This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0558
Commission Regulation (EC) No 558/2005 of 12 April 2005 amending Regulations (EEC) No 3846/87 establishing an agricultural product nomenclature for export refunds and (EC) No 174/1999 laying down special detailed rules for the application of Council Regulation (EEC) No 804/68 as regards export licences and export refunds in the case of milk and milk products
558/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 558/2005 tat- 12 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni u r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib
558/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 558/2005 tat- 12 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni u r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib
ĠU L 94, 13.4.2005, p. 22–25
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 214–217
(MT)
No longer in force
15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
214 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 558/2005
tat-12 ta' April 2005
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni u r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), partikolarment l-Artikolu 31(14) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (2), fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda, jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni. |
(2) |
In-nomenklatura tar-rifużjonijiet tistipula l-ġobnijiet li huma eliġibbli għar-rifużjoni tal-esportazzjoni jekk ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi f’dak li jirrigwarda l-materjal xott tal-ħalib u x-xaħam tal-ħalib. Tip ta’ ġobon prodott f’ċerti Stati Membri ġodda jista’ jissodisfa dawk ir-rekwiżiti neċessarji, iżda jista’ ma jibbenefikax minn rifużjoni peress li ma jkunx kopert mis-sistema ta’ klassifikazzjoni preżenti tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni. Minħabba l-importanza ta’ dak il-ġobon għall-industrija tal-ħalib, għall-kummerċ u għall-produtturi tal-ħalib involuti, jixraq li jiżdied kodiċi ta’ prodott taħt “ġobnijiet oħra” sabiex dak il-ġobon jiġi kklassifikat taħt in-nomenklatura tar-rifużjoni għall-esportazzjoni. |
(3) |
Il-kwantitajiet li għalihom huma meħtieġa liċenzji tal-esportazzjoni taħt il-kategorija ta’ prodotti “ġobnijiet” qed jaqbżu kontinwament il-profil tal-limiti tal-esportazzjoni imposti fuq il-Komunità fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Biedja wara n-Negozjati Kummerċjali Multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj. Il-liċenzji tal-esportazzjoni żejda li għandhom jiġu applikati għal din il-pożizzjoni ġdida se jżidu iżjed il-pressjoni fuq din il-kategorija. |
(4) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 (3) jistipula li ma għandha tingħata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjonijiet ta’ ġobon meta l-prezz ħieles fil-fruntiera, qabel l-applikazzjoni tar-rifużjoni fl-Istat Membru tal-esportazzjoni, ikun inqas minn 230 € għal kull 100 kilogramma. Il-ġobon li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi 0406 90 33 9919 tan-nomenklatura għar-rifużjonijiet huwa eżentat minn din id-dispożizzjoni. Minħabba l-livell għoli fid-domanda għal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobnijiet, f’dawn iċ-ċirkustanzi jixraq li tiġi applikata din id-dispożizzjoni għall-ġobnijiet kollha mingħajr l-ebda eċċezzjoni. |
(5) |
In-nota (10) f’qiegħ il-paġna tas-Settur 9 tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87, li tapplika għall-ġobnijiet maħkuka, fi trab jew ipproċessati, tgħid li dak il-materjal mhux lattiku miżjud mhux se jiġi kkunsidrat għall-finijiet tal-kalkolu tar-rifużjoni. Jixraq li din id-dispożizzjoni tiġi estiża għall-ġobnijiet kollha u li jiġi deskritt aħjar il-materjal mhux lattiku kkonċernat. Jista’ ma jkunx possibbli għall-esportatur, u ferm aktar diffiċli għall-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiddeterminaw il-piż ta’ dawn il-materjali. Għalhekk, jixraq li r-rifużjoni titnaqqas b’ammont standard. |
(6) |
Ir-rifużjoni tingħata fuq il-piż nett tal-ġobnijiet. Jista’ jkun hemm ċerta konfużjoni f’każijiet meta l-ġobnijiet jitpoġġew f’ippakkjar tal-parafina, tal-irmied jew tax-xemgħa jew inkella jkunu mgeżwra f’film tal-plastik. Jixraq li jkun hemm dispożizzjoni li dan l-ippakkjar ma jkunx jifforma parti mill-piż nett tal-prodott għall-finijiet tal-kalkolu tar-rifużjoni. Jista’ ma jkunx possibbli għall-esportatur u għall-awtoritajiet kompetenti, rigward il-film tal-plastik, il-paraffin u l-irmied, sabiex jiġi determinat il-piż ta’ dawn il-materjali. Għalhekk, jixraq li r-rifużjoni titnaqqas b’ammont standard. |
(7) |
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3846/87 u (KE) Nru 174/1999 għandhom, għalhekk, jiġu emendati kif jixraq. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 qed ikun emendat b’mod konformi mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 ir-raba’ paragrafu qed jiġi mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika għal applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni wara s-27 ta’ Mejju 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta' April 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).
(2) ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2180/2003 (ĠU L 335, 22.12.2003, p. 1).
(3) ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1846/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 16).
ANNESS
Is-Settur 9 tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Id-deskrizzjoni tal-kodiċi NM “ex 0406” qed jinbidel b’dan li ġej: “Ġobon u baqta (7) (10):” |
(2) |
Id-deskrizzjoni tal-kodiċi NM “ex 0406 20” qed jinbidel b’din li ġej: “— Ġobon maħkuk jew fi trab, tat-tipi kollha:” |
(3) |
Id-deskrizzjoni tal-kodiċi NM “ex 0406 30” qed jinbidel b’dan li ġej: “— Ġobon ipproċessat, mhux maħkuk jew fi trab:” |
(4) |
L-informazzjoni rigward il-kodiċi NM “ex 0406 90 88” qed tinbidel b’dan li ġej:
|
(5) |
In-nota (7) f’qiegħ il-paġna qed tinbidel bit-test li ġej:
|
(6) |
In-nota (10) f’qiegħ il-paġna qed tinbidel b’dan li ġej:
|