Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0080

2005/80/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/80/KE tal- 21 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għar-raġunijiet ta’ adattament ta’ l-Annessi II u III tagħha għall-progress tekniku Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 303, 22.11.2005, pp. 32–37 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 321M, 21.11.2006, pp. 174–179 (MT)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/80/oj

21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

174


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/80/KE

tal-21 ta’ Novembru 2005

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għar-raġunijiet ta’ adattament ta’ l-Annessi II u III tagħha għall-progress tekniku

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-prodotti kosmetiċi (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 4b u l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Intenzjonati għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 76/768/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2003/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tipprojbixxi l-użu fil-prodotti kosmetiċi ta’ sustanzi li huma kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategorija 1, 2 u 3, skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (3), iżda tippermetti l-użu ta’ sustanzi li huma kklassifikati ta’ kategorija 3 skond id-Direttiva 67/548/KEE li huma soġġetti għall-evalwazzjoni u approvazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodtti Kożmetiċi u l-Prodtti li mhumiex ta’ l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi SCCNFP, sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur (SCCP) mid-Direttiva 2004/210 (4)

(2)

Id-Direttiva 67/548/KEE ġiet emendata mid-Direttiva 2004/73/KE, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri sabiex id-Direttiva 76/768/KEE tinġieb f’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE.

(3)

Sakemm xi sustanzi li huma kklassifikati bħala CMR tal-kategorija 1 u 2 skond l-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE għadhom mhux elenkati fl-Anness II mad-Direttiva 76/768/KEE, huwa meħtieġ li jiġu inklużi f’ dak l-Anness. Sustanzi li huma kklassifikati bħala CMR ta’ kategorija 3 skond l-Anness I tad-Direttiva 67/548KEE għandhom ukoll jiġu inklużi fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE, ħlief jekk ġewx evalwati mill-SCCP u nstabu li huma aċċettabbli għall-użu fil-prodotti kosmetiċi.

(4)

Sustanzi li huma kklassifikati bħala CMR tal-kategorija 1 u 2 li huma elenkati fl-Anness III, l-ewwel parti tad-Direttiva 76/768/KEE għandhom jiġu mħassra, minħabba li tali sustanzi huma issa elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE u għalhekk ma jistgħux jagħmlu parti mill-prodotti kosmetiċi.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/93/KE (5) pprovdiet għall-inklużjoni fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE ta’ ċerti sustanzi li huma diġà elenkati hemm. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat f’ ġieħ iċ-ċarezza.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata b’ mod xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar lil-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond it-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jaċċertaw li mit-22 ta’ Awissu 2006 il-prodotti kosmetiċi li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva ma jitqiegħedux fis-suq mill-produtturi tal-Komunità jew minn importaturi li huma stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jaċċertaw li dawk il-prodotti ma jinbigħux jew ma jingħatawx lill-konsumatur aħħari wara it-22 ta’ Novembru 2006.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jiġu f’ konformità ma’ din id-Direttiva sat-22 ta’ Mejju 2006 l-iktar tard. Għandhom mingħajr dewmien jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’ referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)   ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/52/KE (ĠU L 234, 10.9.2005, p. 9).

(2)   ĠU L 66, tal-11.3.2003, p. 26.

(3)   ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1).

(4)   ĠU L 66, ta’ l-4.3.2004, p. 45.

(5)   ĠU L 300, tal-25.9.2004, p. 13.


ANNESS

L-Annessi II u III tad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif se jingħad:

(a)

jitħassar dak li kien jidher taħt in-numri ta' referenza 615 u 616;

(b)

dak li kien jidher taħt in-numru ta' referenza 687 jinbidel b'li ġej

“687.

dinitrotoluene, grad tekniku (Nru Cas 121-14-2)”;

(c)

in-numri ta’ referenza 1137 u 1211 għandhom jiżdiedu:

Nru. Ref

Isem kimiku

CAS Nru

KE Nru

“1137

isobutyl nitrite

542-56-3

1138

isoprene (stabbilizzat)

(2-methyl-1,3-butadiene)

78-79-5

1139

1-bromopropane

n-propyl bromide

106-94-5

1140

isoprene (stabbilizzat)

(2-chlorobuta-1,3-diene)

126-99-8

1141

1,2,3-trichloropropane

96-18-4

1142

ethylene glycol dimethyl ether

(EGDME)

110-71-4

1143

dinocap (ISO)

39300-45-3

1144

diaminotoluene, prodott tekniku - taħlita ta’ [4-methyl-m-phenylene diamine] (1) u [2-methyl-m-phenylene diamine] (2)

methyl-phenylenediamine

25376-45-8

1145

p-chlorobenzotrichloride

5216-25-1

1146

diphenylether; derivat ta’ l-octabromo

32536-52-0

1147

1,2-bis(2-methoxyethoxy)ethane

triethylene glycol dimethyl ether (TEGDME)

112-49-2

1148

tetrahydrothiopyran-3-carboxaldehyde

61571-06-0

1149

4,4′-bis(dimethylamino)benzophenone

(il-ketone ta’ Michler)

90-94-8

1150

oxiranemethanol, 4-methylbenzene-sulfonate, (S)-

70987-78-9

1151

1,2-aċidu ta’ benzenedicarboxylic, dipentylester, mifruq u lineari [1]

84777-06-0 [1]

n-pentyl-isopentylphthalate [2]

- [2]

di-n-pentyl phthalate [3]

131-18-0 [3]

diisopentylphthalate [4]

605-50-5 [4]

1152

benzyl butyl phthalate

(BBP)

85-68-7

1153

1,2-aċidu ta’ benzenedicarboxylic, di-C 7-11, mifruq u lineari alkylesters

68515-42-4

1154

Taħlita ta’: disodium 4-(3-ethoxycarbonyl-4-(5-(3-ethoxycarbonyl-5-hydroxy-1-(4-sulfonatophenyl) pyrazol-4-yl)penta-2,4-dienylidene)-4,5-dihydro-5-oxopyrazol-1-yl)benzenesulfonate u trisodium 4-(3-ethoxycarbonyl-4-(5-(3-ethoxycarbonyl-5-oxido-1-(4-sulfonatophenyl)pyrazol-4-yl)penta-2,4-dienylidene)-4,5-dihydro-5-oxopyrazol-1-yl)benzenesulfonate

KE Nru 402-660-9

1155

(methylenebis(4,1-phenylenazo(1-(3-(dimethylamino)propyl)-1,2-dihydro-6-hydroxy-4-methyl-2-oxopyridine-5,3-diyl)))-1,1′-dipyridinium dichloride dihydrochloride

KE Nru 401-500-5

1156

2-[2-hydroxy-3-(2-chlorophenyl) carbamoyl-1-naphthylazo]-7-[2-hydroxy-3-(3-methylphenyl)-carbamoyl-1-naphthylazo]fluoren-9-one

KE Nru 420-580-2

1157

Azafenidin

68049-83-2

1158

2,4,5-trimethylaniline [1]

137-17-7 [1]

2,4,5-trimethylaniline hydrochloride [2]

21436-97-5 [2]

1159

4,4′-thiodianiline u l-imluħa tiegħu

139-65-1

1160

4,4′-oxydianiline (p-aminophenyl ether) u l-imluħa tiegħu

101-80-4

1161

N,N,N′,N′-tetramethyl-4,4′-methylendianiline

101-61-1

1162

6-methoxy-m-toluidine

(p-cresidine)

120-71-8

1163

3-ethyl-2-methyl-2-(3-methylbutyl)-1,3-oxazolidine

143860-04-2

1164

Taħlita ta’: 1,3,5-tris(3-aminomethylphenyl)-1,3,5-(1H,3H,5H)-triazine-2,4,6-trione utaħlita ta’ oligomeri ta’ 3,5-bis(3-aminomethylphenyl)-1-poly[3,5-bis(3-aminomethylphenyl)-2,4,6-trioxo-1,3,5-(1H,3H,5H)-triazin-1-yl]-1,3,5-(1H,3H,5H)-triazine-2,4,6-trione

KE Nru 421-550-1

1165

2-nitrotoluene

88-72-2

1166

tributyl phosphate

126-73-8

1167

Naphthalene

91-20-3

1168

nonylphenol [1]

25154-52-3 [1]

4-nonylphenol, mifruq [2]

84852-15-3 [2]

1169

1,1,2-trichloroethane

79-00-5

1170

Pentachloroethane

76-01-7

1171

vinylidene chloride

(1,1-dichloroethylene)

75-35-4

1172

allyl chloride

(3-chloropropene)

107-05-1

1173

1,4-dichlorobenzene

(p-dichlorobenzene)

106-46-7

1174

bis(2-chloroethyl) ether

111-44-4

1175

Phenol

108-95-2

1176

bisphenol A

(4,4′-isopropylidenediphenol)

80-05-7

1177

trioxymethylene

(1,3,5-trioxan)

110-88-3

1178

propargite (ISO)

2312-35-8

1179

1-chloro-4-nitrobenzene

100-00-5

1180

molinate (ISO)

2212-67-1

1181

Fenpropimorph

67564-91-4

1182

Epoxiconazole

133855-98-8

1183

methyl isocyanate

624-83-9

1184

N,N-dimethylanilinium tetrakis(pentafluorophenyl)borate

118612-00-3

1185

O,O′-(ethenylmethylsilylene)di[(4-methylpentan-2-one) oxime]

KE Nru 421-870-1

1186

Taħlita ta’: 4-(7-hydroxy-2,4,4-trimethyl-2-chromanyl)resorcinol-4-yl-tris(6-diazo-5,6-dihydro-5-oxonaphthalen-1-sulfonate) u 4-(7-hydroxy-2,4,4-trimethyl-2-chromanyl)resorcinolbis(6-diazo-5,6-dihydro-5-oxonaphthalen-1-sulfonate)

140698-96-0

1187

Taħlita ta’: prodott tar-reazzjoni ta’ 4,4′-methylenebis[2-(4-hydroxybenzyl)-3,6-dimethylphenol] u 6-diazo-5,6-dihydro-5-oxo-naphthalenesulfonate (1:2) u l-prodott tar-reazzjoni ta’ 4,4′-methylenebis[2-(4-hydroxybenzyl)-3,6-dimethylphenol] u 6-diazo-5,6-dihydro-5-oxonaphthalenesulfonate (1:3)

KE Nru 417-980-4

1188

malachite green hydrochloride [1]

569-64-2 [1]

malachite green oxalate [2]

18015-76-4 [2]

1189

1-(4-chlorophenyl)-4,4-dimethyl-3-(1,2,4-triazol-1-ylmethyl)pentan-3-ol

107534-96-3

1190

5-(3-butyryl-2,4,6-trimethylphenyl)-2-[1-(ethoxyimino)propyl]-3-hydroxycyclohex-2-en-1-one

138164-12-2

1191

trans-4-phenyl-L-proline

96314-26-0

1192

bromoxynil heptanoate (ISO)

56634-95-8

1193

Taħlita ta’: 5-[(4-[(7-amino-1-hydroxy-3-sulfo-2-naphthyl) azo]-2,5-diethoxyphenyl)azo]-2-[(3-phosphonophenyl)azo]benzoic acid u 5-[(4-[(7-amino-1-hydroxy-3-sulfo-2-naphthyl)azo]-2,5-diethoxyphenyl)azo]-3-[(3-phosphonophenyl) azo]benzoic u

163879-69-4

1194

2-{4-(2-ammoniopropylamino)-6-[4-hydroxy-3-(5-methyl-2-methoxy-4-sulfamoylphenylazo)-2-sulfonatonaphth-7-ylamino]-1,3,5-triazin-2-ylamino}-2-aminopropyl formate

KE Nru 424-260-3

1195

5-nitro-o-toluidine [1]

99-55-8 [1]

5-nitro-o-toluidine hydrochloride [2]

51085-52-0 [2]

1196

1-(1-naphthylmethyl)quinolinium chloride

65322-65-8

1197

(R)-5-bromo-3-(1-methyl-2-pyrrolidinyl

methyl)-1H-indole

143322-57-0

1198

pymetrozine (ISO)

123312-89-0

1199

oxadiargyl (ISO)

39807-15-3

1200

chlorotoluron

(3-(3-chloro-p-tolyl)-1,1-dimethylurea)

15545-48-9

1201

N-[2-(3-acetyl-5-nitrothiophen-2-ylazo)-5-diethylaminophenyl] acetamide

KE Nru 416-860-9

1202

1,3-bis(vinylsulfonylacetamido)-propane

93629-90-4

1203

p-phenetidine (4-ethoxyaniline)

156-43-4

1204

m-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu

108-45-2

1205

Residwi (qatran tal-faħam), creosote oil distn., jekk ikun fih > 0,005 % w/w benzo[a]pyrene

92061-93-3

1206

Creosote oil, frazzjoni ta’ acenaphthene, wash oil, jekk ikun fih > 0,005 % w/w benzo[a]pyrene

90640-84-9

1207

Creosote oil, jekk ikun fih > 0,005 % w/w benzo[a]pyrene

61789-28-4

1208

Creosote, jekk ikun fih > 0,005 % w/w benzo[a]pyrene

8001-58-9

1209

Creosote oil, high-boiling distillate, wash oil, jekk ikun fih > 0,005 % w/w benzo[a]pyrene

70321-79-8

1210

Estratti mir-residwi (faħam), creosote oil acid, wash oil extract residue, jekk ikun fih > 0,005 % w/w benzo[a]pyrene

122384-77-4

1211

Creosote oil, low-boiling distillate, wash oil, jekk ikun fih > 0,005 % w/w benzo[a]pyrene

70321-80-1

(2)

L-Anness III, l-ewwel parti, huwa emendat kif se jingħad:

(a)

jitħassar dak li kien jidher taħt in-numru ta' referenza 19;

(b)

taħt in-numru ta’ referenza 1a, il-kolonna b, id-diċitura “Boric acid, borates u tetraborates” tinbidel għal “Boric acid, borates u tetraborates ħlief għas-sustanza Nru X (1) fl-Anness II”

(c)

taħt in-numru ta’ referenza 8, il-kolonna b, id-diċitura “m- u p-Phenylenediamine, id-derivattivi sostitwiti bl-N- tagħhom u l-imluħa tagħhom; id-derivattivi sostitwiti bl-N- ta’ l-o-Phenylenediamine (5), ħlief id-derivattivi elenkati xi mkien ieħor f’dan l-Anness” tinbidel għal “p-Phenylenediamine, id-derivattivi sostitwiti bl-N- tagħhom u l-imluħa tagħhom; id-derivattivi sostitwiti bl-N- ta’ l-o-Phenylenediamine (5), ħlief id-derivattivi elenkati xi mkien ieħor f’dan l-Anness”.


(1)  għall-ingredjent individwali ara n-numru ta’ referenza 364 fl-Anness II.

(2)  għall-ingredjent individwali ara n-numru ta’ referenza 413 fl-Anness II.”

(1)  Jinkludi n-numru ta’ referenza tan-N,N-dimethylanilinium tetrakis(pentaflluorophenyl)borate meta jiddaħħal fl-Anness II ma’ din id-Direttiva.


Top