abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri, tiddeċiedi kull sena dwar l-eliġibilità tan-nefqa prevista ta' l-Istati Membri u dwar l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet is-sottomissjonijiet annwali tal-programmi nazzjonali mill-Belġju, minn Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Ġreċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, r-Renju Unit, is-Slovenja u Spanja li jiddeskrivu d-data li biħsiebhom jiġbru bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006 skond ir-Regolament (KE) Nru 1543/2000. Ressqu wkoll applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2000/439/KE.

(3)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1639/2001 tal-25 ta' Lulju 2001 li jistabbilixxi l-programmi Komunitarji minimi u estiżi għall-ġbir tad-data fis-settur tas-sajd u li jistipola regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2006 (3), il-Kummissjoni eżaminat il-progammi nazzjonali ta' l-Istati Membri għall-2005 u vvalutat l-eliġibilità ta' l-infiq fuq il-bażi ta' dawn il-programmi. L-ewwel pagament għandu jingħata lill-Istati Membri kkonċernati fi qbil ma' l-Artikolu 6 (1) (a) tad-Deċiżjoni 2004/439/KE fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni.

(4)

Pagament ieħor għandu jsir, fl-2007, wara t-trażmissjoni u l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni ta' rapport finanzjarju u tekniku dwar l-attività li jiddeskrivi fid-dettall sa fejn intlaħqu l-għanijiet stipolati fi żmien it-tfassil tal-programmi minimi u estiżi, fi qbil ma' l-Artikolu 6 (1)(b) tad-Deċiżjoni 2000/439/KE u l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni 1639/2001.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-ammont tan-nefqa eliġibbli għall-2005 għal kull Stat Membru u r-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tmexxija tal-politika komuni tas-sajd.

Artikolu 2

In-nefqa mġarrba għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tmexxija tal-politika komuni tas-sajd, kif stipolata fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm minimu kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.

Artikolu 3

In-nefqa mġarrba għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tmexxija tal-politika komuni tas-sajd, kif stipolata fl-Anness II, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 35 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm estiż kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.

Artikolu 4

1.   Il-Komunità għandha tħallas l-ewwel pagament ta' 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità stipolata fl-Annessi I u II.

2.   Pagament ieħor għandu jingħata fl-2007, wara l-wasla u l-approvazzjoni ta' rapport finanzjarju u tekniku kif previst fl-Artikolu 6 (1) (b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/439/KE.

Artikolu 5

1.   Ir-rata tal-kambju ta' l-euro użata biex jinħadmu l-ammonti eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni għandha tkun ir-rata fis-seħħ f'Mejju 2005.

2.   Id-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq u l-applikazzjonijiet għal ħlasijiet bil-quddiem fil-munita nazzjonali li jkunu waslu mill-Istati Membri li mhumiex qed jieħdu sehem fit-tielet fażi ta' l-għaqda monetarja u ekonomika għandhom jinqalbu f'euro bir-rata fis-seħħ tax-xahar li fih il-Kummissjoni tkun irċeviet dawk id-dikjarazzjonijiet u l-applikazzjonijiet.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 176, 15.7.2000, p. 42. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/703/KE (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 26).

(2)  ĠU L 176, 15.7.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 222, 17.8.2001, p. 53. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1581/2004 (ĠU L 289, 10.9.2004, p. 6).


ANNESS I

Programm minimu

Stat Membru

Infiq eliġibbli(€)

Kontribuzzjoni Komunitarja Massima(€)

IL-BELĠJU

1 014 257

507 129

ID-DANIMARKA

4 299 000

2 149 500

IL-ĠERMANJA

2 444 531

1 222 265

L-ESTONJA

475 988

237 994

IL-GREĊJA

1 620 845

810 423

SPANJA

6 510 667

3 255 334

FRANZA

6 613 877

3 306 939

L-IRLANDA

4 524 442

2 262 221

L-ITALJA

3 954 825

1 977 413

ĊIPRU

589 866

294 933

IL-LATVJA

317 073

158 536

IL-LITWANJA

122 691

61 346

MALTA

551 845

275 923

L-OLANDA

3 026 346

1 513 173

IL-POLONJA

571 660

285 830

IL-PORTUGALL

2 550 422

1 275 211

IS-SLOVENJA

373 060

186 530

IL-FINLANDJA

1 247 350

623 675

L-IŻVEZJA

2 709 795

1 354 898

IR-RENJU UNIT

6 222 481

3 111 241

Total

49 741 021

24 870 511


ANNESS II

Programm estiż

Stat Membru

Infiq eliġibbli(€)

Kontribuzzjoni Komunitarja Massima(€)

IL-BELĠJU

 

 

ID-DANIMARKA

 

 

IL-ĠERMANJA

544 246

190 486

L-ESTONJA

26 208

9 173

IL-GREĊJA

215 350

75 373

SPANJA

1 842 106

644 737

FRANZA

339 500

118 825

L-IRLANDA

371 426

129 999

L-ITALJA

560 554

196 194

ĊIPRU

 

 

IL-LATVJA

5 364

1 878

IL-LITWANJA

 

 

MALTA

 

 

L-OLANDA

435 762

152 517

IL-POLONJA

1 316

461

IL-PORTUGALL

443 832

155 341

IS-SLOVENJA

 

 

IL-FINLANDJA

257 434

90 102

L-IŻVEZJA

81 518

28 531

IR-RENJU UNIT

2 134 804

747 181

Total

7 259 420

2 540 798


Top