This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0083
Commission Directive 2005/83/EC of 23 November 2005 amending, for the purposes of their adaptation to technical progress, Annexes I, VI, VII, VIII, IX and X to Council Directive 72/245/EEC relating to the radio interference (electromagnetic compatibility) of vehicles (Text with EEA relevance)
2005/83/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/83/KE tat- 23 ta’ Novembru 2005 li temenda, għar-raġunijiet ta' l-addattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I, VI, VII, VIII, IX u X tad-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE dwar l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
2005/83/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/83/KE tat- 23 ta’ Novembru 2005 li temenda, għar-raġunijiet ta' l-addattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I, VI, VII, VIII, IX u X tad-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE dwar l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 305, 24.11.2005, pp. 32–35
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 321M, 21.11.2006, pp. 183–186
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661
|
21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
183 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/83/KE
tat-23 ta’ Novembru 2005
li temenda, għar-raġunijiet ta' l-addattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I, VI, VII, VIII, IX u X tad-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE dwar l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u bil-karrijiet tagħhom (1), u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE dwar ma' l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi (2), u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 72/245/KEE hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE. |
|
(2) |
Ir-rekwiżiti tal-Kompatibilità Elettromanjetika u d-dispożizzjonijiet għat-testijiet għat-tagħmir elettriku u elettroniku ġew aġġornati b’mod kostanti bis-saħħa tal-ħidma ta’ standradizzazzjoni tal-Kumitat Speċjali dwar l-Interferenza Radju (CISPR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/104/KE (3), li emendat id-Direttiva 72/245/KEE, introduċiet referenzi għall-proċeduri ta’ l-ittestjar deskritti fl-edizzjonijier riċenti ta’ l-istandards relevanti. |
|
(3) |
Minn mindu daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2004/104/KE, bosta standards ġew sostitwiti b’verżjonijiet aktar reċenti li addattawhom għall-progress tekniku. Jeħtieġ għalhekk li jiġu aġġornati r-referenzi għal dawk l-istandards fid-Direttiva 72/245/KEE. |
|
(4) |
Barra minn hekk, għandhom jiddaħħlu wkoll xi tiswijiet editorjali. |
|
(5) |
Id-Direttiva Nru 72/245/KEE għandha għalhekk tiġi emendata. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, VI, VII, VIII, IX u X għad-Direttiva 72/245/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2006.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu mehmuża ma' din ir-referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Novembru 2005.
Ghall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/49/KE (ĠU L 194, tas-26.7.2005, p. 12).
(2) ĠU L 152, tas-6.7.1995, p. 15. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2005/49/KE.
ANNESS
Id-Direttiva 72/245/KEE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VI jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Il-Punt 3.1 ta’ l-Anness VII jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Il-Punt 3.1 ta’ l-Anness VIII jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
L-Anness IX jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Fil-punti 2 u 3 ta’ l-Anness X, “ISO 7637-2: 2002” sostitwita minn “ISO 7637-2: 2004” |