Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0071

    Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni ta' l-4 ta' Settembru 2003 fuq il-ħtiġiet essenzali relattivi għall-apparat ta' komunikazzjoni bir-radju minn fuq il-baħar li hu maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex jipparteċipa fis-Sistema Globali Martittima għall-Periklu u s-Sigurta' (GMDSS) (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2003) 2912)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 16, 23.1.2004, p. 54–55 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/08/2013; Imħassar b' 32013D0638

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/71(1)/oj

    32004D0071



    Official Journal L 016 , 23/01/2004 P. 0054 - 0055


    Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni

    ta' l-4 ta' Settembru 2003

    fuq il-ħtiġiet essenzali relattivi għall-apparat ta' komunikazzjoni bir-radju minn fuq il-baħar li hu maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex jipparteċipa fis-Sistema Globali Martittima għall-Periklu u s-Sigurta' (GMDSS)

    (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2003) 2912)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2004/71/KE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità' Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Marzu 1999 fuq l-apparat tar-radju u l-apparat tat-trasmissjoni tat-telekomunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformita' tagħhom [1], u b'mod partikulari l-Artikolu 3(3)(e),

    Billi:

    (1) Numru ta' Stati Membri implementaw jew biħsiebhom jimplementaw prinċipji u regoli komuni ta' sigurta' għall-apparat tar-radju fuq vapuri non-SOLAS (Sigurta' tal-Ħajja fuq il-Baħar).

    (2) L-armonizzazzjoni tas-servizzi tar-radju għandha tikkontribwixxi għal navigazzjoni aktar żgur tal-vapuri non-SOLAS, b'mod partikulari f'każ ta' periklu u ta' kondizzjonijiet ħżiena tat-temp.

    (3) Iċ-Ċirkolari 803 tal-Kumitat għas-Sigurta' Marittima (MSC) fuq il-parteċipazzjoni ta' vapuri non-SOLAS fis-Sistema Globali Marittima għall-Periklu u s-Sigurta' (GMDSS) u r-Riżoluzzjoni MSC.77(69) ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) jistiednu lill-Gvernijiet japplikaw il-prinċipji ta' azzjoni għall-parteċipazzjoni ta' vapuri non-SOLAS fil-GMDSS u jħeġġu lill-Gvernijiet biex jitolbu li ċerti aspetti jkunu implementati b'konnessjoni mal-GMDSS fuq l-apparat tar-radju li għandu jintuża fuq il-vapuri kollha.

    (4) Ir-Regolamenti tar-Radju ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (ITU) jispeċifikaw ċerti frekwenzi magħżula biex jintużaw mill-GMDSS. L-apparat kollu tar-radju li jaħdem fuq dawk il-frekwenzi maħsub biex jintuża waqt xi periklu għandu jkun kompatibbli ma' l-użu msemmi ta' dawk il-frekwenzi u għandu jipprovdi garanzija raġonevoli ta' assigurazzjoni li se jiffunzjona b'mod korrett waqt xi periklu.

    (5) L-għan tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/638/KE tat-22 ta' Settembru 2000 fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għall-apparat ta' komunikazzjoni marittimu maħsub għall-vapuri non-SOLAS li huma tajbin biex ibaħħru u li hu maħsub biex jipparteċipa fis-sistema globali marittima għall-periklu u s-sigurta' (GMDSS) u li mhux kopert mid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE fuq apparat marittimu [2] hu limitat għal apparat li hu maħsub biex jitwaħħal fuq vapuri tajbin biex ibaħħru. L-għan ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun estiż biex ikopri l-apparat GMDSS għall-użu fuq il-vapuri kollha non-SOLAS. Huwa kkonsidrat li l-livell għoli ta' sigurta' mogħti b'din id-Deċiżjoni hu rilevanti għall-vapuri kollha u għalhekk l-għan tad-Deċiżjoni għandu jkun emendat sabiex l-istess talbiet japplikaw biex ikopru l-użu ta' l-apparat GMDSS fuq vapuri barra mill-iskop ta' SOLAS u tad-Direttiva fuq l-apparat Marittimu kemm jekk huma f'kondizzjoni tajba biex ibaħħru kemm jekk m'humiex. Id-Deċiżjoni Nru. 2000/638/KE għandha tkun għalhekk sostitwita.

    (6) Il-miżuri preżentati f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Assessjar tal-Konformita' tat-Telekomunikazzjonijiet u għas-Sorveljanza tas-Suq,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal apparat tar-radju maħsub għall-użu fuq vapuri non-SOLAS u maħsub biex jipparteċipa fis-Sistema Globali Marittima għall-Periklu u s-Sigurta' (GMDSS) kif stabbilit fil-Kapitlu IV tal-Konvenzjoni ta' SOLAS li qed taħdem

    (a) fis-servizz marittimu mobbli kif definit fl-Artikolu 1.28 tar-Regolamenti tar-Radju ta' l-ITU, jew

    (b) fis-servizz marittimu ta' satellita mobbli kif definit fl-Artikolu 1.29 tar-Regolamenti tar-Radju ta' l-ITU.

    Artikolu 2

    L-apparat tar-radju li jaqa' taħt l-għan ta' din id-Deċiżjoni kif speċifikat fl-Artikolu 1, għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jassigura funzjonament tajjeb meta jkun espost għal ambjent marittimu, jilħaq ir-rekwiżiti kollha ta' funzjonament tal-GMDSS f'kondizzjonijiet ta' periklu u jipprovdi komunikazzjoni ċara u b'saħħitha b'livell għoli ta' fedelta' tar-rabta tal-komunikazzjoni analoga jew diġitali.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni Nru. 2000/638/KE hija revokata.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-4 ta' Settembru 2004.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Settembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10.

    [2] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 52.

    --------------------------------------------------

    Top