EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0735

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 735/2004 ta’ l-20 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1972/2003 dwar il-miżuri transitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli bħala effett ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

ĠU L 114, 21.4.2004, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/735/oj

32004R0735



Official Journal L 114 , 21/04/2004 P. 0013 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 735/2004

ta’ l-20 ta’ April 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1972/2003 dwar il-miżuri transitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli bħala effett ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1972/2003 ta’ l-10 ta’ Novembru 2003 dwar il-miżuri transitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli bħala effett ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja [1], u partikolarment l-Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi:

(1) Fil-kuntest ta’ l-eżaminazzjoni kurrenti dwar ir-riskji assoċċjati mal-prodotti fil-lista, kif stabbilita fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003, ċerti emendi għall-dik il-lista huma meħtiġa.

(2) Ir-Reġolament (KE) Nru 1972/2003 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003 huwa emendat kif ġej:

1) l-ewwel inċiż, li jirrigwardja lill-Ċipru, huwa emendat kif ġej:

(a) il-kodiċi NM 040210, 040221, 0406, 1509 u 1510 huma mħassra;

(b) "1517" huwa mibdul bi "15171010, 15179010, 15179091, 15179099";

(ċ) il-kodiċi NM 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

2. it-tieni inċiż, li jirrigwardja lir-Repubblika Ċeka, huwa emendat kif ġej:

(a) il-kodiċi NM 1517 hija mħassra;

(b) il-kodiċi NM 02023010, 02023050, 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

3. it-tielet inċiż, li jirrigwardja lill-Estonja, huwa emendat kif ġej:

(b) "1517" huwa mibdul bi "15171010, 15171090, 15179010, 15179099";

(b) il-kodiċi NM 02023010, 02023050, 16023211, 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

4. ir-raba’ inċiż, li jirrigwardja lill-Ungerija, huwa emendat kif ġej:

(a) il-kodiċi NM 02031110, 02032110 u 1517 huma mħassra;

(b) il-kodiċi NM 02023010, 02023050, 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

5. il-ħames inċiż, li jirrigwardja lil-Latvja, huwa emendat kif ġej:

(a) il-kodiċi NM 1517 hija mħassra;

(b) il-kodiċi NM 02023010, 02023050, 02071210, 16023211, 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

6. is-sitt inċiż, li jirrigwardja lil-Litwanja, huwa emendat kif ġej:

(a) "1517" huwa mibdul bi "15179010, 15179099";

(b) il-kodiċi NM 02023010, 02023050, 16023211, 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

7. is-seba’ inċiż, li jirrigwardja lill-Malta, huwa emendat kif ġej:

(a) "1517" huwa mibdul bi "15171010, 15171090, 15179010, 15179091, 15179099";

(b) il-kodiċi NM 02013000, 02023010, 02023050, 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

8. it-tmien inċiż, li jirrigwardja lill-Polonja, huwa emendat kif ġej:

(a) il-kodiċi NM 02031110, 02032110, 1517 u 200820 huma mħassra;

(b) il-kodiċi NM 02023010, 02023050, 02071410, 02071470, 16023211, 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

9. id-disa’ inċiż, li jirrigwardja lis-Slovakkja, huwa emendat kif ġej:

(a) il-kodiċi NM 1517 hija mħassra;

(b) il-kodiċi NM 02023010, 02023050, 20083055 u 20083075 huma miżjuda;

10. il-għaxar inċiż, li jirrigwardja lis-Slovenja, huwa emendat kif ġej:

(a) il-kodiċi NM 02031110, 02032110, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 04081180, 04089180 u 1517 huma mħassra;

(b) il-kodiċi NM 02071450, 02023010, 02023050, 20083055 u 20083075 huma miżjuda.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, tal-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ April 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 293, ta’ l-10.11.2003, p. 3 Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 230/2004 (ĠU L 39, tal-11.2.2004, p. 13).

--------------------------------------------------

Top