Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0116

    Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 2004/116/KE tat- 23 ta' Diċembru 2004 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE rigward l-inklużjoni tal- Candida guilliermondii. Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 379, 24.12.2004, p. 81–82 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 454–455 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0767

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/116/oj

    5.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    454


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2004/116/KE

    tat-23 ta' Diċembru 2004

    li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE rigward l-inklużjoni tal-Candida guilliermondii.

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE dwar ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ġiet preżentata għal Candida guilliermondii, ikkultivata fuq is-sustrat ta’ oriġini veġetali, li tappartjeni lill-grupp ta’ prodotti “1.2.1. ħmira kkultivata fuq is-sustrat ta’ oriġini ta’ l-annimali jew veġetali” stipulata fl-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE. Dan l-għalf huwa prodott mikrobiku bażat fuq iċ-ċelluli li jibqgħu wara l-produzzjoni industrijali ta’ aċidu ċitriku bil-fermentazzjoni.

    (2)

    Il-Bord Xjentifku dwar additivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf ta’ l-annimali ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tat opinjoni dwar l-użu ta’ dan il-prodott fl-għalf tal-bhejjem fis-7 ta’ Ġunju 2004, li jikkonkludi li l-użu tal-Candida guilliermondii kkultivata fuq sustratt ta’ oriġini veġetali (ġulepp tal-kannamiela) ma jippreżentax riskju għas-saħħa tal-bniedem, saħħa ta’ l-annimali jew l-ambjent.

    (3)

    L-istima tat-talba għall-awtorizzazzjoni preżentata għall-Candida guilliermondii kultivata fuq sustrati ta’ oriġini veġetali turi li dan il-prodott jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 82/471/KEE, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

    (4)

    Id-Direttiva 82/471/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

    (5)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Direttiva 82/471/KE hija emendata kif stipulata fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri ser iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jirrispettaw din id-Direttiva sa [niżżel id-data 6 xhur wara d-daħla fis-seħħ] l-aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn il-dispożizzjonijiet u l-lista tal-korrelazzjonijiet bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn irid ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri nnifishom se jiddeċiedu kif se ssir din it-tip ta’ referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw għall-qasam li jmiss ma’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, nhar it-23 ta' Diċembru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/104/KE (ĠU L 295, 13.11.2003, p. 83).


    ANNESS

    Fl-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE tal-grupp ta’ prodott 1.2.1. huwa mibdul b’li ġej:

    “Isem tal-grupp ta’ prodott

    Isem tal-prodott.

    Deżinjazzjoni tal-prinċipji nutrittivi jew l-identità tal-mikro-organiżmu

    Koltura ta’ sustratt

    (identifikazzjonijiet, jekk hemm)

    Karatteristiċi ta’ kompożizzjoni tal-prodott

    Speċji ta’ l-annimali

    Dispożizzjonijiet speċjali

    1.2.1

    Ħmira kkultivata fuq is-sustrat ta’ oriġini ta’ l-annimali jew veġetali

    Il-ħmira kollha

    Miksuba mill-mikroorganiżmi u sustrati elenkati fil-kolonni 3 u 4 rispettivament

    iċ-ċelluli ta’ liema ġew meqruda

    Saccharomyces cerevisiae

    Saccharomyces carlsbergiensis

    Kluyveromyces lactis

    Kluyveromyces fragilis

    Ġulepp, residwi ta’ distillazzjoni, ċereali u prodotti li fihom lamtu, meraq tal-frott, xorrox, aċidu lattiku u fibra tal-ħxejjex idrolizzat

     

    Speċji ta’ l-annimali kollha

     

    Candida guilliermondii

    Ġulepp, residwi ta’ distillazzjoni, ċereali u prodotti li fihom lamtu, meraq tal-frott, xorrox, aċidu lattiku u fibra tal-ħxejjex idrolizzat

    Materja niexfa minimu ta’ 16%

    Ħnieżer biex jismnu”


    Top