Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0085

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 10 Frar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 98/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi għall-ġbir u produzzjoni ta' embrijuni f'pajjiżi terzi (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 332) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 40, 11.2.2006, p. 24–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 145–146 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/85(1)/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

145


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-10 Frar 2006

li temenda d-Deċiżjoni 98/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi għall-ġbir u produzzjoni ta' embrijuni f'pajjiżi terzi

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 332)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2006/85/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabilixxi lista ta' gruppi approvati għall-ġbir ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni ta' bovini lejn il-Komunità (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni.

(2)

Il-Kanada, New Zealand u l-Istati Uniti ta' l-Amerika talbu l-emendar tal-listi ta' dawn il-pajjiżi fir-rigward ta' ċerti gruppi għall-ġbir u produzzjoni ta' embrijuni.

(3)

Il-Kanada, New Zealand u l-Istati Uniti ta' l-Amerika kienu pprovdew garanziji rigward il-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-gruppi kkonċernati tal-ġbir ta' l-embrijuni kienu ġew uffiċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterenarji ta' dawk il-pajjiżi.

(4)

Id-Deciżjoni 92/452/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika 14 Frar 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/8/KE (ĠU L 6, 11.1.2006, p. 32).


ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat kif ġej:

a)

ir-ringiela għall-grupp għall-ġbir u produzzjoni ta' embrijuni għall-Kanada Nru E593 huma sostitwit b'dan li ġej:

“CA

 

E593

 

Davis-Rairdan Embryo Transplant Ltd

PO Box 590, Crossfield

Alberta TOM 0S0

Dr Roger Davis

Dr Andres Arteaga”

b)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja għal New Zealand:

“NZ

 

NZEB11

 

ArTech

PO Box 23026

Hamilton

Dr Rob Courtney

Dr William Hancock”

ċ)

jitħassru r-ringieli li ġejjin għall-gruppi għall-ġbir ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika:

“US

 

91WA048

E11

 

Carnation Research

28901 NE Carnation F

Carnation, WA

Eric Studer

US

 

91WA020

E572

 

North West Veterinary Clinic

8500 Cedarhome Drive

Stanwood, WA

E.E. Elefson

US

 

91NC054

E705

 

Apex Veterinary Hospital

1600 E. Williams St.

Apex, NC

Samuel P. Galphin”

d)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Istati Uniti ta' l-Amerika:

“US

 

05NC117

E705

 

S.Galphin Services

6509 Saddle Path Circle

Raleigh, NC 27606

Dr Samuel P. Galphin

US

 

05IA118

E1477

 

Donald Yanda

147 Jacobsen Drive

Maquoketa, IA 52060

Dr Donald Yanda

US

 

05WI116

E1554

 

Reprovider, LLC

2007 Excalibur Drive

Janesville, WI 53546

Dr Rick Faber

US

 

05IA119

E1685

 

Westwood Embryo Services Inc

1760 Dakota Ave.

Waverly, IA 50677

Dr Justin Helgerson”


Top