Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0467

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta'April 2004 li tniżżel miżuri transitorji li għandhom jiġu applikati miċ-Ċipru u mil l-Estonja fir-rigward tal-ħruq jew tad-dfin fil-post ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-KunsillTest b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 160, 30.4.2004, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, FI)
    ĠU L 160, 30.4.2004, p. 1–4 (IT, NL, PT, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/467/oj

    32004D0467



    Official Journal L 160 , 30/04/2004 P. 0001 - 0003


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta'April 2004

    li tniżżel miżuri transitorji li għandhom jiġu applikati miċ-Ċipru u mil l-Estonja fir-rigward tal-ħruq jew tad-dfin fil-post ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/467/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jniżżel ir-regoli tas-saħħa dwar il-prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsubin għall-konsum mill-bnedmin [1], jistgħu jingħataw derogi f'ċirkostanzi ristretti dwar ir-rimi permezz ta' ħruq u dfin fil-post ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali. Dak ir-Regolament jistipula wkoll li ma tista' tingħata l-ebda deroga fir-rigward ta' annimali li fir-rigward tagħhom hemm suspetti li huma infettati b'enċefalopatija sponġiforma li tittieħed (TSE) jew li ġie konfermat uffiċjalment li fihom hemm il-preżenza ta' TSE.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni intra-speċji għall-ħut, il-ħruq u d-dfin ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u xi miżuri transizzjonali [2] jistipula regoli ta' implimentazzjoni għal derogi mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għar-rimi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali permezz ta' ħruq jew dfin fil-post ta' l-annimali.

    (3) Fl-1 ta' Mejju 2004, Ċipru u l-Estonja mhux ser ikollhom sistemi operazzjonali ta' ġbir għall-prodotti sekondarji ta' l-annimali li jħallu dawk iż-żewġ Stati Membri jħarsu r-regoli dwar ir-rimi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Għalhekk jinħtieġ li jiġu stipulati miżuri transitorji li jħallu Ċipru u l-Estonja jkomplu l-ħruq u d-dfin fil-post ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali sal-1 ta' Jannar 2005.

    (4) Waqt il-perjodu transitorju Ċipru u l-Estonja għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jevitaw ħsara lis-saħħa tal-bnedmin u ta' l-annimali u lill-ambjent. Imbagħad, ir-regoli implimentattivi rilevanti għal derogi mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għar-rimi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali permezz ta' ħruq jew dfin fil-post stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 811/2003 għandhom japplikaw.

    (5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u tas-Saħħa ta' l-Annimali,

    IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. Permezz ta' deroga mill-Artikoli 4(2), 5(2) u 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, Ċipru u l-Estonja jistgħu, fir-rigward it-territorju tagħhom, għal żmien sal-1 ta' Jannar 2005, iħallu l-ħruq jew id-dfin fil-post ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali.

    2. Id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 ma tapplikax għall-materjal tal-kategorija 1 msemmi fl-Artikolu 4(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

    Artikolu 2

    Filwaqt li jħallu l-ħruq jew id-dfin fil-post, kif previst mill-Artikol 1 ta' din id-Deċiżjoni, Ċipru u l-Estonja għandhom, jieħdu l-miżuri kollha mħetieġa sabiex jevitaw xi perikli lis-saħħa tal-bnedmin jew ta' l-annimali u lill-ambjent skond ir-regoli implimentattivi stabbiliti fl-Artikoli 6 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 811/2003. Għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu sal-1 ta' Mejju 2004..

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ bla ħsara lil u mid-data ta' dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

    Għandha tapplika sal-1 ta' Jannar 2005.

    Magħmula fi Brussell, fid-29 ta' April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 273, ta' l-10.10.2, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2004 (ĠU L 112, tad-19.4.4, p. 1).

    [2] ĠU L 117, tat-13.5.2003, p. 14.

    --------------------------------------------------

    Top