EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1223

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1223/2004 tat- 28 ta' Ġunju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Kunsill rigward id-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet għas-Slovenja

ĠU L 233, 2.7.2004, p. 3–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 85–86 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/03/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1223/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

85


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1223/2004

tat-28 ta' Ġunju 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Kunsill rigward id-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet għas-Slovenja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hi stabbilita l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba tas-Slovenja,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għar-rettikolat għall-iskambji transfruntieri fl-elettriku (1) jimmira li jistabbilixxi regoli ġusti għall-iskambji transfruntieri fl-elettriku. Dak ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2004.

(2)

Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003, problemi ta' konġestjoni fir-rettikolat għandhom jiġu indirizzati permezz ta' soluzzjonijiet mhux diskriminatorji bbażati fuq is-suq li jagħtu sinjali ekonomiċi effiċjenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni involuti.

(3)

Il-Linji gwida dwar l-amministrazzjoni u l-allokazzjoni tal-kapacità ta' trasferiment disponibbli ta' l-interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, stabbiliti fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1228/2003, fihom regoli li huma konnessi direttament mal-prinċipju ġenerali fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Is-Slovenja talbet perjodu transitorju għall-applikazzjoni ta' Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament u d-disposizzjonijiet relatati f'dawk il-Linji gwida, sa l-1 ta' Lulju 2007.

(5)

Is-Slovenja wriet li mingħajr perjodu transitorju ċerti industriji ta' enerġija intensiva Sloveni jkunu affetwati ħażin bi prezzijiet għola ta' elettriku importat mill-Awstrija u ċerti produtturi ta' l-elettriku minn dħul iktar baxx mill-esportazzjoni għall-bejgħ għall-Italja. Din is-sitwazzjoni timpedixxi l-isforzi li għadejjin ta' l-industriji konċernati li jistrutturaw u jikkonformaw rispettivament ma' l-acquis tal-Komunità li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' l-elettriku.

(6)

Ir-raġunijiet provduti mis-Slovenja jiġġustifikaw deroga. Barra minn hekk, minħabba l-kapaċità żgħira ta' interkonnessjoni taż-żewġ interkonnessjonijiet ikkonċernati u minħabba li dik is-sitwazzjoni mhux probabbli li tinbidel qabel l-1 ta' Lulju 2007, l-impatt prattiku ta' deroga bħal din fuq is-suq intern ikun żgħir ħafna.

(7)

Id-deroga għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament neċessarju fil-perspettiva tat-talba Slovena. Għandha, għalhekk, tkopri biss il-parti tal-kapaċità ta' l-interkonnessjonijiet allokata mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni Slovena u tapplika biss sakemm din il-kapaċità ma' teċċedix nofs il-kapaċità totali disponibbli.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 għandu għalhekk jiġi hekk emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003, is-sub-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“Fejn għandhom x'jaqsmu interkonnessjonijiet bejn is-Slovenja u Stati Membri ġirien, l-Artikolu 6(1), kif ukoll ir-regoli fil-kapitolu intitolat ‘Ġenerali’ ta' l-Anness, għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2007. Dan il-paragrafu għandu japplika biss għall-kapaċità ta' interkonnessjoni li hi allokata mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni Slovena u japplika biss sakemm din il-kapaċità ma' teċċedix nofs il-kapaċitá totali disponibbli.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, nhar it-28 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CULLEN


(1)  ĠU L 176, tal-15.7.2003, p. 1.


Top