EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0172

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2005 tat- 18 ta' Jannar 2005 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu mit- 28 ta’ Frar 2004 sal- 31 ta’ Diċembru 2004

ĠU L 29, 2.2.2005, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 77–78 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/172/oj

13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

77


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 172/2005

tat-18 ta' Jannar 2005

dwar il-konklużjoni ta’ ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu mit-28 ta’ Frar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artiklu 37 flimkien ma’ l-Artiklu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artiklu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-parir tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros (2), il-Partijiet Kontraenti għandhom jidħlu f'negozjati bejniethom, qabel jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-Protokoll għall-Ftehim, sabiex jiddeterminaw bi qbil bejniethom il-kontenut tal-Protokoll għall-perjodu li jmiss u, fejn ikun applikabbli, l-emendi jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-Anness miegħu.

(2)

Sakemm isiru n-negozjati dwar l-emendi lill-Protokoll, iż-żewġ Partijiet Kontraenti iddeċidew li jestendu l-perjodu ta' validità tal-Protokoll attwali approvat permezz tar-Regolament (KE) Nru. 1439/2001 (3) mit-28 ta’ Frar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004 permezz ta’ ftehim taħt forma ta' Skambju ta’ Ittri.

(3)

Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova din l-estensjoni.

(4)

L-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri skond il-Protokoll estiż għandha tiġi kkonfermata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu mit-28 ta’ Frar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004 huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament (*).

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta' sajd iffissati fil-Protokoll għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

vapuri tat-tonn bit-tartarun::

Spanja

:

18-il vapur

Franza

:

21 vapur

Italja

:

1 vapur

(b)

vapuri bil-konz tal-wiċċ:

Spanja

:

20 vapur

Portugall

:

5 vapuri

Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta' sajd kollha ffissati fil-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkonsidra applikazzjonijiet għal-liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

L-Istati Membri li l-vapuri tagħhom jistadu taħt dan il-Protokoll għandhom ikunu meħtieġa li jinfurmaw il-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ kull stokk ta’ ħut maqbud fiż-żona tas-sajd tal-Komoros skond ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru. 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2847/93 dwar il-monitoraġġ tal-qabdiet li jsiru minn vapuri tas-sajd Komunitarji f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi u f'ibħra internazzjonali (4).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-18 ta' Jannar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. JUNCKER


(1)  Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Diċembru 2004 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  GU L 137 tat- 2.6.1988, p. 19.

(3)  ĠU L 193 tas- 17.7.2001, p. 1.

(*)  Għat-test tal-Ftehim, ara 13981/04.

(4)  ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.


Top