EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0619

2004/619/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Awwissu 2004 li temenda r-reġim Komunitarju ta' importazzjoni tar-ross

ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 35–35 (MT)
ĠU L 279, 28.8.2004, p. 29–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/06/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/619/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Awwissu 2004

li temenda r-reġim Komunitarju ta' importazzjoni tar-ross

(2004/619/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 bil-ħsieb li jiġu mmodifikati ċerti konċessjonijiet għar-ross. Għaldaqstant, il-Kommunità nnotifikat lid-WTO fit-2 ta' Lulju 2003 bl-intenzjoni tagħha li timmodifika ċerti konċessjonijiet fl-Iskeda CXL tal-KE.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni nnegozjat ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tas-subintestatura HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tas- subintestatura HS 1006 30 (ross mitħun), it-Tajlandja, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tas- subintestatura HS 1006 30 (ross mitħun) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tas- subintestatura HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u l-Indja u l-Pakistan, li t-tnejn għandhom interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tas- subintestatura HS 1006 20 (ross bla ħliefa).

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ma' l-Indja u l-Pakistan f'forma ta' skambju ta' ittri iżda ma kinitx kapaċi tinnegozja ftehim aċċettabbli ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u mat-Tajlandja.

(5)

Sabiex tippermetti l-modifikazzjoni ta' ċerti konċessjonijiet li jikkonċernaw ir-ross bla ħliefa u r-ross mitħun fl-Iskeda CXL tal-KE għandha tiġi stabbilita rata tariffarja ġdida għar-ross bla ħliefa u għar-ross mitħun.

(6)

Peress li l-istabbiliment ta' rata tariffarja ġdida għar-ross bla ħliefa u għar-ross mitħun jeħtieġ modifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tadotta derogi temporanji minn dak ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2)

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-rata tariffarja għar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20) għandha tkun ta' EUR 65/tunnellata.

Ir-rata tariffarja għar-ross mitħun (Kodiċi NM 1006 30) għandha tkun ta' EUR 175/tunnellata.

Artikolu 2

Sa fejn ikun meħtieġ biex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Deċiżjoni sa l-1 ta' Settembru 2004, il-Kummissjoni tista' tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1785/2003, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm dak ir-Regolament jiġi emendat iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3).

2.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BOT


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.


Top