Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0066

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Jannar 2005 li tirrevoka id-Deċiżjoni 2003/363/KE li tapprova l-pjan biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer ferali f'ċertu żoni tal-Belġju (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 144) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 27, 29.1.2005, p. 54–54 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 317–317 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/66(1)/oj

14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

317


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Jannar 2005

li tirrevoka id-Deċiżjoni 2003/363/KE li tapprova l-pjan biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer ferali f'ċertu żoni tal-Belġju

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 144)

(It-testijiet Franċiżi u Olandiżi biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/66/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (1) tagħha,

Billi:

(1)

F'Novembru 2002 id-deni tal-ħnieżer klassiku ġie ikkonfermat fil-popolazzjoni tal-ħnieżer ferali fil-Belġju.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/363/KE (2), il-Kummissjoni approvat il-pjan ppreżentat mill-Belġju għal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-popolazzjoni tal-ħnieżer ferali f'ċerti żoni fil-Belġju.

(3)

Il-Belġju tat informazzjoni li tindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-popolazzjoni tal-ħnieżer ferali ġie meqrud fil-Belġju u li mhemmx għalfejn jiġi iktar applikat il-pjan approvat tal-qerda.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2003/363/KE tkun irrevokata.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/363/KE hija revokata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Belġju.

Magħmula fi Brussell, fit-28 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Is-Sur Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, ta' l-1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 124, ta' l-20.5.2003, p. 43.


Top