Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0046

    Id-Direttiva tal-kummissjoni 2004/46/KE tas-16 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 95/31/KE f'dak li hu sucralosju E 955 u melħ ta' l-aspartame-acesulfanceTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 114, 21.4.2004, p. 15–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/46/oj

    32004L0046



    Official Journal L 114 , 21/04/2004 P. 0015 - 0017


    Id-Direttiva tal-kummissjoni 2004/46/KE

    tas-16 ta' April 2004

    li temenda d-Direttiva 95/31/KE f'dak li hu sucralosju E 955 u melħ ta' l-aspartame-acesulfance

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar addittivi għal ma' l-ikel awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta' Lulju li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purezza dwar sustanzi għall-ħlewwa biex jintużaw f'oġġetti ta' l-ikel [2] tippreskrivi l-kriterji dwar purezza għas-sustanzi għall-ħlewwa msemmija fid-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar sustanzi għall-ħlewwa biex jintużaw f'oġġetti ta' l-ikel [3].

    (2) Hu meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji dwar purezza għas-sucralose E 955 u l-melħ E 962 ta' l-aspartame-acesulfame.

    (3) Hu meħtieġ li jiġu meqjusa l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għal addittivi kif preskritt fil-Codex Alimentarius kif abbozzat mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti tal-FAO/WHO dwar Addittivi fl-Ikel (JECFA).

    (4) Id-Direttiva 95/31/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (5) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Direttiva 95/31/KE qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' April 2005 l-aktar tard Għandhom minnufih jgħaddu lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkun hemm magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

    2. L-Istati Membri għandhiom jgħaddu lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonmijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 178, tat-28.7.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/52/KE (ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 18).

    [3] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 65).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Fl-Anness, jiddaħħal it-test li ġej:

    "E955 E955 SUKRALOSJU

    Sinonimi | 4,1',6'-trichlorogalactosucrose |

    Definizzjoni

    Isem kimiku | 1,6-Dichloro-1,6-dideoxy-b-D-fructofuranosyl-4-chloro-4-deoxy-a-D-galactopyra-noside |

    Einecs | 259-952-2 |

    Formola kimika | C12H19Cl3O8 |

    Piż molekulari | 397,64 |

    Assaġġ | Kontenut ta' mhux inqas minn 98 % u ta' mhux aktar minn 102 % C12H19Cl3O8 kalkolat fuq bażi ta' anidridu. |

    Deskrizzjoni | Abjad sa kważi abjad, prattikament kristallin bla riħa. |

    identifikazzjoni

    A.pH ta' taħlita likwida ta'10 % | Mhux inqas minn 5,0 u mhux aktar minn 7,0 |

    B.Solubilità | Jinħall waħdu fl-ilma, metanol u etanol Jinħall ftit f'aċetat etiliku |

    C.Assorbiment infra-aħmar | L-ispettru infra-aħmar ta' tixrid tal-bromur tal-potassju tal-kampjuni esibitimassimi relattivi f'numri ta' mewġiet simili bħal dawk fl-ispettru referenzali miksub permezz ta' standard referenzali ta' sukralosju. |

    D.Kromatografija b'saff irqiq | Il-punt ewlieni fit-taħlita likwida tat-test għandu l-istess valur Rf bħal dak tal-punt ewlieni ta' taħlita likwida A msemmija fit-test għal dikarboidrati gluċidi klorinati Din it-taħlita likwida standard tinkiseb bit-taħlil ta' 1,0 g ta' standard ta' sukralosju referenzali f'10 ml metanol. |

    E.Rotazzjoni speċifika | ġα ħ20D: + 84,0° to + 87,5° ikkalkolat fuq bażi anidrida (taħlita likwida 10 % w/v) |

    Purezza

    Ilma | Mhux aktar minn 2,0 % (metodu Karl Fischer) |

    Irmied bis-sulfat | Mhux aktar minn 0,7 % |

    Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

    Dikarboidrati gluċidi oħra | Mhux aktar minn 0,5 % |

    Monokarboidrati gluċidi klorinati | Mhux aktar minn 0,1 % |

    Ossidu tat-triphenylphosphine | Mhux aktar minn 150 mg/kg |

    Metanol | Mhux aktar minn 0,1 % |

    E962 E 962 MELĦ TA' L-ASPARTAME-ACESULFAME

    Sinonimi | Aspartame-acesulfame Melħ aspartame-acesulfame |

    Definizzjoni | Il-melħ jiġi ppreparat billi jissaħħan proporzjon ta' bejn wieħed u ieħor 2:1 (w/w) ta' aspartame u acesulfame K f'taħlita likwida bi pH aċiduż waqt li titħalla ssir kristallizzazzjoni. Il-potassju u l-indewwa jitneħħew. Il-prodott ikun aktar stabbli minnaspartame waħdu. |

    Isem kimiku | 6-metil-1,2,3-oxathiazine-4(3H)-wieħed-2,2-melħ dijossidu tal-phenylalanyl-2-metil-L-a-aċidu aspartiku |

    Formola kimika | C18H23O9N3S |

    Piż molekulari | 457,46 |

    Assaġġ | 63,0 % sa 66,0 % aspartame (bażi niexfa) u 34,0 % sa 37,0 % acesulfame (forma aċidu fuq bażi xotta) |

    Deskrizzjoni | Trab kristallin abjad bla riħa. |

    Identifikazzjoni

    A.Solubilità | Jinħall kemm kemm fl-ilma; jinħall ftit fl-etanol. |

    B.Trasmittenza | It-trasmittenza ta' taħlita likwida ta' 1 % fl-ilma determinata f'ċellula ta' 1ċm f'nm ta' 430 bi spettrofotometru adattat bl-użu ta' ilma bħala referenza, ma' tkunx inqas minn 0,95 ekwivalenti għal assorbiment ta' mhux aktar minn 0,022. |

    C.Rotazzjoni speċifika | ġα ħ20D: +14,5° to + 16,5° Stabbilixxi f'konċentrazzjoni ta' 6,2 g f'100 ml aċidu formiku (15N) f'ħin ta' 30 minuta mill-preparazzjoni tat-taħlita likwida. Iddividi r-rotazzjoni speċifika kalkolata b'0,646 biex tagħmel tajjeb għall-kontenut ta' aspartame tal-melħ ta' l-aspartame-acesulfame. |

    Purezza

    Telf ta' waqt it-tnixxif | Mhux aktar minn 0,5 % (105 °Ċ, 4 h) |

    5-Benzyl-3,6-dioxo-2-piper-aċidu azineaċetiku | Mhux aktar minn 0,5 % |

    Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg" |

    --------------------------------------------------

    Top