This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0390
2004/390/EC: Commission Decision of 23 April 2004 allowing Member States to extend provisional authorisations granted for the new active substance acetamiprid (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2004) 1479)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2004 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida aċetamiprid (notifikat taħt id-dokument numru K(2004) 1479)Test b'relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2004 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida aċetamiprid (notifikat taħt id-dokument numru K(2004) 1479)Test b'relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 120, 24.4.2004, p. 49–49
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 120 , 24/04/2004 P. 0049 - 0049
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2004 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida aċetamiprid (notifikat taħt id-dokument numru K(2004) 1479) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/390/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqedġid ta' prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fis-suq(1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 8 [1] tagħha, Billi: (1) Skond l-Artikolu 6 [2] tad-Direttiva 91/414/KEE, f'Ottubru 1999 il-Greċja rċeviet applikazzjoni minn-Nisso Chemical Europe GmbH għall-inklużjoni tas-sustanza attiva acetamiprid (qabel kien jisimha: Exp 60707B) fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2000/390/KE(2) kkonfermat li d-dokumentazzjoni kienet kompleta u tista' titqies bħala li tissodisfa, fil-prinċipju, l-ħtiġiet tat-tagħrif u l-informazzjoni ta' l-Anness II u l-Anness III li jinsabu mad-Direttiva. (2) Il-konfermazzjoni tat-tlestija tad-dokumentazzjoni kienet meħtieġa biex tippermetti li jiġi eżaminat fid-dattal u li tippermetti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jingħataw awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa tlett snin, għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-acetamiprid, waqt li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b'm,od partikolari l-kondizzjoni li tirrelata ma' l-istima dettaljata tas-sustanza attiva u l-prodott tal-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tal-ħtiġiet preskritti mid-Direttiva. (3) Għall-acetamiprid, ġew stmati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatatur bagħat abbozz tar-rapport ta' stima lill-Kummissjoni fil-31 ta' Marzu 2001. (4) L-eżami tad-dokumentazzjoni għadu għaddej wara s-sottomissjoni ta' l-abbozz tar-rapporti ta' stima mill-Istat Membru relatatur u mhux ser ikun possibbli li l-evalwazzjoni titlesta fil-limitu ta' żmien previst mid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE. (5) Billi sa issa l-evalwazzjoni ma identifikatx xi raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawwlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-acetamiprid għal perjodu ta' 24 xahar skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE sabiex ikun jista' jitkompla l-eżami tad-dokumentazzjoni. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni fir-rigward ta' l-inklużjoni possibbli fl-Anness I ta' l-acetamiprid għandha titlesta fi żmien 24 xahar. (6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-acetamiprid għal perjodu li ma jeċċedix l-24 xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 50). [2] ĠU L 145, ta'-20.6.00, p. 36. --------------------------------------------------