EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0285

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward ta' l-estensjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti żoni tan-North Rhine-Westfalia u r-Rhineland-Palatinate u t-terminazzjoni ta' dawn il-pjanijiet f' żoni oħrajn tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja) (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1531)

ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 603–605 (MT)
ĠU L 104, 13.4.2006, p. 51–53 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/03/2013; Imħassar b' 32013D0164

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/285/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

603


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' April 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward ta' l-estensjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti żoni tan-North Rhine-Westfalia u r-Rhineland-Palatinate u t-terminazzjoni ta' dawn il-pjanijiet f' żoni oħrajn tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja)

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1531)

(It-testi bil-Ġermaniż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

(2006/285/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 16(1) u 20(2), tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza ta' ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-istati federali tas-Sassonja ta' Isfel, ir-Rhine-Westphalia ta' Fuq, ir-Rhineland-Palatinate u s-Saarland (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta' miżuri fil-ġlieda kontra l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer infirxet fil-ħnieżer selvaġġi f'ċertu żoni tar-Rhine-Westfalia ta' Fuq. Il-Ġermanja qalet ukoll li l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-d-deni klassiku tal-ħnieżer ġew estiżi għal dawk iż-żoni u ċeru żoni ġirien tar-Rhineland Palatinate.

(3)

Il-Ġermanja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li s-sitwazzjoni tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċertu żoni tar-Rhineland-Palatinate marret għall-aħjar b'mod sinjifikanti u li l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u pjanijiet ta' vaċċinazzjoni ta' emerġenza għall-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer mhumiex iktar meħtieġa għal dawk iż-żoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/135/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma stipolati b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2003/135/KE jinbidel bl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/950/KE (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 30).


ANNESS

“ANNESS

1.   ŻONI FEJN HUMA FIS-SEĦĦ PJANIJIET TA' ERADIKAZZJONI:

A.

Fl-istat federali ta' Rhineland-Palatinate:

(a)

il-Kreise: Südliche Weinstraße, Ahrweiler u Daun;

(b)

il-Bliet ta': Landau u Pirmasens;

(ċ)

fil-Kreis Bitburg-Prüm: il-muniċipalità ta' Prüm, il-lokalitajiet ta' Burbach, Balesfeld u Neuheilenbach (fil-muniċipalità ta'Kyllburg);

(d)

fil-Kreis Cochem-Zell: il-muniċipalitajiet ta' Kaisersesch u Ulmen;

(e)

fil-Kreis Germersheim: il-muniċipalitajiet ta' Lingenfeld, Bellheim u Germersheim;

(f)

fil-Kreis Mayen-Koblenz: il-muniċipalità ta' Vordereifel, il-muniċipalità ta' Mendig fil-punent ta' l-awtostrada A 61 u l-Bundesstrasse B 262 u l-belt ta' Mayen fil-punent tal-Bundesstrasse B 262 u fit-tramuntana tal-Bundesstrasse 258;

(g)

fil-Kreis Südwestpfalz: il-muniċipalitajiet ta' Waldfischbach-Burgalben, Rodalben, Hauenstein, Dahner-Felsenland, Pirmasens-Land u Thaleischweiler-Fröschen, il-lokalitajiet Schmitshausen, Herschberg, Schauerberg, Weselberg, Obernheim-Kirchenarnbach, Hettenhausen, Saalstadt, Wallhalben u Knopp-Labach.

B.

Fl-istat federali tar-Rhine ta' Fuq-Westphalia :

(a)

il-Belt ta' Aachen: fin-nofsinhar ta' l-awtostradi A4, A544 u l-Bundesstrasse B1;

(b)

il-Belt ta' Bonn: fin-nofsinhar tal-Bundestrasse 56 u l-awtostrada A 565 (Bonn Endenich sa Bonn-Poppelsdorf) u lejn l-Lbiċ tal-Bundestrasse 9;

(ċ)

fil-Kreis Aachen: il-Bliet ta' Monschau u Stolberg, il-muniċipalitajiet ta' Simmerath u Roetgen;

(d)

fil-Kreis Düren: il-Bliet ta' Heimbach u Nideggen, il-muniċipalitajiet ta' Hürtgenwald u Langerwehe;

(e)

fil-Kreis Euskirchen: il-Bliet ta' Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden u l-lokaltajiet ta' Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen (fil-belt ta' Euskirchen), il-muniċipalitajiet ta' Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim;

(f)

fil-Kreis Rhein-Sieg: il-Bliet ta' Meckenheim u Rheinbach, il-muniċipalità ta' Wachtberg, il-lokalitajiet ta' Witterschlick, Volmershofen, Heidgen (fil-muniċipalità ta' Alfter) u l-lokalitajiet ta' Buschhoven, Morenhoven, Miel u Odendorf (fil-muniċipalità ta' Swisttal).

2.   ŻONI FEJN QED JIĠI APPLIKAT IL-VAĊĊINAZZJONI TA' EMERĠENZA:

A.

Fl-istat federali ta' Rhineland-Palatinate:

(a)

il-Kreise: Südliche Weinstraße, Ahrweiler u Daun;

(b)

il-Bliet ta': Landau u Pirmasens;

(ċ)

fil-Kreis Bitburg-Prüm: il-muniċipalità ta' Prüm, il-lokalitajiet ta' Burbach, Balesfeld u Neuheilenbach (fil-muniċipalità ta'Kyllburg);

(d)

fil-Kreis Cochem-Zell: il-muniċipalitajiet ta' Kaisersesch u Ulmen;

(e)

fil-Kreis Germersheim: il-muniċipalitajiet ta' Lingenfeld, Bellheim u Germersheim;

(f)

fil-Kreis Mayen-Koblenz: il-muniċipalità ta' Vordereifel, il-muniċipalità ta' Mendig fil-punent ta' l-awtostrada A 61 u l-Bundesstrasse B 262 u l-belt ta' Mayen fil-punent tal-Bundesstrasse B 262 u fit-tramuntana tal-Bundesstrasse 258;

(g)

fil-Kreis Südwestpfalz: il-muniċipalitajiet ta' Waldfischbach-Burgalben, Rodalben, Hauenstein, Dahner-Felsenland, Pirmasens-Land u Thaleischweiler-Fröschen, il-lokalitajiet Schmitshausen, Herschberg, Schauerberg, Weselberg, Obernheim-Kirchenarnbach, Hettenhausen, Saalstadt, Wallhalben u Knopp-Labach.

B.

Fl-istat federali tar-Rhine ta' Fuq-Westphalia :

(a)

il-Belt ta' Aachen: fin-nofsinhar ta' l-awtostradi A4, A544 u l-Bundesstrasse B1;

(b)

il-Belt ta' Bonn: fin-nofsinhar tal-Bundestrasse 56 u l-awtostrada A 565 (Bonn Endenich sa Bonn-Poppelsdorf) u lejn l-Lbiċ tal-Bundestrasse 9;

(ċ)

fil-Kreis Aachen: il-Bliet ta' Monschau u Stolberg, il-muniċipalitajiet ta' Simmerath u Roetgen;

(d)

fil-Kreis Düren: il-Bliet ta' Heimbach u Nideggen, il-muniċipaltajiet ta' Hürtgenwald u Langerwehe;

(e)

fil-Kreis Euskirchen: il-Bliet ta' Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden u l-lokalitajiet ta' Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen (fil-belt ta' Euskirchen), il-muniċipalitajiet ta' Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim;

(f)

fil-Kreis Rhein-Sieg: il-Bliet ta' Meckenheim u Rheinbach, il-muniċipalità ta' Wachtberg, il-lokalitajiet ta' Witterschlick, Volmershofen, Heidgen (fil-muniċipalità ta' Alfter) u l-lokalitajiet ta' Buschhoven, Morenhoven, Miel u Odendorf (fil-muniċipalità ta' Swisttal).”


Top