Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0216

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika tal-mard ta' l-annimali fil-Komunità biex tinkludi fil-lista ta' mard li għandu jkun innotifikat lill-awtorità, ċertu mard ekwin u ċertu mard tan-naħal. (notifikata bid-dokument numru K (2004) 578)Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/216/oj

32004D0216



Official Journal L 067 , 05/03/2004 P. 0027 - 0030


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-1 ta' Marzu 2004

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika tal-mard ta' l-annimali fil-Komunità biex tinkludi fil-lista ta' mard li għandu jkun innotifikat lill-awtorità, ċertu mard ekwin u ċertu mard tan-naħal.

(notifikata bid-dokument numru K (2004) 578)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/216/EC)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika tal-mard ta' l-annimali fil-Komunità [1], u partikolarment l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 5 [2] ta' l-istess Trattat,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidej (2), il-marda taż-żiemel Afrikan, stomatitis vexxikoluża, glanders, dourine, l-enċefalomjelite ekwin ta' kull tip, l-anemija ekwina infettuża, l-idrofobija u l-antraċe huma definiti bħala tipi ta' mard li għandhom bilfors jiġu notifikati lill-awtorità.

(2) l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE, li jelenka l-mard, li jekk iseħħu jridu jiġu notifikati lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, jinkludi fir-rigward tal-mard li jaffettwaw l-ekwidej, il-marda taż-żiemel Afrikan u stomatitis vexxikuluża biss.

(3) Il-marda taż-żiemel Afrikan, stomatitis vexxikoluża, glanders, dourine, l-anemija ekwina infettuża, l-enċefalomjelite ekwin ta' tipi varji, huma mard ta' ekwidej li huma elenkati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE).

(4) L-Istati Membri ta' l-OIE huma obbligati li jinnotifikaw l-ewwel okkorrenza jew okkorrenza oħra konfermata ta' marda elenkata, jekk il-pajjiż jew żona tal-pajjiż qabel kien ġie/ġiet ikkunsidrat/a ħieles jew ħielsa minn dik il-marda parikolari, jew il-marda jista' jkollha impatt żoonotika u fejn l-Iżvilupp tal-marda jista' jkollha implikazzjonijiet għall-kummerċ internazzjonali.

(5) F'Dan il-mument, il-marda taż-żiemel Afrikan, stomatitis vexxikoluża, glanders, dourine, u kważi kull tip ta' enċefalomjelite ekwin huma eżotiċi fil-Komunità. L-anemija ekwina infettuża u xi tip ta' enċefalomjelite ekwin huma xi drabi rapportati f'ċerti partijiet tal-Komunità.

(6) Il-ħanfusa żgħira tad-doqqajs u d-dudu tat-Tropilaelaps huma parassiti eżotiċi li jaffettwaw in-naħal ta' l-għasel u bħalissa m'hemmx każijiet fejn dawn seħħu fil-Komunità. Madankollu jekk dawn jiġu importati jistgħu jkollhom effett devastanti fuq is-saħħa tan-naħal ta' l-għasel u fuq l-industrija tan-naħal, u għalhekk, dawn it-tipi ta' mard ġew miżjuda fil-lista ta' mard li għandhom jiġu nnotifikati lill-Komunità.

(7) In-notifika u informazzjoni bla telf ta' zmien dwar l-okkorrenza ta' dawn it-tipi ta' mard fil-Komunità huma vitali għall-kontroll tat-tfaċċar ta' marda, kif ukoll għall-moviment ta' u negozju fl-ekwidej u n-naħal, filwaqt li jiġi kkunsidrat ukoll l-impatt żoonoliku ta' ċertu mard.

(8) Bi tkabbir tal-Komunità u l-effetti diversi ambjentali fuq vektori li jxerrdu xi mard hawn fuq imsemmi, is-sitwazzjoni fil-Komunità fir-rigward dan il-mard huwa suxxettibbli għall-bdil

(9) Huwa għalhekk xieraq li jiġu miżjuda glanders, dourine, l-anemija ekwina infettuża u kull tip ta' enċefalomjelite ekwin, il-ħanfusa żgħira tad-doqqajs u d-dudu tat-Tropilaelaps fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE u li jinbidel l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE sabiex jitqies il-mod kif in-naħal huma miżmuma.

(10) Il-miżuri mogħtija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Sensiela ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 82/894/KEE huma ssostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha sseħħ mill-25 ta' Marzu 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 378, tal-31.12.1982, pġ. 58; Direttiva kif emendata l-aħħar b’Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 36).

[2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 42; Direttiva kif emendata l-aħħar b’Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS I

Tipi ta' mard li għandhom jiġu nnotifikati

Il-marda taż-żiemel Afrikan

Id-deni tal-ħnieżer Afrikani

L-influenza ta' l-għasafar (kienet tissejjaħ il-pesta tat-tajr)

Bluetongue

L-enċifalopatija sponġiformi ta' l-ifrat

Id-deni klassika tal-ħnieżer

Pleuropneumonia ta' l-ifrat li tittieħed

Dourine

L-enċefalomjelite ekwin (ta' kull tip, inkluż l-enċefalomjelite ekwin ta' Veneżwela)

L-anemija ekwina infettuża

Il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

Glanders

In-nekrosi ematopojetika infettuża

L-anemija tas-salamun infettuż

Il-marda tal-ġilda li ssir boċċi boċċi

Il-marda ta' Newcastle

Peste des petits ruminants

L-enċefalomjelite enterovirus tal-ħnieżer (kienet tissejjaħ il-marda Teschen)

Il-marda tal-wied

Rinderpest (il-pesta ta' l-ifrat)

Il-ġidri tan-nagħaġ (Capripox)

Il-ħanfusa żgħira tad-doqqajs (Aethina tumida)

Il-marda vexxikoluża tal-ħnieżer

Id-dudu tat-Tropilaelaps

Stomatitis vexxikoluża

Settiċemija emorragika virali

ANNESS II

L-informazzjoni li għandha tingħata skond in-notifikazzjoni meħtieġa taħt l-Artikoli 3 u 4 dwar it-tifqigħa primarja u sekondarja tal-mard elenkat fl-Anness I

1. Data tad-dispaċċ.

2. Ħin tad-dispaċċ.

3. Pajjiż tan-nisel

4. L-isem tal-marda u t-tip ta' virus, meta hu xieraq.

5. In-numru tas-serje tat-tifqigħa.

6. It-tip ta' tifqigħa.

7. In-numru ta' referenza tat-tifqigħa konness ma din it-tifqigħa.

8. Iż-żona u l-lokazzjoni ġeografika ta' fejn seħħet il-marda.

9. Xi żona oħra milquta b'restrizzjonijiet.

10. Id-data tal-konferma.

11. Id-data tas-suspett

12. Id-data ta' l-ewwel infezzjoni

13. L-oriġini tal-marda

14. Il-miżuri ta' kontroll meħuda

15. In-numru ta' annimali suxxettibbli fuq il-post (a) baqar, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidej, (g) ħut, (h) speċi salvaġġi, (i) fir-rigward il-mard tan-naħal, għandu jiġi magħruf in-numru tad-doqqajs suxxettibbli.

16. In-numru t'annimal li ġew milquta klinikament fuq il-post (a) baqar, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidej, (g) ħut, (h) speċi salvaġġi, (i) fir-rigward il-mard tan-naħal, għandu jiġI magħruf in-numru tad-doqqajs li ġew milquta klinikament.

17. In-numru t'annimali li mietu fuq il-post (a) baqar, (b) ħnieżer, (c) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidej, (g) ħut, (h) speċI salvaġġi

18. In-numru t'annimali li ġew maqtula (a) baqar, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidej, (g) ħut, (h) speċI salvaġġi.

19. In-numru ta' karkassi li ġew meqruda (a) baqar, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidej, (g) ħut, (h) speċI salvaġġi, (i) fir-rigward il-mard tan-naħal, għandu jiġi magħruf, in-numru tad-doqqajs li ġew meqruda.

20. Id-data stmata meta jseħħ il-qtil.

21. Id-data stmata meta jseħħ it-teqrid.

Fir-rigward tad-deni tal-ħniezer l-informazzjoni addizzjonali:

1. distanza mill-azjenda tal-ħnieżer iktar viċin.

2. In-numru u t-tip (it-trobbija, is-smin u l-ħniezer żgħar [1] tal-hnieżer fuq il-post infettat.

3. In-numru u t-tip (it-trobbija, is-smin u l-ħnieżer żgħar [2] li ġew milquta klinikament fuq il-post.

4. il-metodu tad-dijanjosi.

5. Jekk m'humiex fuq il-post, f'dak il-każ il-konferma li l-marda seħħet f'biċċerija jew f'xi mezz ta' trasport.

6. Il-konferma ta' każi primarji [3] fi ħnieżer salvaġġi.

Fil-każ tal-mard tal-hut:

Infezzjonijiet bin-nekrosi ematopojetika infettuża, l-anemija tas-salamun infettuż, u s-settiċemija emorragika virali, meta dawn jiġu konfermati f'irziezet jew f'żoni ħielsa jew approvati, iridu jiġu nnotifikati bħala tifqigħa primarja. L-isem u d-deskrizzjoni tar-razzett jew żona approvata jew ħielsa għandhom jiġu inkluzi fit-test.

"

[1] L-annimali taħt approssimattivament tliet xhur.

[2] L-annimali taħt approssimattivament tliet xhur.

[3] Każ primarju fi ħnieżer salvaġġ ifisser dawk il-każijiet li jseħħu f'żoni ħielsa, jiġifieri barra minn postijiet ristretti, għad-deni tal-ħnieżer fi ħnieżer salvaġġ.”

--------------------------------------------------

Top