Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0023

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Diċembru 2003 li tistipula l-bidu ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 27(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 dwar il-vjolazzjoni tal-libertà ta' assoċjazzjoni fil-Belarus

    ĠU L 5, 9.1.2004, p. 90–90 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/23(1)/oj

    32004D0023



    Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0090 - 0090


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta' Diċembru 2003

    li tistipula l-bidu ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 27(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 dwar il-vjolazzjoni tal-libertà ta' assoċjazzjoni fil-Belarus

    (2004/23/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 ta' l-10 ta' Diċembru 2001 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2004 [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1686/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 27 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni dwar allegati vjolazzjonijiet tal-libertà ta' assoċjazzjoni f'Belarus. L-informazzjoni kienet mogħtija mill-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions Ħielsa (ICFTU), mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) u mill-Konfederazzjoni Dinjija tax-Xogħol (WCL) flimkien.

    (2) L-Artikolu 26(1)(b) jipprovdi għall-irtirar temporanju ta' preferenzi ta' tariffi, fil-konfront tal-prodotti kollha jew uħud minnhom, li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju għal "vjolazzjoni serja u sitematika tal-libertà ta' assoċjazzjoni, id-dritt ta' negozjar kollettiv jew il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni fil-konfront ta' impjieg u okkupazzjoni, jew użu tax-xogħol tat-tfal, skond il-Konvenzjoni rilevanti ta' l-ILO".

    (3) Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija dwar allegati vjolazzjonijiet tal-libertà ta' assoċjazzjoni f'Belarus. L-allegati vjolazzjonijiet jirrigwardaw restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-ħaddiema u ta' min iħaddem li jistabbilixxu organizzazzjonijiet ta' l-għażla tagħhom mingħajr indħil mill-awtoritajiet pubbliċi, indħil mill-awtoritajiet pubbliċi fl-elezzjonijiet tat-trade unions, limitazzjoni ta' attivitajiet tat-trade unions u ripressjoni tal-mexxejja u attivisti tat-trade unions, skond il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u Protezzjoni tad-Dritt ta' Organizzazzjoni Nru 87 u l-Konvenzjoni dwar id-Dritt ta' Organizzazzjoni u Negozjar Kollettiv Nru 98 ta' l-Għaqda Dinjija tax-Xogħol. Il-Kummissjoni jidhrilha li jeżistu raġunijiet suffiċjenti għal investigazzjoni.

    (4) Il-miżuri previsti f'din id-deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

    IDDEĊIEDIET DAN LI ĠEJ:

    Artikolu waħdani

    Il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni dwar vjolazzjonijiet allegati tal-libertà ta' assoċjazzjoni f'Belarus.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Pascal Lamy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 346, tal-31.12.01, pġ. 1.

    [2] ĠU L 240, tas-26.09.03, pġ. 8.

    --------------------------------------------------

    Top