This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0503
Commission Regulation (EC) No 503/2005 of 31 March 2005 amending Council Regulation (EC) No 747/2001 as regards Community tariff quotas and a reference quantity for certain products originating in Morocco
503/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2005 tal- 31 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità u kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Marokk
503/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2005 tal- 31 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità u kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Marokk
ĠU L 83, 1.4.2005, p. 13–16
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 176–179
(MT)
In force
15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
176 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 503/2005
tal-31 ta' Marzu 2005
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità u kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Marokk
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma’ ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/04 u (KE) Nru 934/95 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2005 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u pprovda għall-applikazzjoni provviżorja mill-1 ta’ Mejju 2004 ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Dan il-Protokoll jipprovdi għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Marokk, għal kwoti tat-tariffi ġodda u għal kwantità ta’ referenza ġdida, kif ukoll għall-bidliet fil-kwoti tat-tariffi eżistenti stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 747/2001. |
(3) |
Sabiex jiġu implimentati l-kwoti tat-tariffi l-ġodda u l-kwantità ta’ referenza l-ġdida kif ukoll il-bidliet fil-kwoti tat-tariffi eżistenti, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001. |
(4) |
Għas-sena 2004 il-volumi tal-kwoti tat-tariffi l-ġodda u l-kwantità ta’ referenza l-ġdida kif ukoll iż-żjidiet fil-volumi tal-kwoti tat-tariffi eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala porzjon tal-volumi bażiċi speċifikati fil-Protokoll, fi proporzjon għall-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta’ Mejju 2004. |
(5) |
Sabiex tkun faċilitata l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffi eżistenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, li l-perjodu tal-kwota tiegħu jkun għadu miftuħ fid-data tal-applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid, il-kwantitajiet impurtati fi ħdan il-qafas ta’ dawk il-kwoti qabel dik id-data għandhom jiġu applikati kontra l-kwoti tat-tariffi miftuħa b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament. |
(6) |
Peress li l-Protokoll japplika mill-1 ta’ Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-kwantitajiet li, skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 747/2001, tpoġġew f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità minn mindu bdew il-perjodi tal-kwota u li fl-1 ta’ Mejju 2004 ikunu għadhom miftuħa fi ħdan il-kwoti tat-tariffi bl-ordnijiet numri 09.1104, 09.1112, 09.1122 u 09.1137, għandhom, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, jiġu applikati kontra l-kwoti tat-tariffi rispettivi stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta' Marzu 2005.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2005 (ĠU L 42, 12.2.2005, p. 11).
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 qed jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-titolu tat-tabella jinbidel għal “PARTI A: Kwoti tat-tariffi”. |
2. |
It-tabella stabbilita fil-Parti A hija emendata kif ġej:
|
3. |
Il-PARTI B li ġejja tiġi miżjuda: “PARTI B: Il-kwantità ta’ referenza
|
(3) Dan il-volum tal-kwota għandu jitnaqqas għal 8 000 tunnellata piż nett jekk il-volum totali ta’ tadam li joriġina mill-Marokk u li jitpoġġa f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2003 sal-31 ta’ Mejju 2004 ikun iżjed mill-volum ta’ 191 900 tunnellata piż nett.
(4) Dan il-volum tal-kwota għandu jitnaqqas għal 18 000 tunnellata piż nett jekk il-volum totali ta’ tadam li joriġina mill-Marokk u li jitpoġġa f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2004 sal-31 ta’ Mejju 2005 ikun iżjed mis-somma tal-volumi tat-tariffa ta’ kull xahar, bl-ordni numru 09.1104 tkun applikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2004 sal-31 ta’ Mejju 2005, u mill-volum tal-kwota tat-tariffa addizzjonali, bl-ordni numru 09.1112 tkun applikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2004 sal-31 ta’ Mejju 2005. Sabiex jiġi determinat il-volum totali impurtat, għandha titħalla tolleranza massima ta’ 1 %.
(5) Dan il-volum tal-kwota għandu jitnaqqas għal 28 000 tunnellata piż nett jekk il-volum totali ta’ tadam li joriġina mill-Marokk u li jitpoġġa f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006 ikun iżjed mis-somma tal-volumi tat-tariffa ta’ kull xahar, bl-ordni numru 09.1104 tkun applikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006, u mill-volum tal-kwota tat-tariffa addizzjonali, bl-ordni numru 09.1112 tkun applikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006. Sabiex jiġi ddeterminat il-volum totali impurtat, għandha titħalla tolleranza massima ta’ 1 %. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-volum ta’ kull waħda minn hemm ’il quddiem, sakemm il-kwota tat-tariffa addizzjonali tkun tapplika mill-1.11 sal-31.5.
(1) Mill-1 ta’ Jannar 2005 il-kodiċi NM 0805 10 10, 0805 10 30 u 0805 10 50 se jinbidlu b’0805 10 20.”