This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0617
2005/617/EC: Commission Decision of 17 August 2005 temporarily recognising the systems for identification and registration of ovine and caprine animals in Great Britain and Northern Ireland, the United Kingdom, according to Article 4(2)(d) of Council Regulation (EC) No 21/2004 (notified under document number C(2005) 3122)
2005/617/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Awwissu 2005 li tirrikonoxxi temporanjament is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini fil-Gran Brittanja u fl-Irlanda ta’ Fuq, ir-Renju Unit, skond l-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3122)
2005/617/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Awwissu 2005 li tirrikonoxxi temporanjament is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini fil-Gran Brittanja u fl-Irlanda ta’ Fuq, ir-Renju Unit, skond l-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3122)
ĠU L 214, 19.8.2005, p. 63–64
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 277–278
(MT)
In force
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
277 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Awwissu 2005
li tirrikonoxxi temporanjament is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini fil-Gran Brittanja u fl-Irlanda ta’ Fuq, ir-Renju Unit, skond l-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3122)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(2005/617/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ressqet żewġ talbiet, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa, għar-rikonoxximent tas-sistema ta' identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini implimentata fil-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rispettivament. |
(2) |
Wara missjoni veterinarja ta' spezzjoni tal-Kummissjoni fir-Renju Unit, l-esperti tal-Kummissjoni sabu li fil-Gran Brittanja is-sistemi ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini eżistenti u proposti b’mod ġenerali huma kapaċi li jiżguraw konformità ma’ ħafna mill-għanijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, iżda għandhom jiġu indirizzati numru ta' nuqqasijiet. Fl-Irlanda ta’ Fuq is-sistema proposta ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali ovini tista’ tilħaq konformità ma’ ħafna mill-għanijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, iżda l-implimentazzjoni tagħha titlob livell għoli ta’ għarfien u impenn mill-partijiet kollha involuti. |
(3) |
L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit impenjat ruħha li tindirizza il-kwistjonijiet imqajma, u b'mod partikolari li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fi żmien 10 ġimgħat minn meta tingħata l-approvazzjoni mitluba. |
(4) |
Is-sistemi ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali ovini u kaprini fil-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom għalhekk jingħataw approvazzjoni proviżorja għall-perjodu interim li tippermetti is-sostituzzjoni tat-tieni mezz ta' identifikazzjoni għall-annimali ovini permezz ta' dik is-sistema, minbarra fil-każ ta’ annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju. |
(5) |
L-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli xierqa sabiex tivverifika l-implimentazzjoni tajba tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sistemi għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini previsti taħt l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 implimentati mir-Renju Unit fil-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huma hawnhekk rikonoxxuti bħala operattivi proviżjorjament mid-9 ta' Lulju 2005 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2006.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni flimkien ma' l-awtoritajiet tar-Renju Unit se tagħmel spezzjonijiet fil-post biex tivverifika l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni proposta mir-Renju Unit.
L-approvazzjoni proviżorja tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini mogħtija fl-Artikolu 1 se jiġu reveduti fid-dawl tar-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet sal-31 ta’ Jannar 2006.
Artikolu 3
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 l-awtorità kompetenti se twettaq il-kontrolli xierqa fil-post kull sena biex tivverifika l-konformità ta' dawk li jżommu l-annimali mar-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit.
Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta’ Awwissu 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni