Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1903

    1903/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1903/2004 tad- 29 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3149/92 li jistabbilixxi termini u kundizzjonijiet dwar l-applikazzjoni għall-provvista tal-oġġetti tal-ikel minn ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

    ĠU L 328, 30.10.2004, p. 77–79 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 15–17 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0807

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1903/oj

    15.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    15


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1903/2004

    tad-29 ta' Ottubru 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3149/92 li jistabbilixxi termini u kundizzjonijiet dwar l-applikazzjoni għall-provvista tal-oġġetti tal-ikel minn ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta' Diċembru 1987, li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-provvista tal-ikel minn stokkijiet tal-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 (2) waqqaf id-dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87 għall-provvista tal-oġġetti tal-ikel minn stokkijiet tal-intervent maħsuba għat-tqassim lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità, minn organizzazzjonijiet tal-karità maħtura mill-Istati Membri.

    (2)

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni aktar standardizzata fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'din l-azzjoni, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kunċett ta' “benefiċjarji” jew ta' “destinatarji finali” fil-miżura. Sabiex titħaffef il-ġestjoni kif ukoll il-kontroll tal-eżekuzzjoni tal-pjan annwali, stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, huwa xieraq li jiġi previst li l-organizzazzjonijiet ta' karità maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jitqiesu bħala destinatarji finali minħabba li huma jiżguraw it-tqassim effettiv tal-oġġetti tal-ikel fil-livell lokali fejn jgħixu l-persuni l-aktar fil-bżonn, taħt ċerti forom.

    (3)

    Għandu jiġi enfasizzat li l-implimentazzjoni tal-pjan, f'kull Stat Membru li jieħu sehem fl-azzjoni, trid tkun ipprogrammata, segmentata u regolari, f'dak li għandu x'jaqsam mal-irtirar tal-prodotti tal-istokkijiet tal-intervent kif ukoll mat-twettiq tal-fażijiet ulterjuri sat-tqassim lill-benefiċjarji jew id-destinatarji finali, bl-iskop li jintlaħaq l-għan tal-azzjoni Komunitarja u jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta' ġestjoni tajba tal-istokkijiet ta' intervent. Għal dawn l-għanijiet, l-irtirar tal-istokkijiet ta' intervent iridu jitħaddmu fil-biċċa l-kbira tagħhom qabel l-1 ta' Lulju tas-sena ta' implimentazzjoni tal-pjan. Fil-qasam tal-prodotti tal-ħalib, il-karatteristiċi ta' suq sensittiv ħafna, u b'mod partikolari l-impatt tad-dħul mill-ġdid tal-prodotti fis-suq, iwasslu għall-previżjoni tas-sospensjoni tal-irtirar tal-prodotti tal-istokkijiet pubbliċi, fil-qafas tal-eżekuzzjoni tal-azzjoni kkonċernata, matul il-perjodi fejn huwa possibbli x-xiri mill-entitajiet ta' intervent. Iridu jiġu implimentati miżuri xierqa mill-Istati Membri, li jinvolvu pieni progressivi skont id-dewmien biex jieħdu r-responsabilità ta' dawn il-prodotti.

    (4)

    Jeħtieġ li jiġi speċifikat it-tip ta' kontrolli li huma l-aktar xierqa fl-ambitu tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali, b'mod partikolari r-rati ta' kontrolli li jridu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti. Il-kontrolli speċifiċi għal din l-azzjoni Komunitarja jridu jitwettqu filwaqt li titqies l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92 li jistabilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta' prodotti minn intervent (3). Ir-rapporti annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan iridu jinkludu d-dejta li tippermetti li jiġu ddeterminati r-riżultati ta' dawn il-kontrolli u b'hekk l-eżekuzzjoni tal-azzjoni.

    (5)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/1992 għandu jkun emendat skont dan. Il-bidliet iridu jidħlu fis-seħħ malli tibda l-implimentazzjoni tal-pjan annwali 2005.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni kkonċernati.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 3149/92 huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 1:

    “3.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament: ‘il-persuni l-aktar fil-bżonn’ tfisser persuni fiżiċi, individwi jew familji jew gruppi magħmula minn dawn il-persuni, li għandhom qagħda ta' dipendenza soċjali u finanzjarja stabbilita jew meqjusa fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li qed jospitahom, jew determinati fir-rigward ta' kriterji fil-qasam li jadottaw l-organizzazzjonijiet ta' karità li jaġixxu f'isimhom u li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti.”

    2.

    L-Artikolu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “Artikolu 3

    1.   Il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-pjan g]andu jibda fl-1 ta’ Ottubru u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.

    2.   L-irtirar tal-prodotti mill-istokkijiet tal-intervent g]andu jseħħ mill-1 ta' Ottubru sal 31 ta' Awwissu tas-sena ta' wara, fuq bażi regolari u skont ir-rekwiżiti tal-implimentazzjoni tal-pjan.

    Sebgħin fil-mija (70 %) tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(1)(b) jeħtiġilhom ikunu rtirati mill-istaokk qabel l-1 ta’ Lulju fis-sena tal-implimentazzjoni dan ir-rekwiżit ma għandux jgħodd għal allokazzjonijiet ta’ 500 tunnellata jew anqas, madankollou. Kwalunkwe kwantità lima tkunx ġiet irtirata mill-istokkijiet ta’ intervent sat-30 ta’ Settembru tas-sena tal-implimentazzjoni tal-pjna ma tibqax allokata lill-Istat Membru li għalih kienet assenjata skont il-pjan in kwistjoni

    Madankollu, fil-każ tal-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, jeħtieġ li 70 % tal-prodotti ikunu rtirati mill-istokkijiet ta’ intervent sal-1 ta’ Marzu fis-sena tal-implimentazzjoni fil-każ tal-pjan tal-2005, u qabel l-1 ta’ Frar b’effett mill-pjan tal-2006. Dan ir-rekwiżit, madankollu, ma għandux japplika għal ritirati ta’ 500 tunnellata jew anqas.

    Il-prodotti li se jiġu rtirati għandhom jitneħħew mill-ħażniet ta' intervent fi żmien 60 jum minn meta l-offerta tingħata lill-offerent rebbieħ.

    3.   Matul il-perjodu ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdila li jagħmlu fl-implimentazzjoni tal-pjan fit-territorju tagħhom fil-limiti stretti tal-mezzi ta' finanzjament disponibbli għalihom. In-notifika għandha tkun akkompanjata bl-informazzjoni kollha xierqa. Fejn bidliet issostanzjati jikkonċernaw 5 % jew aktar tal-kwantitajiet jew valuri mdaħħla għal kull prodott fil-pjan tal-Komunità, il-pjan għandu jiġi rrivedut.

    4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bi tnaqqis previdibbli fl-infiq għall-applikazzjoni tal-pjan. Il-Kummissjoni tista' talloka r-riżorsi disponibbli lil Stati Membri oħra, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom u l-użu reali tagħhom ta' prodotti magħmula disponibbli u allokazzjonijiet magħmula matul is-snin finanzjarji ta' qabel.”

    3.

    Għandu jiżdied l-Artikolu 5(ii) li ġej:

    “Artikolu 5(a)

    Bl-iskop ta' tqassim tal-oġġetti tal-ikel lil persuni li għandhom l-aktar bżonn u sabiex iwettqu kontrolli, l-organizzazzjonijiet tal-karità li jieħdu ħsieb direttament il-benefiċjarji se jitqiesu li huma d-destinatarji finali ta' dan it-tqassim jekk ikunu huma li effettivament iqassmu l-oġġetti tal-ikel. Oġġetti tal-ikel li, mingħajr ebda intervent ieħor, jitqassmu direttament lill-benefiċjarji bħala pakketti tal-ikel jew ikliet xierqa, skont il-każ, kemm kuljum jew kull ġimgħa, se jitqiesu li jkunu tqassmu.”

    4.

    L-Artikolu 9 huwa mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 9

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li

    (a)

    il-prodotti ta' intervent, u, fejn ikun xieraq, permessi għal-immobilizzar fis-suq tal-oġġetti tal-ikel jintużaw u jservu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87;

    (b)

    l-oġġetti li ma jiġux ikkonsenjati bil-grossa lid-destinatarji għandhom din it-kitba fuq l-imballaġġ ‘għajnuna tal-KE’;

    (c)

    l-organizzazzjonijiet karitattivi maħtura biex jimplimentaw il-miżuri għandhom iżommu l-kontijiet xierqa u d-dokumenti ta’ sostenn kollha u jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom aċċess għalihom biex ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa;

    (d)

    is-sejħiet għall-offerti huma skont l-Artikoli 3 u 4 u l-provvisti jiġu implimentati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    2.   Il-kontrolli tal-awtoritajiet kompetenti jitwettqu minn meta jinħarġu l-istokkijiet ta' intervent, sal-istadji kollha tal-proċess ta' implimentazzjoni tal-pjan u partikolarment fil-livelli kollha tal-katina ta' tqassim, sal-livell lokali li fih jitwettaq it-tqassim effettiv. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu matul il-perjodu sħiħ ta' implimentazzjoni tal-pjan.

    Il-kontrolli għandhom ikopru mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet għal kull tip ta' prodotti elenkati fil-pjan, filwaqt li titqies kwalunkwe emenda tal-pjan. Dawn ir-rati ta' kontroll għandhom jiġu applikati għal kull stadju tal-proċess ta' implimentazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tar-riskji.

    Il-kontrolli għandhom l-għan li jivverifikaw id-dħul u l-ħruġ tal-prodotti u t-trasferiment tagħhom lil operaturi suċċessivi. Huma jinkludu wkoll paragun bejn l-istokkijiet kif jidhru fil-kontijiet u l-istokkijiet fiżiċi tal-prodotti magħżula għall-ispezzjoni.

    3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-operat tal-implimentazzjoni tal-pjan jitħaddem kif suppost u li jipprevjenu u jippenalizzaw l-irregolaritajiet. Għal dan l-għan, huma b'mod partikolari jistgħu jissospendu l-parteċipazzjoni tal-operaturi fil-proċeduri kompetittivi tas-sejħa għall-offerti u l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-karità fl-implimentazzjoni tal-pjan skont is-serjetà ta' kwalunkwe nuqqas jew irregolarità osservati fil-pjan ta' implimentazzjoni.”

    5.

    Fl-Artikolu 10, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Ir-rapport jispeċifika l-miżuri ta’ kontroll li ġew applikati biex ġie żgurat li l-oġġetti kisbu l-għanijiet maħsuba għalihom u li waslu għand id-destinatarji finali. Dan ir-rapport għandu jsemmi b'mod partikolari it-tip u l-għadd ta' kontrolli mwettqa, ir-riżultati li nkisbu kif ukoll kwalunkwe każ ta' applikazzjoni ta' sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(3). Ir-rapport għandu jitqies bħala fattur deċisiv meta jitfasslu pjanijiet annwali sussegwenti.”

    6.

    L-Artikolu 10a għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “Artikolu 10a

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla ħsara għar-Regolament (KEE) Nru 3002/92.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċcjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-ewwel jum tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali 2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1 Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).

    (2)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2339/2003 tat-30.12.2003 (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 65).

    (3)  ĠU L 301, 17.10.1992, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 770/96 (ĠU L 104, 27.4.1996, p. 13).


    Top