This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1464
Commission Regulation (EC) No 1464/2004 of 17 August 2004 concerning the authorisation for 10 years of the additive «Monteban» in feedingstuffs, belonging to the group of coccidiostats and other medicinal substances(Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2004 tas- 17 ta' Awissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' l-addittiv Monteban fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2004 tas- 17 ta' Awissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' l-addittiv Monteban fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 270, 18.8.2004, pp. 8–10
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 183M, 5.7.2006, pp. 85–87
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2026; Imħassar b' 32026R1860
|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
85 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1464/2004
tas-17 ta' Awissu 2004
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' l-addittiv “Monteban” fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tikkonċerna l-addittivi fl-għalf tal-bhejjem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9g (5) (b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 70/524/KEE, koċċidjostati inklużi f'Anness I ta' dik id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1988 kienu awtorizzati temporanjament mill-1 ta' April 1998 u trasferiti għal Kapitolu I ta' l-Anness B bil-għan ta' evalwazzjoni ġdida tagħhom bħala addittivi konnessi ma' persuna responsabbli għat-tpoġġija tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni. Il-prodott tan-naracin, Monteban, huwa addittiv li jifforma parti mill-grupp “Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra” elenkati f'Kapitolu I ta' l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(2) |
Il-persuna responsabbli għat-tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni tal-Monteban ressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u dossier, skond l-Artikolu 9g (2) u (4) ta' dik id-Direttiva. |
|
(3) |
L-Artikolu 9g (6) tad-Direttiva 70/524/KEE jippermetti l-estensjoni awtomatika tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni ta' l-addittivi konċernati sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni f'każ li, għal raġunijiet 'il fuq mill-kontroll tal-possessur ta' l-awtorizzazzjoni, ma tittiħedx deċiżjoni dwar l-applikazzjoni qabel id-data ta' skadenza ta' l-awtorizzazzjoni. Din id-disposizzjoni hija applikabbli għall-awtorizzazzjoni tal-Monteban. Fis-26 ta' April 2001 il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta' l-Annimali evalwazzjoni sħiħa tar-riskju u din it-talba kienet konsegwentement trasferita lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel. Numru ta' talbiet oħra għal informazzjoni addizzjonali saru matul il-proċess ta' evalwazzjoni mill-ġdid li għamluha impossibbli li titlesta l-evalwazzjoni mill-ġdid fi ħdan il-limitu ta' żmien mitlub mill-Artikolu 9g. |
|
(4) |
Il-Panel Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali marbut ma' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel ta opinjoni favorevoli fir-rigward tas-sigurtà u l-effikaċja tal-Monteban għas-simna tat-tiġieġ. |
|
(5) |
L-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Monteban magħmula mill-Kummissjoni uriet li l-kondizzjonijiet rilevanti mniżżla fid-Direttiva 70/524/KEE huma sodisfatti. Il-Monteba għandu għalhekk ikun awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv konness ma' persuna responsabbli għat-tpoġġija tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni u inkluż f'Kapitolu I tal-lista msemmija f'Artikolu 9t (b) ta' dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Ladarba l-awtorizzazzjoni għall-addittiv hija issa konnessa ma' persuna responsabbli għat-tpoġġija tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni, u tbiddel l-awtorizzazzjoni preċedenti li ma kinitx konnessa ma' xi persuna speċifika, huwa xieraq li tkun imħassra din l-aħħar awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Peress li m'hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-prodott tan-narasin mis-suq immedjatament, huwa xieraq li jkun permess perijodu tranżizzjonali ta' sitt xhur għar-rimi ta' stokks eżistenti ta' l-addittiv. |
|
(8) |
Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE huwa emendat kif ġej:
L-addittiv narasin, li jifforma parti mill-grupp “Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra”, għandu jkun imħassar.
Artikolu 2
L-addittiv Monteban li jifforma parti mill-grupp “Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra” kif imniżżel fl-Anness tar-Regolament preżenti huwa awtorizzat għall-użu fin-nutrizzjoni ta' l-annimali taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dak l-Anness.
Artikolu 3
Perijodu ta' sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huwa l-perijodu permess li fih irid jintuża l-istokk eżistenti ta' narsin.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-iStati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar is-17 ta' Awissu 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 (ĠU L 265, 3.10.2002, p. 1).
ANNESS
|
Numru ta' reġistrazzjoni ta' l-addittiv |
Isem u numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat- tpoġġija ta' l-addittiv fiċ-ċirkolazzjoni |
Addittiv (L-isem tan-negozju) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċje jew kategorija ta' l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Disposizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perijodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf tal-bhejjem lest |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 765 |
Eli Lilly and Company Ltd |
Narasin 100 g/kg (Monteban, Monteban G 100) |
Kompożizzjoni ta' l-addittiv:
Sustanza attiva:
|
Tiġieġ għas-simna |
— |
60 |
70 |
Użu projbit mill-inqas 5 ijiem qabel it-tbiċċir. Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:
|
10 snin (mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament) |
||||||||||||||||||||||