This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R2012
Commission Regulation (EC) No 2012/2003 of 14 November 2003 correcting Regulation (EC) No 2535/2001 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 1255/1999 as regards the import arrangements for milk and milk products and opening tariff quotas and derogating from that Regulation
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2012/2003 ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi u jagħti deroga minn dak ir-Regolament
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2012/2003 ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi u jagħti deroga minn dak ir-Regolament
ĠU L 297, 15.11.2003, p. 19–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
Official Journal L 297 , 15/11/2003 P. 0019 - 0021
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2012/2003 ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi u jagħti deroga minn dak ir-Regolament IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/2003 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1787/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 29(1) tieghu, Billi: (1) Sabiex ikunu mplementati il-konċessjonijiet li hemm provvediment dwarhom fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/263/KE tas-27 ta’ Marzu 2003 dwar il-firma u l-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ fil-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Polonja, minn naħa l-oħra, sabiex jittieħed qies tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet rigward konċessjonijiet agrikolu reċiproki [3], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 787/2003 [4] jibdel, inter alia, il-punt 1 tal-parti I.B ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1157/2003 [6], b’effett mill-1 ta’ Mejju 2003. F’dik l-okkażżjoni, referenza għal postilla li tistqarr li l-importazzjoni permezz ta’ kwota hija rriservata għall-prodotti li ma jkunux irċevew xi tip ta’ susidju fil-Polonja, bi żball irreferiet ukoll għal-prodotti li ma humiex suġġetti għal dik il-kondizzjoni. Dik il-kondizzjoni għandha għalhekk tkun abolita għall-prodotti kkonċernata b’effett mill-1 ta’ Mejju 2003. (2) B’segwiment ta’ l-aħħar emenda tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 issa jinkorpora id-dispożizzjonijiet implementattivi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/465/KE [7], li tirrigwardja l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità u n-Norveġja li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli. (3) L-imsemmi Ftehim jirigwardja, inter alia, għal tibdil, mill-1 ta’ Lulju 2003, tal-metodu ta’ l-amministrazzjoni ta’ kwota, preċedentament ibbażata fuq il-ħruġ ta’ ċertifikati IMA 1 kif hemm provvediment dwar dan fit-Titolu 2, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, bl-amministrazzjoni fuq il-bażi biss ta’ liċenza tal-importazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fil-Kapitolu I tal-imsemmi Titolu 2. (4) Dik l-amministrazzjoni hija kkaratteriżata fi proċedura ta’ l-approvazzjoni li teħtieġ li l-operaturi jippreżentaw applikazzjonijiet għall-approvazzjoni sa l-1 ta’ April ta’ kull sena. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1157/2003 jeżenta lill-operaturi mill-proċedura ta’ l-approvazzjoni għall-ftuħ fl-1 ta’ Lulju 2003 ta’ l-ewwel tranki ta’ kwoti għall-importazzjoni min-Norveġja, referuti fl-Anness I, il-parti H, tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, meta jkun jkun meqjus li ma jkunx aktar possibli li jintlaħaq il-limitu ta’ żmien ta’ l-1 ta’ April għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni. Għall-ftuħ tat-tieni tranki ta’ dawk il-kwoti, skedat għal Jannar 2004, preċeduri transizzjonali ta’ l-approvazzjoni għandhom ikunu stabbiliti għall-operaturi kkonċernati. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jkun ikkorreġut u t-trattat b’deroga, bħala riżultat ta’ dan. (7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I, il-parti I.B, tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-punt 1 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 1. B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għal kwoti ta’ tariffi referuti fl-Anness I, il-parti H, ta’ l-imsemmi REgolament, u miftuħa fl-1 ta’ Jannar 2004, approvazzjoni għandha tkun mogħtija lill-kwalunkwe operatur li jippreżenta sa l-1 ta’ Diċembru 2003 applikazzjoni għall-approvazzjoni bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fl-imsemmi Artikolu. 2. B’deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001: (a) l-awtorità kompetenti għandha tinforma lil-applikanti għall-approvazzjoni tal-kwoti referuri fl-Anness I, il-part H, ta’ l-imsemmi Regolament bir-riżultat tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni sal-15 ta’ Diċembru 2003; (b) l-approvazzjoni għandha tkun valida għal sitt xhur biss. 3. B’deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001: (a) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni, sa l-20 ta’ Diċembru 2003, bi qbil mal-paragrafu 3 ta’ l-imsemmi Artikolu, il-lista ta’ l-operaturi approvati sabiex jieħdu sehem fl-allokazzjoni tal-kwoti referuti fl-Anness I, il-parti H, ta’ l-imsemmi Regolament, miftuħa fl-1 ta’ Jannar 2004; (b) biss dawk l-operaturi murija fil-lista referuta taħt il-punt (a) għandhom ikunu awtorizzati li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-liċenzi matul il-perijodu mill-1 Jannar sat-30 Ġunju 2004 għall-kwoti referuti fl-Anness I, il-parti H, ta’ l-imsemmi Regolament, miftuħa fl-1 ta’ Jannar 2004. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jkun japplika mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ, ħlief għall-Artikolu 1, li għandu jibda japplika mill-1 ta’ Mejju 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Novembru 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 121. [3] ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 53. [4] ĠU L 115, tad-9.5.2003, p. 18. [5] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 29. [6] ĠU L 162, ta’ l-1.7.2003, p. 19. [7] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 48. -------------------------------------------------- L-ANNESS "1. Prodotti li joriġinaw fil-Polonja Numru tal-kwota | Kodiċi NM | Deskrizzjoni (1) | Ir-rata tad-dazju applikabbli (% tad-dazju NPF) | Kwanitajiet annwali (tunnellati) mill- 1.7.2002 sat- 30.6.2003 | Kwanitijiet miftuħa fil- 1.7.2002 (3) | Kwanitijiet miftuħa fil- 1.1.2003 (3) | Kwanitijiet miftuħa fil- 1.5.2003 | Kwanitajiet annwali (tunnellati) mill- 1.7.2003 sat- 30.6.2004 | Żieda annwali mill- 1.7.2004 | 09.4813 | 040210190402211904022199 | Trab tal-ħalib | Eżenzjoni | 12575 | 6000 | 6000 | 575 | 14300 | 1430 | 09.4814 | 040510110405101904051030040510500405109004052090 | Butir u dlik mill-ħalib (2) | Eżenzjoni | 7545 | 3600 | 3600 | 345 | 8580 | 860 | 09.4815 | 0406 | Ġobnijiet (2) | Eżenzjoni | 11318 | 5400 | 5400 | 518 | 12870 | 1290" | --------------------------------------------------