This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1435
Council Regulation (EC) No 1435/2003 of 22 July 2003 on the Statute for a European Cooperative Society (SCE)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE)
ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 207 , 18/08/2003 P. 0001 - 0024
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3], Billi: (1) Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjonijiet fit-13 ta' April 1983 dwar kooperattivi fil-Komunitajiet Ewropej [4], fid- 9 ta' Lulju 1987 dwar il-kontribuzzjoni ta' kooperattivi għal żvilupp reġjonali [5], fis-26 ta' Mejju 1989 fuq ir-rwol tan-nisa f'kooperattivi u inizjattivi għal impjieg lokali [6], fil-11 ta' Frar 1994 fuq il-kontribuzzjoni ta' kooperattivi għal żvilupp reġjonali [7] u fit-18 ta' Settembru 1998 fuq ir-rwol ta' kooperattivi għat-tkabbir ta' impjiegi għan-nisa [8]. (2) Il-kompletar tas-suq intern u t-titjib li dan iġib fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali madwar il-Komunità ma jfissirx biss li l-ostakoli għall-kummerċ għandhom ikunu mneħħija, imma wkoll li l-istrutturi tal-produzzjoni għandhom ikunu adattati għad-dimensjoni tal-Komunità. Għal dak l-iskop huwa essenzali li kumpanniji ta' kull tip ta' kummerċ li mhux limitat biex jilħaq biss il-bżonnijiet lokali għandhom ikunu kapaċi li jippjananw u jmexxu r-riorganizzazzjoni tal-kimmerċ tagħhom fuq skala tal-Komunità. (3) Il-qafas legali li fuqu għandu jkun immexxi l-kummerċ fil-Komunità għadu bbażat il-biċċa l-kbira fuq liġijiet nazzjonali u għalhekk ma jikkorrispondix mal-qafas ekonomiku li fuqu għandu jiżviluppa l-kummerċ sabiex l-għanijiet mħejjija fl-Artikolu 18 tat-Trattat ikunu miksuba. Dik is-sitwazzjoni toħloq ostaklu konsiderevoli għall-formazzjoni ta' gruppi ta' kumpanniji minn Stati Membri differenti. (4) Il-Kunsill adotta dan ir-Regolament (KE) Nru 2157/2001 [9] li jistabbilixxi l-forma legali tal-Kumpanija Ewropea (SE) skond il-prinċipji ġenerali tal-kumpanniji b'responsabbilitajiet pubbliċi limitati. Dan l-istrument mhux adattat għall-karatteristiċi speċifiċi tal-kooperattivi. (5) Ir-Raggruppament ta' Interess Ekonomiku Ewropew (EEIG), kif imsemmi fir-Regolament (KEE) Nru 2137/85 [10], jippermetti lill-impriżi biex jippromovu ċerta attivitajiet komuni tagħhom, filwaqt li madankollu jżommu l-indipendenza tagħhom, iżda ma jilħaqx il-ħtiġiet speċifiċi ta' intrapriża kooperattiva. (6) Il-Komunità, bl-iskop li tassigura kondizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tagħha, għandha tipprovdi kooperattivi, li huma forma ta' organizzazzjoni ġeneralment rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha, bi strumenti legali adattati li huma kapaċi jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' attivitajiet tagħhom minn fruntiera għall-oħra. In-Nazzjonijiet Uniti ħeġġet lill-gvernijiet kollha sabiex jassiguraw ambjent ta' sostenn li fih il-kooperattivi jistgħu jipparteċipaw fuq livell indaqs ma' forom oħra ta' intrapriżi [11]. (7) Kooperattivi huma primarjament gruppi ta' persuni jew entitajiet legali bi prinċipji operattivi partikolari li huma differenti minn dawk ta' aġenti ekonomiċi oħra. Dawn jinkludu l-prinċipji ta' struttura demokratika u kontroll u d-distribuzzjoni tal-profitt nett għas-sena finanzjarja fuq bażi ta' ekwità. (8) Dawn il-prinċipji partikolari jinkludu notevolment il-prinċipju tal-preminenza ta' l-individwu li hu rifless fir-regoli speċifiċi dwar sħubija, riżenja u espulsjoni, fejn ir-regola ta' "persuna waħda, vot wieħed" hi stabbilita u d-dritt tal-vot hu mogħti lill-individwu, bl-implikazzjoni li l-membri m' għandhomx drittijiet fuq l-assi tal-kooperattiva. (9) Kooperattivi għandhom kapital f'ishma u l-membri tagħhom jistgħu jkunu individwi jew intrapriżi. Dawn il-membri jistgħu jikkonsistu totalment jew parzjalment fi klijenti, impjegati jew fornituri. Meta kooperattiva hi magħmula minn membri li huma intrapriżi kooperattivi huma nfushom, hija magħrufa bħala kooperattiva "sekondarja" jew tat-"tieni grad". F'ċerta ċirkostanzi kooperattivi jista' jkollhom ukoll fost il-membri tagħhom proporzjon speċifiku ta' membri investituri li ma jużawx is-servizzi tagħhom, jew ta' terzi persuni li jibbenefikaw mill-attivitajiet tagħhom jew li jagħmlu xogħol f'isimhom. (10) Soċjetà Kooperattiva Ewropea (hawnhekk iżjed il quddiem imsejħa "SCE") għandu jkollha l-bżonnijiet tal-membri tagħha u/jew ta' l-iżvilupp ta' l-attivitajiet ekonomiċi u/jew soċjali tagħhom bħala l-iskop prinċipali tagħha, skond il-prinċipji li ġejjin: - l-attivitajiet tagħha għandhom ikunu mmexxija għall-benefiċju tal-membri sabiex kull membru jibbenefika mill-attivitajiet ta' l-SCE skond il-parteċipazzjoni tiegħu/tagħha, - membri ta' l-SCE għandhom ikunu wkoll klijenti, impjegati jew fornituri jew għandhom ikunu involuti b'xi mod ieħor fl-attivitajiet ta' l-SCE, - il-kontroll għandu jkun fis-setgħa tal-membri ugwalment, għalkemm voti peżati jistgħu jiġu ammessi, sabiex jirriflettu l-kontribuzzjoni għall-SCE ta' kull membru, - għandu jkun hemm interess limitat fuq self u kapital f'ishma, - il-profitti għandhom ikunu mqassma skond in-negozju magħmul ma' l-SCE jew miżmuma għall-bżonnijiet tal-membri, - m'għandux ikun hemm restrizzjonijiet artifiċjali fuq sħubija, - assi netti u riservi għandhom ikunu mqassma fi stralċ skond il-prinċipju ta' distribuzzjoni diżinteressat, fi kliem ieħor lil korp kooperattiv ieħor konformi ma' għanijiet simili jew skopijiet ta' interess ġenerali. (11) Kooperazzjoni mingħajr fruntieri bejn kooperattivi fil-Komunità attwalment hija mfixkla minħabba diffikultajiet legali u amministrattivi li għandhom ikunu eliminati f'suq mingħajr fruntieri. (12) L-introduzzjoni ta' forma legali Ewropea għal kooperattivi, bbażata fuq prinċipji komuni iżda li tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, għandha tagħtihom is-setgħa li joperaw barra l-fruntieri nazzjonali tagħhom fit-territorju kollhu jew f'parti mit-territorju tal-Komunità. (13) L-għan essenzjali ta' dan ir-Regolament hu li jagħmel possibbli l-istabbiliment ta' SCE minn persuni fiżiċi residenti fi Stati Membri differenti jew entitajiet legali stabbiliti skond il-liġijiet ta' Stati Membri differenti. Dan jagħmel possibbli ukoll l-istabbiliment ta' SCE permezz ta' għaqda ta' żewġ kooperattivi eżistenti, jew b'konverżjoni ta' kooperattiva nazzjonali fil-forma l-ġdida qabel l-istralċ, meta dik il-kooperattiva għandha l-indirizz uffiċjali u l-kwartjieri ġenerali f'wieħed mill-istati Membri u stabbiliment jew sussidjarju fi Stat Membru ieħor. (14) Konxju tal-karatteristiċi speċifiċi komunitarji ta' SCE, l-arranġament tas-"sede reali" adottat minn dan ir-Regolament dwar l-SCEs ma jaffettwax il-liġijiet ta' l-Istati Membri u ma tostakolax l-għażliet li għandhom isiru rigward testi oħra tal-Komunità dwar il-liġi tal-kumpanniji. (15) Referenzi għal kapital f'dan ir-Regolament għandhom jinkludu biss il-kapital sottoskrittt. Dan m'għandux jaffettwa assi konġunti/kapital f'ishma li mhumiex distribwiti fl-SCE. (16) Dan ir-Regolament ma jinkludix oqsma oħra tal-liġi bħal taxxa, kompetizzjoni, proprjetà intellettwali jew insolvenza. Id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ta' l-Istati Membri u tal-liġi tal-Komunità huma għalhekk applikabbli fl-oqsma msemmija hawn fuq u f'oqsma oħrajn li mhumiex imsemmija f'dan ir-Regolament. (17) Ir-regoli fuq l-involviment ta' l-impjegati fis-Soċjetà Kooperattiva Ewropea huma stipulati fid-Direttiva 2003/72/KE [12], u dawk id-dispożizzjonijiet għalhekk jikkumplimentaw dan ir-Regolament b'mod strett u għandhom jkunu applikati flimkien. (18) Ix-xogħol għall-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-kumpanniji għamel progress sostanzjali sabiex ċerta dispożizzjonijiet adottati mill-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali bl-għan li timplimentaw direttivi fuq kumpanniji jistgħu jkunu kkonsultati b'mod analoġiku għall-SCE f'oqsma fejn it-tħaddim tal-kooperattiva m'għandux ħtieġa għal regoli uniformi tal-Komunità, dispożizzjonijiet bħal dawn ikunu xierqa għall-arranġamenti li jirregolaw l-SCE, speċjalment: - l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad- 9 ta' Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri tal-kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat, bl-iskop li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti fil-Komunità kollha [13], - ir-raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 fuq il-kontijiet ta' kull sena ta' ċerta tipi ta' kumpanniji [14], - is-seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 fuq kontijiet konsolidati [15], - it-tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ta' l-10 ta' April 1984 fuq l-approvazzjoni tal-persuni responsabbli għat-tmexxija ta' verifiki statutarji ta' dokumenti ta' kontabilità [16], - il-ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta'Diċembru 1989 dwar ħtiġiet ta' żvelar fil-każ ta' fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerta tipi ta' kumpanniji regolati mill-liġi ta' Stat ieħor [17]. (19) Attivitajiet fil-qasam ta' servizzi finanzjarji b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw stabbilimenti ta' kreditu u impriżi ta' assigurazzjoni huma suġġetti għal miżuri leġislattivi skond id-Direttivi li ġejjin: - Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 fuq il-kontijiet ta' kull sena u kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra [18], - Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE fuq il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar assigurazzjoni diretta minbarra assigurazzjoni fuq il-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni li mhix fuq il-ħajja) [19]. (20) Din il-forma ta' organizzazzjoni m'għandhiex tkun obbligatorja, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: IL-KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Forma ta' l-SCE 1. Soċjetà kooperattiva tista' tkun stabbilita fit-territorju tal-Komunità fil-forma ta' Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) bil-kondizzjonijiet u bil-mod stabbilit f'dan ir-Regolament. 2. Il-kapital sottoskritt ta' SCE għandu jkun maqsum f'ishma. In-numru ta' membri u l-kapital ta' SCE għandu jkun varjabbli. Sakemm mhux stipulat mod ieħor fl-istatuti ta' l-SCE meta dik l-SCE hi ffurmata, ebda membru m'għandu jkun responsabbli għal aktar mill-ammont sottoskritt tiegħu/tagħha. Meta l-membri ta' l-SCE għandhom responsabbiltà limitata, l-isem ta' l-SCE għandu jispiċċa bil-kelma "limitata". 3. SCE għandu jkollha bħala l-objettiv prinċipali tagħha li tilħaq il-bżonnijiet tal-membri tagħha u/jew l-iżvilupp ta' l-attivitajiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, b'mod partikolari permezz tal-konklużjoni ta' ftehim magħhom sabbiex jipprovdu merkanzija jew servizzi jew biex jagħmlu dak it-tip ta' xogħol li l-SCE twettaq jew tikkummissjona. SCE jistgħa jkollha wkoll bħala l-objettiv tagħha is-sodisfazzjon tal-bżonnijet tal-membri tagħha billi tippromovi, bil-mod imsemmi hawn fuq, il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet ekonomiċi, f'waħda jew iktar SCEs u/jew kooperattivi nazzjonali. SCE tista' tmexxi l-attivitajiet tagħha permezz ta' sussidjarju. 4. SCE ma tistax testendi l-benefiċċji ta' l-attivitajiet tagħha għal dawk li mhumiex membri jew tħallihom jieħdu sehem fil-kummerċ tagħha, minbarra meta l-istatuti jipprovdu mod ieħor. 5. SCE għandu jkollha personalità legali. 6. L-involviment ta' impjegati f'SCE għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/72/KE. Artikolu 2 Formazzjoni 1. SCE tista' tkun iffurmata kif ġej: - minn ħames jew iktar persuni naturali residenti f'mill-inqas żewġ Stati Membri, - minn ħames jew iktar persuni naturali u kumpanniji u ditti fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat u korpi legali oħra regolati bil-liġi pubblika jew privata, iffurmata skond il-liġi ta' Stat Membru, residenti fi, jew regolati bil-liġi ta', mill-inqas żewġ Stati Membri differenti, - minn kumpanniji u ditti fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat u korpi legali oħra li huma regolati mill-liġi pubblika jew privata ffurmati skond il-liġi ta' Stat Membru li huma regoalati mill-liġi ta' mill-inqas żewġ Stati Membri differenti, - permezz ta' għaqda bejn kooperattivi kostitwiti skond il-liġi ta' Stat Membru b'indirizzi uffiċċjali u l-uffiċċji ewlenin fil-Komunità, bil-kondizzjoni li mill-inqas tnejn minnhom huma regolati mill-liġi ta' Stati Membri differenti, - b'konverżjoni ta' kooperattiva ffurmata skond il-liġi ta' Stat Membru, li għandu l-indirizz uffiċċjali u l-uffiċċju ewlieni fil-Komunità jekk għal mill-inqas sentejn kellu stabbiliment jew sussidjarju rregolat mil-liġi ta' Stat Membru ieħor. 2. Stat Membru jista' jipprovdi li korp legali li m'għandux l-uffiċċju ewlieni fil-Komunità jista' jipparteċipa fil-formazzjoni ta' SCE bil-kondizzjoni li korp legali jkun ffurmat skond il-liġi ta' Stat Membru, għandu l-indirizz uffiċjali f'dak l-Istat Membru u għandu konnessjoni effettiva u kontinwata ma' l-ekonomija ta' dak l-Istat Membru. Artikolu 3 Kapital minimu 1. Il-kapital ta' SCE għandu jkun imfisser bil-munita nazzjonali. SCE li għandha l-indirizz uffiċjali barra ż-żona Euro tista' wkoll tesprimi l-kapital tagħha bl-euro. 2. Il-kapital sottoskritt m'għandux ikun inqas minn 30000 EUR. 3. Il-liġijiet ta' l-Istat Membru li jeħtieġ iktar kapital sottoskritt għal korpi legali li jwettqu xi tip ta' attivitajiet għandhom jgħoddu għal SCEs b'indirizzi uffiċċjali f'dak l-Istat Membru. 4. L-istatuti għandhom jistipulaw somma bħala l-inqas ammont possibbli tal-kapital sottoskritt bħala rizultat tal-ħlas lura ta' l-ishma ta' dawk li ma jibqgħux membri ta' l-SCE. Din is-somma ma tistax tkun inqas mill-ammont stabbilit fit-tieni paragrafu. Id-data stipulata fl-Artikolu 16 li jistabbilixxi li dawk li ma jibqgħux membri ta' l-SCE huma intitolati għal ħlas lura għandha tkun sospiża meta ħlas lura jirriżulta fil-kapital sottoskritt li jaqgħa taħt il-limitu magħmul. 5. Il-kapital jista' jkun miżjud b'sottoskrizzjonijiet suċċessivi mill-membri jew bl-ammissjoni ta' membri ġodda, u jista' jkun imnaqqas bil-ħlas lura totali jew parzjali ta' sottoskrizzjonijiet, bla ħsara għal paragrafu 4. M'għandux ikun hemm ħtieġa għal emenda ta' l-istatut jew żvelar fil-każ ta' varjazzjonijiet fl-ammont tal-kapital. Artikolu 4 Kapital ta' l-SCE 1. Il-kapital sottoskritt ta' SCE għandu jkun rappreżentat bl-ishma tal-membri, mfissra bil-munita nazzjonali. SCE li għandha l-indirizz uffiċċjali barra ż-żona Euro tista' wkoll tfisser l-ishma tagħha bil-euro. Iktar minn klassi waħda ta' ishma jistgħu jkunu maħruġa. L-istatuti jipprovdu li klassijiet differenti ta' ishma għandhom jagħtu drittijiet differenti rigward id-distribuzzjoni tal-bilanċ. Ishma li jagħtu l-istess drittijiet għandhom jikostitwixxu klassi waħda. 2. Il-kapital jistgħa jkun magħmul biss minn assi li huma suxxettibli għal stima eknomika. Ishma tal-membri ma jistgħux ikunu maħruġa sabiex impriża twettaq xogħol jew servizzi ta' fornitura. 3. L-ishma għandhom jkunu miżmuma minn persuni msemmija. Il-valur nominali ta' ishma fi klassi waħda għandhom ikunu identiċi. Dan għandu jkun stabbilit fl-istatuti. Ishma ma jistgħux ikunu maħruġa bi prezz iktar baxx mill-valur nominali tagħhom. 4. Ishma maħruġa għall-flus għandhom ikunu mħallsa fil-ġurnata tas-sottoskrizzjoni għal mhux inqas minn 25 % tal-valur nominali tagħhom. Il-bilanċ għandu jkun imħallas f'ħames snin kemm-il darba l-istauti jipprovdu għal perjodu inqas minn dan. 5. Ishma maħruġa għal raġunijet oħra u mhux għall-flus għandhom ikun imħallsa kompletament fil-ħin tas-sottoskrizzjoni. 6. Il-liġi applikabbli għall-kumpanniji pubbliċi limitati fl-Istat Membru fejn l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali, tikkonċerna l-ħatra ta' esperti u l-valutazzjoni ta' kunsiderazzjoni oħra li mhix flus, għandha tgħodd b' mod analogu għall-SCE. 7. L-istatuti għandhom jistipulaw in-numru minimu ta' ishma li għandhom ikunu sottoskritti sabiex jikkwalifikaw għal sħubija. Jekk jistipulaw li l-maġġoranza ta' laqgħat ġenerali għandhom ikunu kostitwiti minn membri li huma persuni naturali u jekk jistipulaw sottoskrizzjoni bħala ħtieġa għal membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' l-SCE, ma jistgħux jissoġġettaw is-sħubija għal sottoskrizzjoni ta' iktar minn sehem wieħed. 8. Meta tikkonsidra l-kontijiet għas-sena finanzjarja, l-laqgħa ġenerali ta' kull sena għandha tirreġistra l-ammont tal-kapital fl-aħħar tas-sena finanzjarja u l-varjazzjoni b'referenza għas-sena finanzjarja ta' qabel permezz ta' riżoluzzjoni. Fuq il-proposta ta' l-organu amministrattiv jew ta' l-immaniġġjar, il-kapital sottoskritt jista' jkun miżjud bil-kapitalizzazzjoni tar-riservi kollha jew parti minnhom li huma miftuħa għad-distribuzzjoni, wara deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali, skond il-kworum u l-ħtiġiet tal-maġġoranza għal emenda ta' l-istatuti. Ishma ġodda għandhom ikunu mogħtija lil membri approporzjon ta' l-ishma tagħhom fil-kapital ta' qabel. 9. Il-valur nominali ta' ishma jista' jkun miżjud bil-konsolidazzjoni ta' l-ishma maħruġa. Fejn din iż-żieda teħtieġ sejħa għal pagamenti supplimentari mill-membri skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti, id-deċiżjoni għandha tkun meħuda mill-laqgħa ġenerali skond il-kworum u l-ħtiġiet tal-maġġoranza għall-emenda ta' l-istatuti. 10. Il-valur nominali ta' l-ishma jista' jkun imnaqqas bis-suddiviżjoni ta' l-ishma maħruġa. 11. Skond l-istatuti u l-ftehim tal-laqgħa ġenerali jew ta' l-organu amministrattiv jew ta' l-immaniġġjar, ishma jistgħu jkunu assenjati jew mibjugħa lil membru jew lil xi ħadd li jsir membru. 12. SCE ma tistax tissottoskrivi l-ishma tagħha stess, tixtrihom jew taċċettahom bħala titolu, direttament jew permezz ta' persuna li taġixxi f'ismu/isimha stess iżda fl-interess ta' l-SCE. Ishma ta' SCE jistgħu, madankollu, ikunu aċċettati bħala titolu fl-operazzjonijiet ordinarji ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ta' SCE. Artikolu 5 Statuti 1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "l-istatuti ta' SCE" għandha tirreferi kemm għall-istrument ta' inkorporazzjoni u, meta huma s-suġġett ta' dokument separat, l-istatuti ta' l-SCE. 2. Il-membri fundaturi għandhom jagħmlu l-istatuti ta' l-SCE skond id-dispożizzjonijiet għall-kostituzzjoni ta' soċjetajiet kooperattivi stabbiliti bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali. L-istatuti għandhom ikunu bil-miktub u ffirmati mill-membri fundaturi. 3. Il-liġi għas-sorveljanza ta' prekawzjoni applikabbli fl-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċċjali għal kumpanniji pubbliċi limitati waqt il-fażi tal-kostituzzjoni għandhom japplikaw b'analoġija għall-kontroll tal-kostituzzjoni ta' l-SCE. 4. L-istatuti ta' l-SCE għandhom jinkludu ta' l-inqas: - l-isem ta' l-SCE, preċedut jew segwit bl-abbrevjazzjoni "SCE" u, meta approprjat, il-kelma "limitata", - prospett ta' l-għanijiet, - l-ismijiet tal-persuni naturali u l-ismijiet ta' l-entitajiet li huma membri fundaturi ta' l-SCE, filwaqt li jindikaw l-għanijiet tagħhom u l-indirizz uffiċjali fl-aħħar każ, - l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE, - il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-ammissjoni, tkeċċija u riżenja ta' membri, - id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-membri, u l-kategoriji differenti tal-membri,jekk dawn il-kategoriji huma preżenti, u d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-membri f'kull kategorija, - il-valur nominali ta' l-ishma sottoskritti, l-ammont tal-kapital sottoskritt, u indikazzjoni li l-kapital huwa varjabbli, - regoli speċifiċi dwar l-ammont li għandu jkun allokat mill-bilanċ, meta approprjat, għar-riserva legali, - il-poteri u r-risponsabbiltajiet tal-membri ta' kull organu regolatorju, - dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħatra u t-tneħħija tal-membri ta' l-organi regolatorji, - il-ħtiġiet tal-maġġoranza u tal-kworum, - it-tul ta' l-eżistenza tas-soċjetà, fejn hi ta' durazzjoni limitata. Artikolu 6 Indirizz uffiċjali L-indirizz uffiċjali ta' SCE għandu jkun allokat fil -Kommunità, fl-istess Stat Membru fejn hemm l-uffiċċju ewlieni. Stat Membru jista', barra dan, jobbliga SCEs reġistrati fit-territorju tiegħu biex jalloka l-uffiċċju ewlieni u l-indirizz uffiċjali fl-istess post. Artikolu 7 Trasferiment ta' l-indirizz uffiċjali 1. L-indirizz uffiċjali ta' SCE jista' jkun trasfert fi Stat Membru ieħor skond il-paragrafi 2 sa 16. Dan it-trasferiment m'għandux jirriżulta fl-istralċ ta' l-SCE jew fil-ħolqien ta' persuna legali ġdida. 2. L-organu ta' amministrazzjoni jew immaniġġjar għandu jagħmel proposta għal trasferiment u jippubblikaha skond l-Artikolu12, mingħajr preġudizzju għal xi għamliet oħra ta' pubblikazzjoni provvduti mill-Istat Membru ta' l-indirizz uffiċċjali. Il-proposta għandha tnizzel l-isem attwali, l-indirizz uffiċjali u n-numru ta' l-SCE u għandha tinkludi: (a) l-indirizz uffiċjali propost ta' l-SCE; (b) l-istatuti proposti ta' l-SCE inkluż, meta approprjat, l-isem il-ġdid tagħha; (ċ) il-kalendarju propost għat-trasferiment; (d) xi implikazzjoni li t-trasferiment jista' jkollu fuq l-involviment ta' l-impjegati; (e) xi drittijiet provvduti għall-protezzjoni tal-membri, kredituri jew detenturi ta' drittijiet oħra. 3. L-organu ta' amministrazzjoni jew ta' l-immaniġġjar għandu jagħmel rapport li jispjega u jiġġustifika l-aspetti legali u ekonomiċI kif ukoll l-effetti ta' l-impjieg tat-trasferiment u jispjega l-implikazzjonijiet tat-trasferiment għall-membri, kredituri, impjegati u detenturi ta' drittijiet oħra. 4. Membri, kredituri ta' SCE u detenturi ta' drittijiet oħra, u kull korp ieħor li skond il-liġi nazzjonali jista' jeserċita dan id-dritt, għandhom ikunu ntitolati, mill-inqas xahar qabel ma l-laqgħa ġenerali tkun imsejħa biex tieħu deċiżjoni fuq it-trasferiment, li jeżaminaw, fl-indirizz uffiċjali ta' l-SCE, il-proposta għat-trasferiment u r-rapport magħmul skond il-paragrafu 3 u, meta mitluba, biex jiksbu kopji ta' dawn id –dokumenti bla ħlas. 5. Kull membru li jopponi għad-deċiżjoni fuq it-trasferiment fil-laqgħa ġenerali jew f'xi laqgħa settorjali jew tas-settur jista' jibgħat ir-riżenja tiegħu fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali. Is-sħubija għandha tintemm fl-aħħar tas-sena finanzjarja li fiha saret ir-riżenja; it-trasferiment ma jkunx applikabbli għal dak il-membru. Ir-riżenja tintitola l-membru għal ħlas lura ta' l-ishma skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(4) u 16. 6. L-ebda deċiżjoni għal trasferiment ma tista' tittieħed sa xahrejn wara l-pubblikazzjoni tal-proposta. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed kif stabbilit fl-Artikolu 62(4). 7. Qabel ma l-awtorità kompetenti toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 8, l-SCE għandha tassigura li, rigward risponsabbiltajiet li jibdew qabel il-pubblikazzjonijiet tal-proposta tat-trasferiment, l-interessi ta' kredituri u ta' detenturi ta' drittijiet oħra fil-każ ta' l-SCE (fosthom dawk ta' korpi pubbliċi) kienu protetti b'mod adegwat skond il-ħtiġiet stabbiliti mill-Istat Membru fejn l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali qabel it-trasferiment. Stat Membru jista' jestendi l-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għal risponsabbiltajiet li jibdew, jew jistgħu jibdew, qabel it-trasferiment. L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' SCEs tal-leġislazzjoni nazzjonali ta' Stati Membri li tikkonċerna il-ħlas jew garanzija ta' pagamenti lil korpi pubbliċi. 8. Fl-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali, il-qorti, nutar jew awtorità kompetenti oħra għandha toħroġ ċertifikat li jivverifika l-kompletar ta' l-atti u l-formalitajiet li għandhom jiġu milħuqa qabel it-trasferiment. 9. Ir-reġistrazzjoni l-ġdida tista' ma tidħolx fis-seħħ qabel ma ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 8 ikun mogħti u xiehda tkun provduta li l-formalitajiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni fil-pajjiż ta' l-indirizz uffiċjali l-ġdid kienu kompletati. 10. It-trasferiment ta' indirizz uffiċjali ta' SCE u l-emenda konsegwenti ta' l-istatuti tagħha għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-SCE hi reġistrata skond l-Artikolu 11(1) fir-reġistru għall-indirizz uffiċjali l-ġdid. 11. Meta r-reġistrazzjoni l-ġdida ta' l-SCE tidħol fis-seħħ, ir-reġistru għar –reġistrazzjoni l-ġdida tagħha għandu jinnotifika r-reġistru tar-reġistrazzjoni l-antika. It-tħassir tar-reġistrazzjoni l-antika għandu jseħħ meta jirċievi dik in – notifikazzjoni, iżda mhux qabel. 12. Ir-reġistrazzjoni l-ġdida u t-tħassir tar-reġistrazzjoni antika għandha tkun ippubblikata fl-Istati Membri konċernati, skond l-Artikolu 12. 13. Fil-pubblikazzjoni ta' reġistrazzjoni ġdida ta' SCE, l-indirizz uffiċjali l-ġdid jista' japplika kontra terzi persuni. Madankollu, sakemm it-tħassir tar-reġistrazzjoni ta' l-SCE mir-reġistru ta' l-indirizz uffiċjali tagħha ma kienx pubblikat, terzi persuni jistgħu jkomplu jirreferu għall-indirizz uffiċjali ta' qabel ħlief jekk l-SCE turi li dawn it-terzi persuni kienu konxji ta' l-indirizz uffiċjali l-ġdid. 14. Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jipprovdu li, rigward SCEs reġistrati f'dak l-Istat Membru, t-trasferiment ta' indirizz uffiċjali li jista' jirriżulta f'bidla fil-liġi applikabbli m'għandhiex tidħol fis-seħħ jekk xi awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru jopponu għalih fil-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 6. Din l-oppposizzjoni tista' tkun ibbażata biss fuq raġunijet ta' interess pubbliku. Meta SCE hija sorveljata minn awtorità superviżorja finanzjarja nazzjonali skond id-direttivi tal-Komunità, il-jedd li topponi għall-bidla fl-indirizz uffiċjali tapplika għal din l-awtorità wkoll. Reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja għandha tkun possibbli. 15. SCE ma tistax titrasferixxi l-indirizz uffiċjali tagħha jekk proċeduri għal stralċ, fosthom stralċ volontarju, likwidazzjoni, insolvenza jew sospensjoni ta' pagamenti jew proċeduri simili oħra kienu mressqa kontriha. 16. SCE li għamlet trasferiment ta' l-indirizz uffiċjali tagħha għall-Stat Membru ieħor għandha tkun ikkunsidrata, fil-każ ta' xi azzjoni li seħħet qabel it-trasferiment skond il-paragrafu10, li għandha l-indirizz uffiċjali f'dak l-Istat Membru li fih l-SCE kienet reġistrata qabel it-trasferiment, anke jekk l-SCE hija mħarrka wara t-trasferiment. Artikolu 8 Liġi applikabbli 1. SCE għandha tkun regolata: (a) minn dan ir-Regolament; (b) fejn awtorizzata b'mod espliċitu minn dan ir-Regolament, mid- dispożizzjonijiet ta' l-istatuti tiegħu; (ċ) fil-każ ta' kwistjonijiet li mhux regolati minn dan ir-Regolament jew, fejn il-kwistjonijiet huma parzjalment regolati minnu, ta' dawk l-aspetti li mhumiex imsemmija fih, mill-: (i) liġijiet adottati minn Stati Membri fl-implimentazzjoni ta' miżuri tal-Komunità konnessi speċifikament ma' SCEs; (ii) liġijiet ta' Stati Membri li japplikaw għal kooperattiva magħmula skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali; (iii) id- dispożizzjonijiet ta' l-istauti tagħha, bl-istess mod li bih kooperattiva hi magħmula skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali. 2. Jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi għal regoli speċifiċi u/jew restrizzjonijiet konnessi man-natura tan-negozju mmexxi minn SCE, jew għal għamliet ta' kontroll minn awtorità ta' sorveljanza, dik il-liġi għandha tgħodd totalment għall-SCE. Artikolu 9 Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni Bla ħsara għal dan ir-Regolament, SCE għandha tkun trattata f'kull Stat Membru daqs li kieku kienet kooperattiva, magħmula skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fih għandha l-indirizz uffiċjali. Artikolu 10 Dettalji li għandhom ikunu mniżżla fid-dokumenti 1. Il-liġi applikabbli, fl-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali, għall-kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati li tirregola l-kontenut ta' l-ittri u d-dokumenti mibgħuta lil terzi persuni għandha tgħodd b'mod analogu għal dik l-SCE. L-isem ta' l-SCE għandu jkollu qablu jew warajh l-abbrevjazzjoni "SCE" u, meta approprjat, l-kelma "limitata". 2. SCEs biss jistgħu jinkludu l-akronimu "SCE" qabel jew wara isimhom sabiex jistabbilixxu l-forma legali tagħhom. 3. Madankollu, kumpanniji, ditti u entitajiet legali oħra reġistrati fi Stat Membru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li f'isimhom jidher l-akronimu "SCE" m'għandhomx ikunu obbligati li jbiddlu isimhom. Artikolu 11 Reġistrazzjoni u ħtiġiet ta' żvelar 1. Kull SCE għandha tkun reġistrata fl-Istat Membru li fih għandha l-indirizz uffiċjali tagħha f'reġistru nominat mill-liġi ta' dak l-Istat Membru skond il-liġi applikabbli għal kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati. 2. SCE m'għandhiex tkun reġistrata kemm-il darba ftehim fuq l-arranġamenti għall-involviment ta' l-impjegat skond l-Arikolu 4 tad-Direttiva 2003/72/KE kien konkluż, jew deċiżjoni skond l-artikolu 3(6) tad- Direttiva kienet meħuda, jew il-perjodu għan-negozjati skond l-artikolu 5 tad- Direttiva skada qabel ma kien milħuq ftehim. 3. Sabiex SCE tistabbilixxi li tkun reġistrata fi Stat Membru li uża l-għażla msemmija fl-Artikolu 7(3) tad- Direttiva 2003/72/KE permezz ta' għaqda, jew kien iffinaliżżat ftehim fuq l-arranġamenti għall-involviment ta' l-impjegati, fosthom parteċipazzjoni, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva, jew inkella ebda waħda mill-kooperattivi parteċipanti ma kienu regolati minn regoli ta' parteċipazzjoni qabel ir-reġistrazzjoni ta' l-SCE. 4. L-istatuti ta' l-SCE m'għandhomx ikunu inkompatibbli f'ebda ħin ma' l-arranġamenti għall-involviment ta' l-impjegati li kienu diġà mwaqqfa. Meta dawn l-arranġamenti l-ġodda mwaqqfa skond id-Direttiva 2003/72/KE ma jaqblux ma' l-istauti eżistenti, l-istauti għandhom ikunu emendati sa fejn hu neċessarju. F'dal-każ, Stat Membr jista' jipprovdi li l-organu amministrattiv ta' l-SCE għandu jkun intitolat li jemenda l-istatuti mingħajr deċiżjoni oħra tal-laqgħa ġenerali. 5. Il-liġi applikabbli, fl-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali, għall-kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati li tikkonċerna ħtiġiet ta' żvelar ta' dokumenti u dettalji għandha tgħodd b'mod analogu għal dik l-SCE. Artikolu 12 Pubblikazzjoni ta' dokumenti fl-Istati Membri 1. Pubblikazzjoni ta' dokumenti u dettalji li jikkonċernaw SCE u li huma ppubblikati skond dan ir-Regolament għandha tkun attwata bil-mod stabbilit fil-liġijiet ta' l-Istati Membri li huma applikabbli għal kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali. 2. Ir-regoli nazzjonali adottati skond id-Directive 89/666/KEE għandhom jgħoddu għal fergħat ta' SCE miftuħa fi Stat Membru differenti minn dak li fih għandha l-indirizz uffiċjali. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal derogi mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva sabiex jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-kooperattivi. Artikolu 13 Notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea 1. Notifika dwar ir-reġistrazzjoni ta' SCE u dwar it-tħassir ta' din ir-reġistrazzjoni għandu jkun ippubblikat sabiex jipprovdi informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' L-Unjoni Ewropea wara pubblikazzjoni skond l-Artikolu 12. Din in-notifika għandha tniżżel l-isem, in-numru, d-data u l-post fejn saret ir-reġistrazzjoni ta' l-SCE, id-data u l-post fejn saret il-pubblikazzjoni u t-titolu tal-pubblikazzjoni, l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE u s-settur ta' l-attività tagħha. 2. Meta l-indirizz uffiċjali ta' SCE hu trasferit skond l-Arikolu 7, għandu jkun ippubblikat avviż li jagħti l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu1, kif ukoll dik l-informazzjoni konnessa mar-reġistrazzjoni l-ġdida. 3. Id-dettalji imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mibgħuta lill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej sa xahar wara l-pubblikazzjoni imsemmija fl-Artikolu 12(1). Artikolu 14 Akkwist ta' sħubija 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 33(1)(b) l-akkwist ta' sħubija f'SCE għandu jkun bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-organu amministrattiv jew ta' l-immaniġġjar. Kandidati li ma aċċettawlhomx l-isħubija jistgħu jappellaw fil-laqgħa ġenerali li ssir wara l-applikazzjoni għal sħubija. Meta l-liġijiet ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali jippermettu dan, l-istauti jistgħu jipprovdu li persuni li ma jistennewx li jużaw jew jipproduċu l-merkanzija u s-servizzi ta' l-SCE jistgħu jkunu ammessi bħala membri investituri (mhux utenti). L-akkwist ta' din l-isħubija għandha tkun bla ħsara għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali jew ta' kull organu ieħor delegat mill-laqgħa ġenerali jew mill-istauti biex jagħti approvazzjoni. Membri li huma korpi legali għandhom ikunu kunsidrati bħala utenti minħabba l-fatt li huma jirrapreżentaw il-membri propji tagħhom sakemm il-membri tagħhom li huma persuni naturali huma utenti. Kemm-il darba l-istauti jipprovdu mod ieħor, sħubija ta' SCE tista' tkun akkwistata minn persuni naturali jew korpi legali. 2. L-istatuti jistgħu jagħmlu l-ammissjoni bla ħsara għal kondizzjonijiet oħra, b'mod partikolari: - sottoskrizzjoni ta' ammont minimu ta' kapital, - kondizzjonijiet konnessi ma' l-iskopijijet ta' l-SCE. 3. Fejn previst fl-istatuti, applikazzjonijiet għal żieda supplimentarja fil-kapital jistgħu jkunu indirizzati lill-membri. 4. Indiċi alfabetiku tal-membri kollha għandu jkun miżmum fl-indirizz uffiċjali ta' l-SCE, li juri l-indirizzi tagħhom u in-numru u l-klassi, jekk xieraq, ta' l-ishma li għandhom. Kull parti li għandha interess dirett u leġittimu tista' tezamina l-indiċi fuq talba tagħha, u tista' tikseb kopja ta' l-indiċi kollu jew parti minnu għal prezz li mhux iktar mill-prezz amministrattiv tiegħu. 5. Kull operazzjoni li taffettwa l-mod li bih il-kapital hu attribwit jew allokat, jew mizjud jew imnaqqas, għandha tkun imniżżla fl-indiċi tal-membri previst fil-paragrafu 4 mhux iktar tard minn xahar wara li seħħet il-bidla. 6. L-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 m'għandhomx jidħlu fis-seħħ fis-sens ta' l-SCE jew terzi persuni li għandhom interess leġittimu u dirett qabel ma jkunu imniżżla fl-indiċi msemmi fil-paragrafu 4. 7. Membri għandhom jingħataw prospett bil miktub fuq talba tagħhom li juri li l-bidla kienet imniżżla. Artikolu 15 Telf ta' sħubija 1. Sħubija għandha tkun mitlufa: - fil-każ ta' riżenja, - fil-każ ta' tkeċċija, meta l-membru jwettaq ksur serju ta' l-obbligazzjonijiet tiegħu/tagħha jew atti kontra l-interessi ta' l-SCE, - meta bl-awtoriità ta' l-istauti, fil-każ ta' trasferiment ta' l-ishma kollha ta' membru jew persuna naturali jew entità legali li akkwista sħubija, - fil-każ ta' stralċ ta' membru li mhuwiex persuna naturali, - fil-każ ta' falliment, - fil-każ ta' mewt, - f'kull sitwazzjoni oħra prevista fl-istatuti jew fil-leġislazzjoni dwar kooperattivi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali. 2. Kull membru tal-minoranza li jipponi għal emenda għall-istatuti fil-laqgħa ġenerali li bihom: (i) obbligazzjonijiet ġodda fis-sens ta' pagamenti jew servizzi oħra kienu introdotti; jew (ii) obbligazzjonijiet eżistenti għall-membri kienu sostanzjalment estiżi: jew (iii) il-perjodu ta' l-avviż tar-riżenja mill-SCE kien estiż għal iktar minn ħames snin; jista' jibgħat ir-riżenja tiegħu/tagħha sa xahrejn wara d-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali. Sħubija għandha tintemm fl-aħħar tas-sena finanzjarja attwali fil-każijiet imsemmija f'punti (i) u (ii) ta' l-ewwel subparagrafu u fl-aħħar tal-perjodu ta' avviż li applika qabel ma l-istatuti kienu emendati fil-każ imsemmmi f'punt (iii) tiegħu. L-emenda ta' l-istatuti m'għandhiex tidħol fis-seħħ fil-każ ta' dak il-membru. Riżenja għandha tintitola l-membru għal ħlas lura ta' ishma skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) u 16. 3. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa membru għandha tkun meħuda mill-organu amministrattiv jew ta' l-immaniġġjar, wara li l-membru kien mismugħ. Il-membru jista' jappella kontra deċiżjoni bħal din fil-laqgħa ġenerali. Artikolu 16 Drittijiet finanzjarji ta' membri fil-każ ta' riżenja jew tkeċċija 1. Minbarra meta l-ishma huma trasferiti u bla ħsara għall-Artikolu 3, telf ta' sħubija għandha tintitola l-membru għall-ħlas lura tal-parti tiegħu/tagħha tal-kapital sottoskritt, imnaqqsa skond telf addebitat kontra l-kapital ta' l-SCE. 2. L-ammonti mnaqqsa skond paragrafu 1 għandhom ikunu kalkolati skond il-karta tal-bilanċ tas-sena finanzjarja li fiha seħħ id-dritt għall-ħlas lura. 3. L-istatuti għandhom jistabbilixxu l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għat-tħaddim tad-dritt tar-riżenja u tistabbilixxi ż-żmien li fih għandu jsir il-ħlas lura, li ma jistax ikun ta' iktar minn tliet snin. F'kull każ, l-SCE m'għandhiex tkun obbligata li tagħmel il-ħlas lura f'inqas minn sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-karta tal-bilanċ maħruġa wara t-telf ta' l-isħubija. 4. Paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jgħoddu ukoll meta parti biss mill-pussess ta' l-ishma ta' membru għandha tkun imħallsa lura. IL-KAPITOLU II FORMAZZJONI Taqsima 1 Ġenerali Artikolu 17 Liġi applikabbli waqt il-formazzjoni 1. Bla ħsara għal dan ir-Regolament, il-formazzjoni ta' SCE għandha tkun regolata mill-liġi li tapplika għall-kooperattivi fl-Istat Membru li fih l-SCE twaqqaf l-indirizz uffiċjali tagħha. 2. Ir-reġistrazzjoni ta' SCE għandha tkun pubblikata skond l-Artikolu 12. Artikolu 18 Akkwist ta' personalità legali 1. SCE għandha takkwista personalità legali fil-ġurnata tar-reġistrazzjoni tagħha fl-Istat Membru li fih għandha l-indirizz uffiċjali tagħha, fir-reġistru nominat mill-Istat skond l-Artikolu 11(1). 2. Jekk atti huma mwettqa f'isem l-SCE qabel ir-reġistrazzjoni tagħha skond l-Artikolu 11 u l-SCE ma tieħux responsabbiltà ta' l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn dawn l-atti wara r-reġistrazzjoni tagħha, il-persuni naturali, kumpanniji, ditti jew entitajiet legali oħra li wettqu dawk l-atti għandhom ikunu responsabbli in solidum għall-egħmil ta' kull wieħed minnhom, mingħajr limitu jekk ma kienx hemm ftehim għall-kuntrarju. Taqsima 2 Formazzjoni permezz ta' għaqda Artikolu 19 Proċeduri għal formazzjoni permezz ta' għaqda SCE tista' tkun iffurmata permezz ta' għaqda magħmula skond: - il-proċedura għall-għaqda permezz ta' akkwist, - il-proċedura għal għaqda permezz tal-formazzjoni ta' persuna legali ġdida. Fil-każ ta' għaqda permezz ta' akkwist, il-kooperattiva li takkwista għandha tieħu l-forma ta' SCE meta sseħħ l-għaqda. Fil-każ ta' għaqda permezz tal-formazzjoni ta' persuna legali ġdida, din ta' l-aħħar għandha tieħu l-forma ta' SCE. Artikolu 20 Liġi applikabbli fil-każ ta' għaqda Fil-kaz ta' kwistjonijiet li mhumiex imsemmija f'din it-taqsima jew, fejn kwistjoni hija parzjalment koperta, għall-aspetti li mhumiex koperti minnha, kull kooperattiva involuta fil-formazzjoni ta' SCE permezz ta' għaqda għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet tal-liġi ta' l-Istat Membru li hija suġġetta għalih li jgħoddu għall-għaqdiet ta' kooperattivi u, jekk dan ma jseħħx, id-dispożizzjonijiet li jgħoddu għal għaqdiet interni ta' kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati skond il-liġi ta' dak l-Istat. Artikolu 21 Raġunijiet għal opposizzjoni għal għaqda Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jipprovdu li kooperattiva regolata mill-liġi ta' dak l-Istat Membru ma tistax tieħu sehem fil-formazzjoni ta' SCE permezz ta' għaqda jekk xi awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru topponi għaliha qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 29(2). Din l-opposizzjoni tista' tkun imsejsa biss fuq raġunijiet ta' interess pubbliku. Reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja għandha tkun possibbli. Artikolu 22 Kondizzjonijiet ta' għaqda 1. L-organu amministrattiv jew ta' l-immaniġġjar ta' kooperattivi li jkunu se jingħaqdu għandu jħejji termini ta' abbozz għall-għaqda. It-termini ta' abbozz għall-għaqda għandhom jinkludu dawn id-dettalji li ġejjin: (a) l-isem u l-indirizz uffiċjali tal-kooperattivi kollha li jkunu se jingħaqdu kif ukoll ta' dawk proposti għall-SCE; (b) ir-relazzjoni ta' skambju ta' ishma tal-kapital sottoskritt u l-ammont ta' kull pagament fi flus. Jekk m'hemmx ishma, diviżjoni preċiża ta' l-assi u l-valur ekwivalenti tagħha f'ishma; (ċ) it-termini għall-allokament ta' ishma fl-SCE; (d) id-data li fiha l-pussess ta' l-ishma fl-SCE għandha tintitola d-detenturi ta' l-ishma għall-bilanċ u xi kondizzjonijiet speċjali li jappettwaw dak id-dritt; (e) id-data li fiha l-operazzjonijiet tal-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu għandhom ikunu trattati għal-skopijiet ta' kontijiet daqs li kieku kienu dawk ta' l-SCE; (f) il-kondizzjonijiet speċjali jew vantaġġi assoċjati ma' obbligazzjonijiet jew titoli li mhumiex ishma li, skond l-Artikolu 66, ma jagħtux l-istatus ta' membru; (g) id-drittijiet mogħtija mill-SCE lid-detenturi ta' ishma li għandhom assoċjati magħhom drittijiet speċjali u lid-detenturi ta' titoli li mhumiex ishma, jew il-miżuri proposti li jikkonċernawhom: (h) il-forom ta' protezzjoni tad-drittijiet ta' kredituri tal-koopereattivi li jkunu se jingħaqdu; (i) kull vantaġġ speċjali mogħti lill-esperti li jeżaminaw it-termini ta' abbozz ta' għaqda jew lill-membri ta' l-organi amministrattivi, ta' l-immaniġġjar, tas-sorveljanza jew tal-kontroll ta'-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu: (j) l-istatuti ta' l-SCE; (k) informazzjoni fuq il-proċeduri li bihom huma determinati arranġamenti għall-involviment ta' l-impjegati skond id- Direttiva 2003/72/KE. 2. Il-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu jistgħu jinkludu punti oħra fit-termini ta' abbozz ta' għaqda. 3. Il-liġi applikabbli għal kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati li tikkonċerna t-termini ta' abbozz ta' għaqda għandha tgħodd b'mod analogu għal għaqda mingħajr fruntieri ta' kooperattivi għall-ħolqien ta' SCE. Artikolu 23 Spjegazzjoni u ġustifikazzjoni tat-termini ta' għaqda L-organi amministrattivi jew ta' l-immaniġġjar ta' kull kooperattiva li tkun se tingħaqad għandhom iħejju rapport miktub li jispjega u jiġġustifika it-termini ta' abbozz ta' għaqda minn punt legali u ekonomiku u b'mod partikolari ir-relazzjoni ta' skambju ta' ishma. Ir-rapport għandu jindika wkoll kull diffikultà fil-valutazzjoni speċjali. Artikolu 24 Pubblikazzjoni 1. Il-liġi applikabbli għal kumpanniji pubbliċi limitati li tikkonċerna l-ħtiġiet ta' żvelar tat-termini ta' abbozz ta' għaqdiet għandha tgħodd b'mod analogu għal kull kooperattiva li tkun se tingħaqad, bla ħsara għal rekwiżiti oħra imponuti mill-Istat Membru li għalih il-kooperattiva konċernata hi soġġetta. 2. Pubblikazzjoni tat-termini ta' l-abbozz ta' għaqda fil-gazzetta nazzjonali għandha, madankollu, tinkludi d-dettalji li ġejjin għal kull kooperattiva li tkun se tingħaqad: (a) it-tip, l-isem u l-indirizz uffiċjali ta' kull kooperattiva li tkun se tingħaqad; (b) l-indirizz tal-post jew tar-reġistru li fih hemm l-istatuti u d-dokumenti l-oħra kollha u d-dettalji ta' kull kooperattiva li tkun se tingħaqad, u n-numru tad-dħul f'dak ir-reġistru: (ċ) indikazzjoni ta' l-arranġamenti magħmula skond l-Artikolu 28 għat-tħaddim tad-drittijiet tal-kredituri tal-kooperattiva konċernata u l-indirizz li fih tista' tkun miksuba informazzjoni kompleta fuq dawk l-arranġamenti bla ħlas; (d) indikazzjoni ta' l-arranġamenti magħmula skond l-Artikolu 28 għat-tħaddim tad-drittijiet tal-membri tal-kooperattiva konċernata u l-indirizz li fih tista' tkun miksuba informazzjoni kompleta fuq dawk l-arranġamenti bla ħlas; (e) l-isem u l-indirizz uffiċjali proposti għall-SCE: (f) il-kondizzjonijiet li jistabbilixxu d-data li fiha l-għaqda għandha tidħol fis-seħħ skond l-artikolu 31. Artikolu 25 Ħtiġiet ta' żvelar 1. Kwalunkwe membru għandu jkun intitolat, mill-inqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li hi meħtieġa li tieħu deċiżjoni dwar l-għaqda, li jeżamina fl-indirizz uffiċjali dawn id-dokumenti li ġejjin: (a) it-termini ta' abbozz ta' l-għaqda msemmija fl-Artikolu 22; (b) il-kontijiet ta' kull sena u ir-rapporti tal-ġestjoni tal-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu tat-tliet snin finanzjarji ta' qabel; (ċ) prospett tal-kontijiet abbozzat skond id- dispożizzjonijiet applikabbli għall-għaqdiet interni ta' kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati, sal-punt fejn dan il-prospett huwa meħtieġ skond dawn id- dispożizzjonijiet; (d) ir-rapport ta' l-esperti fuq il-valur ta' l-ishma li għandhom ikunu distribwiti fuq skambju ta' l-assi għall-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu jew ir-relazzjoni għall-iskambju ta' ishma kif stipulat fl-Artikolu 26; (e) ir-rapport mill-organi amminsitrattivi jew ta' l-immaniġjar tal-kooperattivi kif stabbilit fl-Artikolu 23. 2. Kopja kompluta tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 1 jew, jekk hu/hi jixtieq/tixtieq hekk, estratt, jista' jkun miksub minn kull membru fuq talba tiegħu u bla ħlas. Artikolu 26 Rapport ta' esperti indipendenti 1. Għal kull kooperattiva li tkun se tingħaqad, wieħed jew iktar esperti indipendenti, maħtura minn dik il-kooperattiva skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(6), għandha teżamina t-termini ta' abbozz ta' l-għaqda u tħejji rapport bil-miktub għall-membri. 2. Rapport wieħed għall-kooperattivi kollha li jkunu se jingħaqdu jista' jkun imħejji fejn hu permess mill-liġijiet ta' l-Istati Membri li għalihom il-kooperattivi huma suġġetti. 3. Il-liġi applikabbli għall-għaqdiet ta' kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati dwar id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' esperti għandhom jgħoddu b'mod analogu għall-għaqda ta' kooperattivi. Artikolu 27 Approvazzjoni tat-termini ta' l-għaqda 1. Il-laqgħa ġenerali ta' kull kooperattiva li tkun se tingħaqad għandha tapprova t-termini ta' abbozz ta' l-għaqda. 2. Involviment ta' l-impjegat fl-SCE għandha tkun deċiza skond id- Direttiva 2003/72/KE. Il-laqgħat ġenerali ta' kull kooperattiva li tkun se tingħaqad jistgħu jirriservaw d-dritt li jagħmlu r-reġistrazzjoni ta' l-SCE kondizzjonali fuq ir-ratifikazzjoni espressa ta' l-arranġamenti li kienu deċiżi. Artikolu 28 Liġijiet applikabbli għall-formazzjoni ta' għaqda 1. Il-liġi ta' l-Istat Membru li tirregola kull kooperattiva li tkun se tingħaqad għandha tgħodd bħal fil-każ ta' għaqda ta' kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati, konxji tan-natura mingħajr fruntieri ta' l-għaqda, rigward il-protezzjoni ta' l-interessi ta': - kredituri ta' kooperattivii li jkunu se jingħaqdu, - detenturi ta' bonds fil-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu. 2. Stat Membru jista', fil-każ tal-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu li huma regolati bil-liġi tiegħu, jadotta dispożizzjonijiet magħmula biex jassiguraw protezzjoni xierqa għal membri li opponew għall-għaqda. Artikolu 29 Eżaminazzjoni tal-proċedura ta' l-għaqda 1. Il-legalità ta' għaqda għandha tkun kontrollata, rigward il-parti tal-proċedura li tikkonċerna kull kooperattiva li tkun se tingħaqad, skond il-liġi ta' l-Istat Membru li għalih il-kooperattiva li se tingħaqad hi suġġetta li tapplika għal għaqdiet ta' kooperattivi u, jekk dan ma jseħħx, id-dispożizzjonijiet li jgħoddu għal għaqdiet interni ta' kumpanniji pubbliċi limitati skond il-liġi ta' dak l-Istat.. 2. F'kull Stat Membru konċernat il-qorti, nutar jew awtorità kompetenti oħra għandha toħroġ ċertifikat li jivverifika il-kompletar ta' atti u formalitajiet ta' qabel l-għaqda. 3. Jekk il-liġi ta' Stat Membru li l-kooperattiva li tkun se tingħaqad hi suġġetta għalih tipprovdi għal proċedura ta' kontroll u emenda tar-relazzjoni ta' l-iskambju ta' ishma, jew proċedura biex tikkompensa membri minuri, mingħajr ma tostakola r-reġistrazzjoni ta' l-għaqda, dawn il-proċeduri għandhom jgħoddu biss jekk il-kooperattivi l-oħra li jkunu se jingħaqdu allokati fi Stati Membri li ma jipprovdux din il-proċedura espliċitament jaċċettaw, meta japprovaw it-termini ta' abbozz ta' l-għaqda skond l-Artikolu 27(1), il-possibiltà li l-membri ta' dik il-kooperattiva li se tingħaqad jistgħu jagħmlu rikors għal dik il-proċedura. F'dawn il-każijiet, il-qorti, nutar jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu joħorġu iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2 anke jekk din il-proċedura diġà kienet mibdija. Iċ-ċertifikat għandu, madankollu, jindika li l-proċedura hija pendenti. Id-deċiżjoni fil-proċedura għandha tkun vinkolanti fuq il-kooperattiva li qed takkwista u fuq il-membri tagħha kollha. Artikolu 30 Eżaminazzjoni tal-legalità ta' għaqda 1. Il-legalità ta' għaqda għandha tkun eżaminata, rigward il-parti tal-proċedura li tikkonċerna il-kompletar ta' l-għaqda u l-formazzjoni ta' l-SCE, mill-qorti, nutar jew awtorità kompetenti oħra fl-Istat Membru ta' l-indirizz uffiċjali propost ta' l-SCE li hi kapaċi tikkontrolla dak l-aspettt tal-legalità ta' għaqdiet ta' kooperattivi u, jekk dan ma jseħħx, għaqdiet ta' kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati. 2. Għal dan l-iskop, kull kooperattiva li tkun se tingħaqad għandha tibgħat lill-awtorità kompetenti iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 29(2) fi żmien sitt xhur tal-ħruġ tiegħu flimkien ma' kopja tat-termini ta' abbozz ta' l-għaqda approvati minn dik il-kooperattiva. 3. L-awtorità imsemmija fil-paragrafu 1 għandha b'mod partikolari tassigura li kooperattivi li jkunu se jingħaqdu approvaw it-termini ta' abbozz ta' l-għaqda fuq l-istess termini u li l-arranġamenti għall-involviment ta' l-impjegat kienu determinati skond id-Direttiva 2003/72/KE. 4. L-imsemmija awtorità għandha wkoll tassigura li SCE kienet iffurmata skond il-ħtiġiet tal-liġi ta' l-Istat Membru li fih għandha l-indirizz uffiċjali. Artikolu 31 Reġistrazzjoni ta' għaqda 1. Għaqda u l-formazzjoni simultanja ta' SCE għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-SCE hi reġistrata skond l-Artikolu 11(1). 2. SCE ma tistax tkun reġistrata qabel il-kompletar tal-formalitajiet kollha msemmija fl-Artikoli 29 u 30. Artikolu 32 Pubblikazzjoni Għal kull kooperattiva li tkun se tingħaqad il-kompletar ta' għaqda għandha tkun ippubblikata skond il-liġi ta' l-Istat Membru konċernat skond il-liġijiet li jirregolaw għaqdiet ta' kumpanniji pubbliċi limitati b'ishma. Artikolu 33 Konsegwenzi ta' għaqda 1. Għaqda magħmula skond l-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 19 għandu jkollha dawn il-konsegwenzi li ġejjin ipso jure u simultanjament: (a) l-attivi u passivi kollha ta' kull kooperattiva li tkun akkwistata huma trasferiti lill-persuna legali li qed takkwistaha; (b) il-membri ta' kull kooperattiva li qed tkun akkwistata isiru membri tal-persuna legali li qed takkwistaha; (ċ) il-kooperattivi li huma akkwistati ma jibqgħux fis-seħħ; (d) il-persuna legali li takkwistahom tieħu l-forma ta' SCE. 2. Għaqda magħmula skond it-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 19 għandu jkollha dawn il-konsegwenzi ipso jure u simultanjament: (a) l-attivi u l-passivi kollha tal-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu huma traseferiti lill-SCE; (b) il-membri tal-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu isiru membri ta' l-SCE; (ċ) il-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu ma jibqgħux fis-seħħ. 3. Meta, fil-każ ta' għaqda ta' kooperattivi, il-liġi ta' Stat Membru teħtieġ il-kompletar ta' xi formalitajiet speċjali qabel it-trasferiment ta' ċerta assi, drittijiet u obbligazzjonijiet mill-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu isiru effettivi kontra terzi persuni, dawk il-formalitajiet għandhom jgħoddu u għandhom ikunu mwettqa mill-kooperattivi li jkunu se jingħaqdu jew mill-SCE wara li din tkun reġistrata. 4. Id-drittijiet u obbligazzjonijiet tal-kooperattivi li jipparteċipaw b'relazzjoni għal termini individwali kif ukoll kollettivi u kondizzjonijiet ta' impjieg li ġejjin minn liġi nazzjonali, prattika u kuntratti ta' impjieg individwali jew relazzjonijiet ta' impjieg u li jeżistu fid- data tar-reġistrazzjoni għandhom, minħabba din ir-reġistrazzjoni ikunu trasefriti lill-SCE. L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għad-drittijiet ta' rappreżentanti ta' l-impjegati biex jipparteċipaw fil-laqgħat ġenerali jew ta' taqsima jew settorali skond l-Artikolu 59(4). 5. Meta l-għaqda tkun reġistrata, l-SCE għandha tinforma immedjatament lill-membri tal-kooperattiva li qed tkun akkwistata bil-fatt li kienu imniżżla fir-reġistru tal-membri u tan-numru ta' ishma tagħhom. Artikolu 34 Legalità ta' l-għaqda 1. Għaqda kif prevista fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 2(1) ma tistax tkun iddikjarata nulla u bla effett jekk l-SCE kienet reġistrata. 2. In-nuqqas ta' kontroll tal-legalità ta' l-għaqda skond l-Artikolu 29 u 30 għandu jikkostitwixxi wieħed mir-raġunijet għal stralċ ta' l-SCE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 74. Taqsima 3 Konverżjoni ta' kooperattiva eżistenti f'SCE Artikolu 35 Proċeduri għal formazzjoni permezz ta' konverżjoni 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-konverżjoni ta' kooperattiva f'SCE m'għandhiex twassal għal stralċ tal-kooperattiva jew għal ħolqien ta' persuna legali ġdida. 2. L-indirizz uffiċjali m'għandux ikun trasferit minn Stat Membru wieħed għal ieħor skond l-Artikolu 7 fl-istess żmien li ssir il-konverżjoni. 3. L-organu amministrattiv u ta' l-immaniġġjar tal-kooperattiva konċernata għandu jħehhi termini ta' abbozz ta' konverżjoni u rapport li jispjega u jiġġustifika l-aspetti legali u ekonomiċi kif ukoll l-effetti ta' l-impjieg tal-konverżjoni u li jindika l-implikazzjonijiet għall-membri u impjegati ta' l-adozzjoni tal-forma ta' SCE. 4. It-termini ta' abbozz ta' konverżjoni għandu jkun pubblikat bil-mod stabbilit bil-liġi ta' kull Stat Membru mill-inqas xahar qabel il-laqgħa ġenerali msejħa biex tiddeċiedi fuq dan. 5. Qabel il-laqgħa ġenerali msemmija fil-paragrafu 6, wieħed jew iktar esperti maħtur/a jew approvat/i, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali, minn awtroità ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Istat Membru li fih il-kooperattiva li qed tkun mibdula f'SCE hija suġġetta għandu jew għandhom jivverifikaw mutatis mutandis li r-regoli ta' l-Artikolu 22(1)(b) huma osservati. 6. Il-laqgħa ġenerali tal-kooperattiva konċernata għandha tapprova it-termini ta' abbozz tal-konverżjoni flimkien ma' l-istatuti ta' l-SCE. 7. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu konverżjoni kondizzjoni fuq vot favorevoli ta' maġġoranza kwalifikata jew unanimità fl-organu regolatorju tal-kooperattiva li għandha tkun mibdula li fiha l-parteċipazzjoni ta' l-impjegat hi organizzata. 8. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-kooperattiva li għandha tkun mibdula skond it-termini u l-kondizzjonijiet ta' impjieg kemm individwali kif ukoll kollettivi li ġejjin mill-liġi nazzjonali, prattika u kuntratti ta' impjieg individwali jew realzzjonijiet ta' impjieg u li jeżistu fid-data tar-reġistrazzjoni għandhom, minħabba din ir-reġistrazzjoni, ikunu trasferiti lill-SCE. IL-KAPITOLU III STRUTTURA TA' L-SCE Artikolu 36 Struttura ta' l-organi Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament SCE għandha tinkludi: (a) laqgħa ġenerali; u (b) jew organu ta' sorveljanza u organu ta' l-immaniġġjar (sistema ta' żewġ livelli) jew organu amministrattiv (sistema ta' livell wieħed) skond il-forma adottata fl-istatuti. Taqsima 1 Sistema ta' żewġ livelli Artikolu 37 Funzjonijiet ta' l-organu ta' l-immaniġġjar; ħatra tal-membri 1. L-organu ta' l-immaniġġjar għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar ta' l-SCE u għandu jirrappreżentaha f'negozji ta' flus ma' terzi persuni u fil-proċeduri ġudizzjarji. Stat Membru jista' jipprovdi li direttur amministrattiv jkun repsonsabbli għall-immaniġġjar attwali skond l-istess kondizzjonijiet ta' kooperattivi li għandhom l-indirizzi uffiċjali fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. 2. Il-membru jew membri ta' l-organu ta' l-immaniġġjar għandhom ikunu maħtura u mneħħija mill-organu ta' sorveljanza. Madankollu, Stat Membru jista' jobbliga jew jippermetti l-istatuti biex jipprovdu li l-membru jew membri ta' l-organu ta' l-immaniġġjar ikunu maħtura u mneħħija mill-laqgħa ġenerali skond l-istess kondizzjonijiet tal-kooperattivi li għandhom l-indirizzi uffiċjali fit-territorju tiegħu. 3. Ebda persuna ma tista' tkun membru ta' l-organu ta' l-immaniġġjar u ta' l-organu ta' sorveljanza fl-istess ħin. L-organu ta' sorveljanza jista', madankollu, jinnomina wieħed mill-membri tiegħu biex jaħdem bħala membru ta' l-organu ta' l-immaniġġjar f'każ ta' vojt. Waqt dan il-perjodu, il-funzjonijiet tal-persuna konċernata bħala membru ta' l-organu ta' sorveljanza għandhom ikunu sospiżi. Stat Membru jista' jimponi limitu ta' żmien fuq dan l-perjodu. 4. In-numru ta' membri ta' l-organu ta' l-immaniġġjar jew ir-regoli li jistabbilixxu dan għandhom ikunu stipulati fl-istatuti ta' l-SCE. Madankollu, Stat Membru jista' jistabbilixxi numru minimu u/jew massimu. 5. Fejn ebda dispożizzjoni ma hi magħmula għas-sistema ta' żewġ livelli b'relazzjoni għal kooperattivi bl-indirizz uffiċjali fit-territorju tiegħu, Stat Membru jista' jadotta l-miżuri xierqa għall-SCEs. Artikolu 38 Presidenza u s-sejħa ta' laqgħat ta' l-organu ta' l-immaniġġjar 1. L-organu ta' l-immaniġġjar għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu, skond l-istauti. 2. Il-president għandu jsejjaħ laqgħa ta' l-oragnu ta' l-immaniġġjar skond il-kondizzzjonijiet stabbiliti fl-istatuti, jew fuq l-inizzjattiva proprja tiegħu jew fuq talba ta' wieħed mill-membri. Din it-talba għandha tindika ir-raġunijet għas-sejħa tal-laqgħa. Jekk ma ġiet meħuda ebda azzjoni rigward din it-talba fi 15-il ġurnata, il-laqgħa ta' l-organu ta' l-immaniġġjar tista' tkun imsejjħa mill-membru(i) li għamel din it-talba. Artikolu 39 Funzjonijiet ta' l-organu ta' sorveljanza; ħatra ta' membri 1. L-organu ta' sorveljanza għandu jissorvelja d-dmirijiet imwettqa mill-organu ta' l-immaniġġjar. Dan ma jistax jeserċita hu stess il-poter li jamministra l-SCE. L-organu ta' sorveljanza ma jistax jirrapreżenta l-SCE f'negozji tal-flus ma' terzi persuni. Dna għandu jirrapreżenta l-SCE f'negozji tal-flus ma' l-organu ta' l-immaniġġjar, jew il-membri tiegħu, fis-sens ta' litigazzjoni jew konklużjoni ta' kuntratti. 2. Il-membri ta' l-organu ta' sorveljanza għandhom ikunu maħtura u mneħħija mill-laqgħa ġenrali. Il-membri ta' l-ewwel organu ta' sorveljanza jistgħu, madankollu, ikunu maħtura fl-istatuti. Dan għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal xi ftehim ta' partiċipazzjoni ta' impjegati stabbiliti skond id-Directtiva2003/72/KE. 3. Mill-membri ta' l-organu ta' sorveljanza, mhux iktar minn kwart tal-postijiet disponibbli jistgħu jkunu meħuda minn membri mhux utenti. 4. L-istatuti għandhom jistabbilixxu n-numru ta' membri ta' l-organu ta' sorveljanza jew ir-regoli li jistabbilixxu dan. Stat Membru jista', madankollu, jistipula n-numru ta' membri jew il-komposizzjoni ta' l-organu ta' sorveljanza għal SCEs li għandhom l-indirizz uffiċjali fit-territorju tiegħu jew numru minimu u/jew massimu. Artikolu 40 Dritt għal informazzjoni 1. L-organu ta' l-immaniġġjar għandu jirrapporta lill-organu ta' sorveljanza mill-inqas darba kull tlett xhur fuq il-progress u l-iżviluppi prevedibbli tan-negozju ta' l-SCE, waqt li jkkunsidra xi informazzjoni konnessa ma' impriżi kontrollati mill-SCE li jistgħu jappettwaw b'mod sinifikanti l-progress tal-kummerċ ta' l-SCE. 2. Minn barra l-informazzjoni regolari msemmija fil-paragrafu 1, l-organu ta' l-immaiġġjar għandu mill-iżjed fis jikkomunika l-ll-organu ta' sorveljanza kull informazzjoni fuq fatti li x'aktarx ikollhom effett notevoli fuq l-SCE. 3. L-organu ta' sorveljanza jista' jeħtieġ li l-organu ta' l-immaniġġjar biex jipprovdi informazzjoni ta' dak it-tip, li għandu bżonn sabiex jeserċita sorveljanza skond l-Artikolu 39(1). Stat Membru jista' jiprovdi li kull membru ta' l-organu ta' sorveljanza jkun intitolat ukoll għal din il-faċilità. 4. L-organu ta' sorveljanza jista' jieħu r-responsabblità jew jagħmel arranġamenti għal kull investigazzjoni neċessarja għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. 5. Kull membru ta' l-organu ta' sorveljanza għandu jkun intitolat li jeżamina kull informazzjoni mogħtija lilu. Artikolu 41 Presidenza u s-sejħa ta' laqgħat ta' l-organu ta' sorveljanza 1. L-organu ta' sorveljanza għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu. Jekk nofs il-membri huma maħtura minn impjegati, membru maħtur mill-laqgħa ġenerali biss jista' jkun elett president. 2. Il-president għandu jsejjaħ laqgħa ta' l-organu ta' sorveljanza skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti, jew fuq l-inizzjattiva proprja tiegħu/tagħha, jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu, jew fuq it-talba ta' l-organu ta' l-immaniġġjar. It-talba għandha tindika r-raġunijiet għas-sejħa tal-laqgħa. Jekk ebda azzjoni ma kienet meħuda rigward din it-talba fi 15-il ġurnata, il-laqgħa ta' l-organu ta' sorveljanza tista' tkun imsejjħa minn dawk li għamlu t-talba. Taqsima 2 Is-sistema ta' livell wieħed Artikolu 42 Funzjonijiet ta' l-organu amministrattiv; ħatra ta' membri 1. L-organu amministrattiv għandu jmexxi l-SCE u għandu jirrapreżentaha f'negozji ta' flus ma' terzi persuni u fi proċeduri ġudizzjarji. Stat Membru jista' jipprovdi li direttur amministrattiv ikun responsabbli għall-amministrazzjoni attwali skond l-istess kondizzjonijiet tal-kooperattivi li għandhom l-indirizzi uffiċjali fit-territotju ta' dak l-Istat Membru. 2. In-numru ta' membri ta' l-organu amministrattiv jew ir-regoli li jistabbilixxu dan għandhom ikunu stipulati fl-istatuti ta' l-SCE. Madankollu, Stat Membru jista' jistabbilixxi numru minimu u, fejn neċessarju, numru massimu ta' membri. Mill-membri ta' l-organu amministrattiv, mhux iktar minn kwart tal-postijiet disponibbli jistgħu jkunu meħudha minn membri mhux utenti. L-organu amministrattiv għandu, madankollu, jikkonsisti f'mill-inqas tlett membri meta il-parteċipazzjoni ta' l-impjegati hi regolata skond id-Directive 2003/72/KE. 3. Il-membri ta' l-organu amministrattiv, u, meta l-istatuti jipprovdu dan, il-membri l-oħra tagħhom, għandhom ikunu maħtura mill-laqgħa ġenerali. Il-membri ta' l-ewwel organu amministrattiv jistgħu, madankollu, jkunu maħtura mill-istatuti. Dan għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal ftehim ta' parteċipazzjoni ta' impjegati stabbiliti skond id-Direttiva 2003/72/KE. 4. Meta ebda dispożizzjoni ma hi magħmula għal sistema ta' livell wieħed b'relazzjoni għal kooperattivi li għandhom l-indirizz uffiċjali fit-territorju tiegħu, Stat Membru jista' jodotta miżuri xierqa għall-SCEs. Artikolu 43 Intervalli bejn laqgħat u d-dritt għal informazzjoni 1. L-organu amministrattiv għandu jiltaqgħa mill-inqas darba kull tliet xhur, skond intervalli stabbiliti fl-istatuti, biex jiddiskuti il-progress ta' u l-iżvilupp prevedibbli tal-kummerċ ta' l-SCEs, waqt li jikkunsidra, meta approprjat, kull informazzjoni konnessa ma' impriżi regolati mill-SCE li tista' taffettwa l-progress tal-kummerċ ta' l-SCE b'mod sinifikanti. 2. Kull membru ta' l-organu ammnistrattiv huwa intitolat li jeżamina r-rapporti, dokumenti u informazzjoni kollha mogħtija lilu. Artikolu 44 Presidenza u is-sejħa ta' laqgħat ta' l-organu amministrattiv 1. L-organu amministrattiv għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu. Jekk nofs il-membri huma maħtura minn impjegati, membruli hu maħtur mill-laqgħa ġenerali biss jista' jkun elett president. 2. Il-president għandu jsejjaħ laqgħa ta' l-organu amministrattiv skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti, jew fuq l-inizzjattiva proprja tiegħu/tagħha jew fuq talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu. It-talba għandha tindika r-raġunijiet għas-sejħa tal-laqgħa. Jekk ebda azzjoni ma kienet meħuda rigward din it-talba fi 15-il ġurnata, il-laqgħa ta' l-organu amministrattiv tista' tkun imsejjħa minn dawk li għamlu t-talba. Taqsima 3 Regoli komuni għall-sistemi ta' livell wieħed u sistemi ta' żewġ livelli differenti Artikolu 45 Żmien ta' kariga 1. Membri ta' l-organi ta' SCE għandhom ikunu maħtura għal perjodu stabbilit fl-istatuti li mhux iktar minn sitt snin. 2. Bla ħsara għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-istauti, membri jistgħu jerġgħu jkunu maħtura darba oħra jew iktar minn darba għall-perjodu stabbilit skond il-paragrafu1. Artikolu 46 Kondizzjonijiet ta' sħubija 1. Statuti ta' SCE jistgħu jipprovdu li kumpanija fis-sens ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat tkun membru ta' wieħed mill-organi tagħha, sakemm l-liġi li tgħodd għal kooperattivi fl-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali ma tipprovdix mod ieħor. Dik il-kumpanija għandha tinnomina persuna naturali bħala rappreżentant meta teserċita l-funzjonijiet ta' l-organu konċernat. Ir-rappreżentant għandu jkun suġġett għall-istess kondizzjonijiet u obbligazzjonijiet daqs li kieku kien/kienet personalment membru ta' l-organu. 2. Ebda persuna ma tista' tkun membru ta' xi organu ta' SCE jew rappreżentant ta' membru fis-sens tal-paragraph 1 jekk: - hu skwalifikat, skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali, milli jibgħat kooperattiva regolata mill-liġi ta' dak l-Istat lill-organu korrispondenti ta', jew - hu skwalifikat milli jibgħat kooperattiva regolata mill-liġi ta' Stat Membru lill-organu korrispondenti ta' minħabba deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fi Stat Membru. 3. L-istatuti ta' SCE jisgħu, skond il-liġi applikabbli għal kooperattivi fl-Istat Membru, jistabbilixxu kondizjonijiet speċjali għall-eliġibiltà tal-membri li jirrapreżentaw l-organu amministrattiv. Artikolu 47 Poter ta' rappreżentazzjoni u r-responsabbiltà ta' l-SCE 1. Meta l-awtorità biex tirrapreżenta l-SCE f'negozji tal-flus ma' terzi persuni, skond l-Artikolu 37(1) u 42(1), hi mogħtija lil żewġ membri jew iktar, dawk il-membri għandhom jeserċitaw dik l-awtorità kollettivament, kemm-il darba l-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali tippermetti lill-istatuti biex jipprovdu mod ieħor, f'dan il-każ din il-klawżola tista' tkun użata kontra terzi persuni meta tkun żvelata skond l-Artikolu 11(5) u 12. 2. Atti magħmula mill-organi ta' SCE għandhom jorbtu l-SCE rigward terzi perzuni, anke meta l-atti konċernati mhumiex skond l-oġġettivi ta' l-SCE, sakemm dawn ma jiskorrux l-poteri mogħtija lilhom mill-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali jew li dik il-liġi ppermettiet li tkun mogħtija lilhom. Stati Membri jistgħu, madankollu, jipprovdu li SCE m'għandhiex tkun marbuta meta dawn l-atti mhumiex parti mill-oġġettivi ta' l-SCE, jekk tipprova li t-terzi persuni kienu jafu li l-att mhuwiex parti minn dawk l-oġġettivi jew ma setgħux ikunu konxji tagħhom f'dawk iċ-ċirkostanzi; żvelar ta' l-istatuti waħdu m'għandux ikun prova biżżejjed ta' dan. 3. Il-limiti fuq il-poteri ta' l-organi ta' l-SCE, li ġejjin mill-istatuti jew minn deċiżjoni ta' l-organi kompetenti, ma jistgħu qatt ikunu użati kontra terzi persuni, anke jekk kienu żvelati. 4. Stat Membru jista' jipprovdi li l-poter li jirrapreżenta SCE jista' jkun mogħti mill-istatuti lil persuna waħda jew lil diversi persuni li jaġixxu flimkien. Din il-leġislazzjoni tista' tipprovdi li din id-dispożizzjoni ta' l-istatuti tista' tkun użata kontra terzi persuni sakemm tikkonċerna l-poter ġenerali ta' rappreżentazzjoni. Jekk din id-dispożizzjoni tistax tiġi użata jew le kontra terzi persuni għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12. Artikolu 48 Operazzjonijiet li jeħtieġu awtorizzazzjoni 1. L-istatuti ta' SCE għandhom iniżżlu l-kategoriji ta' operazzjonijiet li jeħtieġu: - skond is-sistema b'żewġ livelli distinti, awtorizzazzjoni mill-organu ta' sorveljanza jew tal-laqgħa ġenerali ta' l-organu ta' l-immaniġġjar, - skond is-sistema b'livell wieħed, deċiżjoni espliċita adotta mill-organu amministrattiv jew awtorizzazzjoni mill-laqgħa ġenerali. 2. Paragrafu 1 għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47. 3. Madankollu, Stat Membru jista' jistabbilixxi l-kategoriji minimi ta' operazzjonijiet u l-organu li għandu jagħti l-awtorizzazzjoni li għandha tkun fl-istatuti ta' l-SCEs reġistrati fit-territorju tiegħu u/jew jipprovdi li, skond is-sistema b'żewġ livelli distinti, l-organu ta' sorveljanza jista' jistabbilixxi hu stess liem kategoriji ta operazzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għal awtorizzazzjoni. Artikolu 49 Kunfidenzalità Il-membri ta' l-organi ta' SCE għabdu jkollhom id-dover, anke wara li waqfu mill-kariga tagħhom, li ma jiżvelawx l-informazzjoni li għandhom dwar l-SCE li ż-żvelar tagħha jista' jkun ta' ħsara għall-interessi tal-kooperattiva jew ta' dawk tal-membri tagħha, ħlief meta dan l-iżvelar hu meħtieġ jew permess skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jgħoddu għal kooperattivi jew kumpanniji jew hu fl-interess tal-pubbliku. Artikolu 50 Kondotta ta' l-organi tal-kummerċ 1. Ħlief meta hu previst mod ieħor minn dan ir-Regolament jew l-istatuti, ir-regoli interni konnessi ma kworums u deċiżjonijiet meħuda minn organi ta' SCE għandhom ikunu li ġejjin: (a) kworum: mill-inqas nofs il-membri bi drittijiet għal vot għandhom ikunu preżenti jew rappreżentati; (b) deċiżjonijiet meħudha: maġġoranza tal-membri bi drittijiet tal-vot preżenti jew rappreżentati. Membri li huma assenti jistgħu jieħdu sehem fid-deċizjonijiet billi jawtorizzaw membru ieħor ta' l-organu jew il-membri l-oħra li huma maħtura fl-istess żmien biex jirrapreżentawhom. 2. Meta m'hemmx dispożizzjoni relevanti fl-istatuti, il-president ta' kull organu għandu jkollu vot deċiżiv fil-każ li l-voti jiġu ndaqs M'għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li tmur kontra l-istatuti, madankollu, meta nofs l-organu ta' sorveljanza jikkonsisti f'rappreżentanti ta' impjegati. 3. Meta l-parteċipazzjoni ta' l-impjegat hi prevista skond id-Direttiva 2003/72/KE, Stat Membru jista' jipprovdi li l-kworum u d-deċiżjonijiet meħudha ta' l-organu ta' sorveljanza għandhom, permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, ikunu bla ħsara għar-regoli applikabbli, skond l-istess kondizzjonijiet, tal-kooperattivi regolati mill-liġi ta' l-Istat Membru konċernat. Artikolu 51 Responsabbiltà ċivili Membri ta' l-organi ta' sorveljanza, ta' l-immaniġġjar u ta' l-amministrazzjoni għandhom ikunu reponsabbli, skond id-dispożizzjonijiet li jgħoddu għall-kooperattivi fl-Istat Membru li fih hu allokat l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE, għal telf jew danni mġarrba mill-SCE wara xi ksur min-naħa tagħhom ta' l-obbligazzjonijiet legali, statutarji jew obbligazzjonijiet oħra inklużi fid-dmirijiet tagħhom. Taqsima 4 Laqgħa Ġenerali Artikolu 52 Kompetenza Il-laqgħa ġenerali għandha tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li għalihom hi mogħtija responsabbiltà waħedha permezz ta': (a) dan ir-Regolament; jew (b) il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fih hu allokat l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE, adottata skond id-Direttiva 2003/72/KE. Barra dan, il-laqgħa ġenerali għandha tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li għalihom hi mogħtija responsabbiltà lill-laqgħa ġenerali ta' kooperattiva regolata mill-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu allokat, jew bil-liġi ta' dak l-Istat Membru jew mill-istatuti ta' l-SCEs skond dik il-liġi. Artikolu 53 Kondotta tal-laqgħat ġenerali Mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti f'din it-taqsima, l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-laqgħat ġenerali kif ukoll il-proċeduri tal-votazzjoni għandhom jkunu regolati mill-liġi li tgħodd għall-kooperattivi l-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu allokat. Artikolu 54 Is-sejħa tal-laqgħat ġenerali 1. SCE għandha ssejjaħ laqgħa ġenerali mill-inqas darba kull sena kalendarja, sa sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tagħha, kemm-il darba l-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu allokat li tgħodd għal kooperattivi li jwettqu l-istess tip ta' attività bħall-SCE tpprovdi għal laqgħat iktar regolari. Stat Membru jista', madankollu, jipprovdi li l-ewwel laqgħa ġenerali sseħħ fit-18 –il xhar wara l-inkorporazzjoni ta' l-SCE. 2. Laqgħat ġenerali jistgħu jkunu msejjħa f'kull ħin mill-organi ta' l-immaniġġjar jew l-organu amministrattiv, l-organu ta' sorveljanza jew xi organu jew awtorità kompetenti oħra skond il-liġi nazzjonali li tgħodd għall-kooperattivi fl-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu allokat. L-organu ta' l-immaniġġjar għandu jkun obbligat li jsejjaħ laqgħa ġenerali fuq talba ta' l-organu ta' sorveljanza. 3. L-aġenda għall-laqgħa ġenerali li sseħħ wara t-tmiem tas-sena finanzjarja għandha tinkludi mill-inqas l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' kull sena u l-allokazzjoni tal-profitti. 4. Il-laqgħa ġenerali tista' waqt il-laqgħa tiddeċiedi li ssejjaħ laqgħa oħra u tiffissa d-data u l-aġenda. Artikolu 55 Laqgħa msejjħa minn minorità ta' membri Membri ta' l-SCE li flimkien jammontaw għal iktar minn 5000, jew li għandhom mill-inqas 10 % tan-numru totali tal-voti, jistgħu jeħtieġu lill-SCE biex issejjaħ laqgħa ġenerali u jistgħu jħejju l-aġenda tagħha. Il-proporzjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jkunu mnaqqsa mill-istatuti. Artikolu 56 Notifika ta' laqgħa 1. Laqgħa ġenerali għandha tkun imsejjħa permezz ta' notifika bil-miktub mibgħuta b'kull mezz disponibbli lil kull persuna intitolata li tattendi għall-laqgħa ġenerali ta' l-SCE skond l-Artikolu 58(1) u (2) u d- dispożizzjonijiet ta' l-istatuti. Dik in-notifika tista' tkun mogħtija permezz ta' pubblikazzjoni fil-pubblikazzjoni interna uffiċjali ta' l-SCE. 2. In-notifikali ssejjaħ laqgħa ġenerali għandha tagħti mill-inqas dawn id-dettalji li ġejjin: - l-isem u l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE, - il-post, id-data, u l-ħin tal-laqgħa, - meta approprjat, it-tip ta' laqgħa ġenerali, - l-agenda, li tindika is-suġġetti li għandhom ikunu diskussi u l-proposti għad-deċiżjonijiet. 3. Il-perjodu bejn id-data ta' trasmissjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 u d-data tal-ftuħ tal-laqgħa ġenerali għandu jkun mill-inqas ta' 30 ġurnata. Dan jista', madankollu, ikun imnaqqas għal15-il ġurnata f'każijiet urġenti. Meta l-Artikolu 61(4) hu applikat, konness ma' ħtiġiet ta' kworum, iż-żmien bejn l-ewwel u t-tieni laqgħa msejjħa biex jikkonsidraw l-istess aġenda jista' jkun imnaqqas skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali. Artikolu 57 Żidiet ma' l-agenda Membri ta' l-SCE li flimkien jammontaw għal iktar minn 5000, jew li għandhom mill-inqas 10 % tan-numru totali tal-voti, jistgħu jeħtieġu li wieħed jew iktar punti addizzjonali jkunu miżjuda ma' l-aġenda ta' xi laqgħa ġenerali. Il-proporzjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jkunu mnaqqsa mill-istatuti. Artikolu 58 Attendenza u prokuri 1. Kull membru għandu jkollu d-dritt li jitkellem u jivvota fil-laqgħat ġenerali fuq il-punti inklużi fl-aġenda. 2. Membri ta' l-organi ta' l-SCE u detenturi ta' titoli li mhumiex ishma jew obbligazzjonijiet fis-sens ta' l-Artikolu 64 u, jekk l-istatuti jippermettu dan, kull persuna oħra intitolata biex tagħmel dan skond il-liġi ta' l-Istat li fih hu allokat l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE jista' jattendi għal-laqgħa ġenerali mingħajt drittijiet għal vot. 3. Persuna li għandha dritt għal vot għandha tkun intitolata li taħtar prokuratur biex jirrappreżentah/ha f'laqgħa ġenerali skond il-proċeduri stabbiliti fl-istatuti. L-istatuti għandhom jistabbilixxu in-numru massimu ta' persuni li jistgħa jirrapreżentahom prokuratur. 4. L-istatuti jistgħu jippermettu li voti mibgħuta bil-posta u b'mezzi elettroniċi, u f'dal-każ għandhom jistabbilixxu l-proċeduri neċessarji. Artikolu 59 Drittijiet tal-vot 1. Kull membru ta' SCE għandu jkollu vot wieħed, irrelevanti minn numru ta' ishma li jipposejedi. 2. Jekk il-liġI ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali tippermetti dan, l-istatuti jistgħu jipprovdu li membru jkollu ammont ta' voti skond il-partċipazzjoni tiegħu/tagħha fl-attività tal-kooperattiva u mhux skond il-kontribuzzjoni tal-kapital. Din l-attribuzzjoni m'għandhiex tiskorri ħames voti għal kull membru jew 30 % tad-drittijiet tal-vot kollha, skond liem hu l-inqas. Jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali tippermetti dan, SCEs involuti f'attivitajiet finanzjarji jew ta' assigurazzjoni jistgħu jipprovdu fl-istatuti tagħhom in-numru ta' voti li għandhom ikunu determinati mill-parteċipazzjoni tal-membri fl-attività tal-kooperattiva li tinkludi partċipazzjoni fil-kapital ta' l-SCE. Din l-attibuzzjoni m'għandhiex tiskorri ħames voti għal kull membru jew 20 % tad-drittijiet għal vot kollha, skond liem hu l-inqas. Fl-SCEs li l-maġġoranza tal-membri tagħhom huma kooperattivi, jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali tippermetti dan, l-istatuti jistgħu jipprovdu li n-numru ta' voti għandhom ikunu determinati skond il-parteċipazzjoni tal-membri fl-attività tal-kooperattiva li tinkludi l-parteċipazzjoni fil-kapital ta' l-SCE u/jew skond in-numru ta' membri ta' kull entità li tinkludi dawn. 3. Rigward id-drittijiet għal vot li l-istatuti jistgħu jallokaw lil membri mhux utenti (investituri), l-SCE għandha tkun regolata mill-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali. Madankollu, membri mhux utenti (investituri) ma jistgħux ikollhom bejniethom drittijiet għal voti li jammontaw għal iktar minn 25 % tad-drittijiet għal vot kollha. 4. Jekk, fid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali tippermetti dan, l-istatuti jistgħu jipprovdu għall-partċipazzjoni tar-rappreżentanti ta' l-impjegati fil-laqgħat ġenerali jew fil-laqgħat settorali jew ta' l-oqsma differenti, sakemm ir-rappreżentanti ta' l-impjegati flimkien ma jikkontrollawx iktar minn 15 % tad-drittijiet tal-vot kollha. Dawn id-drittijiet għandhom jieqfu jgħoddu meta l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu trasferit fi Stat Membru li l-liġijiet tiegħu ma jipprovdux għal parteċipazzjoni bħal din. Artikolu 60 Dritt għal informazzjoni 1. Kull membru li jitlob dan f'laqgħa ġenerali għandu jkun intitolat li jikseb informazzjoni mill-organu ta' l-immaniġġjar jew amministrattiv dwar l-affarijiet ta' l-SCE li ġejjin minn punti li fuqhom il-laqgħa ġenerali tista' tieħu deċiżjoni skond l-Artikolu 61(1). Sa fejn hu possibbli, informazzjoni għandha tkun provduta fil-laqgħa ġenerali msemmija. 2. L-organu amministrattiv jew ta' l-immaniġġjar jista' jirrifjuta biss li jforni din l-informazzjoni meta: - ikun x'aktarx ta' preġudizzju serju għall-SCE, - l-iżvelar tagħha jkun inkompatibbli ma' l-obbligazzjoni legali tal-konfidenzalità. 3. Membru li kien irrifjutat xi informazzjoni jista' jeħtieġ li l-mistoqsija tiegħu/tagħha tkun miktuba fil-minuti tal-laqgħa ġenerali. 4. Fl-10 ġranet ta' qabel il-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi fl-aħħar tas-sena finanzjarja, il-membri jistgħu jeżaminaw il-karta tal-bilanċ, il-kont ta' profitt u telf u n-noti fuqu, ir-rapport ta' l-immanġġjar, il-konklużjoni tal-verifika tal-kontijiet mill-persuna responsabbli u, fejn hi konċernata kumpanija prinċipali fis-sens tad- Direttiva 83/349/KEE, il-kontijiet konsolidati. Artikolu 61 Deċiżjonijiet 1. Laqgħa ġenerali tista tgħaddi riżoluzzjonijiet fuq punti fl-aġenda tagħha. Laqgħa ġenerali tista' wkoll tiddelibera u tgħaddi riżoluzzjonijiet dwar punti imniżżla fl-aġenda mill-laqgħa tal-minoranza tal-membri skond l-Artikolu 57. 2. Laqgħa ġenerali għandha tieħu azzjoni skond il-maġġoranza tal-voti mitfugħa b'mod validu mill-membri li huma preżenti jew rappreżentati. 3. L-istatuti għandhom jistabbilixxu l-ħtiġiet tal-kworum u tal-maġġoranza li għandhom jgħoddu għall-laqgħat ġenerali. Meta l-istatuti jipprovdu għall-possibiltà ta SCE li taċċetta membri investituri (mhux utenti), jew li talloka voti skond il-kontribuzzjoni tal-kapital fl-SCEs involuti f'attivitajiet finanzjarji jew ta' assigurazzjoni, l-istatuti għandhom jistabbilixxu wkoll ħtiġiet speċjali ta' kworum konnessi ma' membri li mhumiex membri investituri (mhux utenti) li għandhom drittijiet għal vot skond il-kontribuzzjoni tal-kapital fl-SCEs involuti f'attivitajiet finanzjarji jew ta' assigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jistabbilixxi livell minimu għal dawn il-ħtiġiet speċjali tal-kworum għal dawk l-SCEs li għandhom l-indirizz uffiċjali fit-territorju tagħhom. 4. Laqgħa ġenerali tista' temenda l-istauti biss l-ewwel darba li hi msejjħa jekk il-membri preżenti jew rappreżentati jiffurmaw mill-inqas nofs in-numru totali tal-membri fid-data li fiha hi msejjħa l-laqgħa ġenerali, u t-tieni darba li hi msejjħa fuq l-istess aġenda m'għandux ikun neċessarju li jkun hemm kworum. Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, mill-inqas żewġ terzi tal-voti mitfugħa b'mod validu għandhom ikunu favur, kemm-il darba l-liġi li tgħodd għall-kooperattivi fl-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu allokat teħtieġ maġġoranza akbar. Artikolu 62 Minuti 1. Minuti għandhom ikunu miktuba għal kull laqgħa ġenerali. Il-minuti għandhom jinkludu mill-inqas dawn id-dettalji li ġejjin: - il-post u d-data tal-laqgħa, - ir-riżoluzzjonijiet mgħoddija, - ir-riżultat tal-votazzjoni. 2. Il-lista ta' l-attendenza, id-dokumenti konnessi mas-sejħa tal-laqgħa ġenerali u r-rapporti mibgħuta lill-membri dwar il-punti fuq l-agenda għandhom ikunu annessi mal-minuti. 3. Il-minuti u d-dokumenti annessi magħhom għandhom ikunu preservati għal mill-inqas ħames snin. Kopja tal-minuti u tad-dokumenti annessi magħhom jistgħu jkunu miksuba fuq talba ta' kull membru mingħajr ħruġ ta' flus għall-prezz ta' l-amministrazzjoni. 4. Il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-president tal-laqgħa. Artikolu 63 Laqgħat settorali jew ta' l-oqsma differenti 1. Meta l-SCE tieħu responsabbiltà għal attivitajiet differenti jew attivitajiet f'iktar minn unità territorjali waħda, jew għandha stabbilimenti differenti jew iktar minn 500 membru, l-istatuti tagħha għandhom jipprovdu għal laqgħat settorali jew ta' l-oqsma differenti, jekk dan huwa permess mill-leġislazzjoni relevanti ta' l-Istat Membru. L-istatuti għandhom jistabbilixxu d-diviżjoni fis-setturi jew sezzjonijiet u n-numru ta' delegati tagħhom. 2. Il-laqgħat settorali jew tas-sezzjoni għandhom jeleġġu d-delegati tagħhom għal perjodu massimu ta' erba' snin, sakemm ma sseħħx revoka qabel dan. Delegati eletti b'dan il-mod għandhom jikkostitwixxu il-laqgħa ġenerali ta' l-SCE u għandhom jirrapreżentaw fiha s-settur jew is-sezzjoni tagħhom u jirrapportaw lilha r-riżultat tal-laqgħa ġenerali. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III għandha tgħodd għat-tħaddim tal-laqgħat settorali jew ta' l-oqsma differenti. IL-KAPITOLU IV ĦRUĠ TA' ISHMA LI JAGĦTU VANTAĠĠI SPEĊJALI Artikolu 64 Garanziji li mhumiex ishma jew obbligazzjonijiet li jagħtu vantaġġi speċjali 1. L-istatuti ta' SCE jistgħu jipprovdu għall-ħruġ ta' garanziji li mhumiex ishma, jew obbligazzjonijiet li d-detenturi tagħhom m'għandux ikollom drittijiet għal vot. Dawn għandu jkun hemm sottoskrizzjoni għalihom minn membri jew dawk li mhux membri. L-akkwisizzjoni tagħhom ma jagħtix l-istatus ta' membru. l-istatuti għandom jistabbilixxu wkoll il-proċedura tal-fidi. 2. Detenturi ta' garanziji jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw vantaġġI speċjali skond l-istatuti jew il-kondizzjonijiet stabbiliti meta huma maħruġa. 3. Il-valur totali nominali tat-titoli jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu1 miżmuma ma jistgħux jiskorru ċ-ċifra stabbilita fl-istatuti. 4. Mingħajr preġudizzju għad-dritt li tattendi għal-laqgħa ġenerali msemmi fl-Artikolu 58(2), l-istatuti jistgħu jipprovdu għal laqgħat speċjali ta' detenturi ta' garanziji jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Qabel ma xi deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tkun meħuda konnessa mad-drittijiet u interessi ta' dawn id-detenturi, laqgħa speċjali għandha tagħti l-opinjoni tagħha, u r-rappreżentanti maħtura mill-laqgħa speċjali għandhom jinfurmaw lill-laqgħa ġenerali b'din l-opinjoni. L-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun reġistrata fil-minuti tal-laqgħa ġenerali. IL-KAPITOLU V ALLOKAZZJONI TAL-PROFITTI Artikolu 65 Riserva Legali 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġijiet nazzjonali, l-istatuti gġandhom jistabbilixxu regoli għall-allokazzjoni tal-bilanċ ta' kull sena finanzjarja. 2. Meta hemm dan il-bilanċ, l-istatuti għandhom jeħtieġu l-istabbiliment ta' riserva legali magħmula mill-fondi ta' dan il-bilanċ qabel allokazzjoni oħra. Saż-żmien li fih ir-riserva legali tkun daqs il-kapital imsemmi fl-Artikolu 3(2), l-ammont allokat lilha ma jistax ikun inqas minn 15 % tal-bilanċ għas-sena finanzjarja wara t-tnaqqis ta' xi telf jinġarr. 3. Membri li jitilqu mill-SCE m'għandux ikollhom pretensjonijiet kontra l-ammonti allokati b'dal-mod fir-riserva legali. Artikolu 66 Dividend l-istatuti jistgħu jipprovdu għall-pagament ta' dividend għal membri skond il-proporzjon tal-kummerċ tagħhom ma' l-SCE, jew tas-servizzi li għamlu fiha. Artikolu 67 Allokazzjoni tal-bilanċ disponibbli 1. Il-bilanċ tal-bilanċ wara t-tnaqqis ta' l-allokazzjonni fir-riserva legali, ta' xi ammonti mħallsa f'dividends u ta' xi telf li jinġarr, kif ukoll ta' xi bilanċi li jinġarru u ta' xi ammonti mħallsa mir-riservi, għandhom jikkostitwixxu l-profitti disponibbli għad-distribuzzjoni. 2. Il-laqgħa ġenerali li tikkonsidra l-kontijiet tas-sena finanzjarja tista' talloka l-bilanċ skond l-ordni u l-proporzjoni stabbiliti fl-istatuti, u b'mod partikolari: - tittrasferihom, - tapproprjahom li xi fondi legali jew statutarju ta' riserva, - tipprovdi prospett fuq kapital imħallas u kważi ekwità, pagament magħmul fi flus jew ishma. 3. L-istatuti jistgħu wkoll jipprojbixxu xi distribuzzjoni. IL-KAPITOLU VI KONTIJIET TA' KULL SENA U KONTIJIET KONSOLIDATI Artikolu 68 Preparazzjoni ta' kontijiet ta' kull sena u kontijiet konsolidati 1. Għall-iskopijiet tal-kitba tal-kontijiet ta' kull sena u l-kontijiet konsolidati tagħha, jekk dawn huma preżenti, inkluż ir-rapport ta' kull sena li jkun mehmuż magħhom u l-verifika u pubblikazzjoni tagħhom, SCE għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet legali adottati fl-Istat Membru li fih għandha l-indirizz uffiċjali bl-implimentazzjoni tad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE. Madankollu, L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal emendi għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw dawk id-Direttivi sabiex jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-kooperattivi. 2. Meta SCE mhix suġġetta, skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali, għal ħtieġa ta' pubblikazzjoni bħal ma hu stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE, l-SCE għandha għall-inqas tagħmel id-dokumenti konnessi mal-kontijiet ta' kull sena għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-indirizz uffiċjali tagħha. Kopji ta' dawk id-dokumenti għandhom ikunu miksuba talba. Il-prezz mitlub għal dawn il-kopji m'għandux jiskorri l-prezz ta' l-amministrazzjoni. 3. SCE għandha tikteb l-kontijiet ta' kull sena u l-kontijiet konsolidati tagħha jekk dawn huma preżenti bil-munita nazzjonali. SCE li għandha l-indirizz uffiċjali barra ż-żona euro tista' wkoll tesprimi l-kontijiet ta' kull sena tagħha u, meta approprjat, l-kontijiet konsolidati tagħha, bil-euro. F'dak il-każ, il-bażi tal-konverżjoni użata biex tesprimi bil-euro dawk il-punti inklużi fil-kontijiet li huma jew kienu oriġinarjament imfissra b'munita oħra għandha tkun imniżżla fin-noti ta' dawk il-kontijiet Artikolu 69 Kontijiet ta' SCEs b'attivitajiet finanzjarji jew ta' kreditu 1. SCE li hija istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tkun regolata mill-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali hu allokat skond id-direttivi konnessi mas-sostenn u l-insegwiment tal-kummerċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu rigward il-preparazzjoni tal-kontijiet ta' kull sena u, meta approprjat, kontijiet konsolidati, inklużi r-rapport ta' kull sena li hu mehmuż magħhom u l-verifika u pubblikazzjoni ta' dawk il-kontijiet. 2. SCE li hija impriża ta' assigurazzjoni għandha tkun regolata mir-regoli stabbiliti mill-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih hu allokat l-indirizz uffiċjali tagħha skond id-direttivi rigward il-preparazzjoni tal-kontijiet ta' kull sena tagħha u, meta approprjat, il-kontijiet konsolidati inklużi r-rapport ta kull sena li hu mehmuż magħhom u l-verifika u l-pubblikazzjoni ta' dawk il-kontijiet. Artikolu 70 Verifika Il-verifika statutorja tal-kontijiet ta' kull sena ta' SCE u l-kontijiet konsolidati tagħha jekk dawn huma preżenti għandha tkun magħmula minn persuna waħda jew iktar awtroizzati li jagħmlu dan fl-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali skond il-miżuri adottati f'dak l-Istat skond id- Direttivi 84/253/KEE u 89/48/KEE. Artikolu 71 Sistema ta' verifika Meta l-liġi ta' Stat Membru teħtieġ li l-kooperattivi kollha, jew tip wieħed minnhom, koperti mill-liġi ta' dak l-Istat jgħaqdu korp legali awtorizzat u li jibgħatu lil sistema speċifika ta' verifika mmexxija minn dak il-korp, l-arranġamenti għandhom jgħoddu awtomatikament għal SCE li għandha l-indirizz uffiċjali f'dak l-Istat Membru kem-il darba dan il-korp jilħaq il-ħtiġiet tad- Direttiva 84/253/KEE. IL-KAPITOLU VII STRALĊ; LIKWIDAZZJONI; INSOLVENZA U WAQFIEN TA' PAGAMENTI Artikolu 72 Stralċ, insolvenza u proċeduri simili Rigward stralċ, likwidazzjoni, insolvenza, waqfien ta' pagamenti u proċeduri simili oħra, SCE għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet legali li jgħoddu għal kooperattiva ffurmata skond il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali tagħha hu allokat, inklużi dispożizzjonijiet konnessi mad-deċiżjonijiet meħudha tal-laqgħa ġenerali. Artikolu 73 Stralċ mill-qorti jew awtorità kompetenti oħra ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali 1. Meta jkun hemm applikazzjoni ta' xi persuna b'interess leġittimu jew ta' xi awtrorità kompetenti, il-qorti jew xi awtorità amminstrattiva kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-inidirizz uffiċjali tagħha għandha tordna l-istralċ ta' l-SCE fejn tara li kien hemm ksur ta' l-Artikolu 2(1) u/jew l-Artikolu 3(2) u fil-każijiet koperti mill-Artikolu 34. Il-qorti jew awtorità amministrattiva kompetenti titsa' tagħti lill-SCE żmien biex tikkoreġi s-sitwazzjoni. Jekk tonqos milli tagħmel dan fiż-żmien mogħti, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva kompetenti għandha tordna l-istralċ tagħha. 2. Meta SCE ma tħarisx il-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 6, l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tobbliga lill-SCE biex tirregolarizza s-sitwazzjoni tagħha f'perjodu speċifikat jew: - billi terġa' tistabbilixxi l-indirizz uffiċjali fl-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali hu allokat, jew - billi titrasferixxi l-indirizz uffiċjali permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7. 3. L-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu allokat għandha tħejji l-miżuri neċessarji sabiex tassigura li SCE li tonqos milli tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha skond il-paragrafu 2 hi likwidata. 4. L-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu allokat għandu jfittex rimedju ġudizzjarju jew rimedju xieraq ieħor rigward xi ksur stabbilit ta' l-Artikolu 6. Dak i-rimedju għandu jkollu effett ta' sospensjoni fuq il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. 5. Meta hu stabbilit fuq l-inizjattiva ta' l-awtoritajiet jew ta' xi parti interessat li SCE għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha fit-territorju ta' Stat Membru bi ksur ta' l-Artikolu 6, l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru għandhom jinfurmaw immedjatament l-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali ta' l-SCE hu allokat. Artikolu 74 Pubblikazzjoni ta' stralċ Mingħajr preġudizzju għad- dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li teħtieġ pubblikazzjoni addizzjonali, l-bidu u t-tmiem ta' stralċ inklużi stralċ volontarju, likwidazzjoni, insolvenza jew sospensjoni ta' proċeduri ta' pagamenti u kull deċiżjoni li tkompli topera għandha tkun pubblikata skond l-Artikolu 12. Artikolu 75 Distribuzzjoni Assi netti għandhom ikunu distribwiti skond il-prinċipju ta' distribuzzjoni diżinteressata, jew, meta hu permess mill-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali, skond ftehim ieħor imħejji skond l-istatuti ta' l-SCE. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, assi netti għandhom jinkludu assi residwi wara l-ħlas ta' l-ammonti kollha dovuti lill-kredituri u rimbors tal-kontribuzzjonijiet tal-kapital tal-membri. Artikolu 76 Konverżjoni f'kooperattiva 1. SCE tista' tkun mibdula f'kooperattiva regolata mill-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-indirizz uffiċjali tagħha hu allokat. Ebda deċiżjoni fuq konverżjoni ma tista' tkun meħuda qabel ma jgħaddu sentejn wara r-reġistrazzjoni tagħha jew qabel ma jkunu approvati l-ewwel żewġ settijiet ta' kontijiet ta' kull sena. 2. Il-konverżjoni ta' SCE f'kooperattiva m'għandhiex tirriżulta fi stralċ jew fil-ħolqien ta' persuna legali ġdida. 3. L-organu ta' l-immaniġġjar jew dak amministrattiv ta' l-SCE għandhom jagħmel termini ta' abbozz tal-konverżjoni u rapport li jispjega u jiġġustifika l-aspetti legali u ekonomiċI kif ukoll l-effetti ta' l-imjieg tal konverżjoni u jindika l-implikazzjonijiet ta' l-adozzjoni tal-forma kooperattiva għal membri u detenturi ta' ishma msemmija fl-Artikolu 14 u għall-impjegati. 4. It-termini ta' abbozz tal-konverżjoni għandha tkun pubblikata bil-mod stabbilti fil-liġi ta' kull Stat Membru mill-inqas darba f'xahar qabel ma l-laqgħa ġenerali sejħet għal deċiżjoni fuq il-konverżjoni. 5. Qabel il-laqgħa ġenerali msemmija fil-paragrafu 6, wieħed jew iktar esperti indipendenti maħtura jew approvati, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali, minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Istat Membru li għalih l-SCE li qed tkun mibdula hi suġġetta, għandha tassigura li din ta' l-aħħar għandha assi ekwivalenti għall-kapital tagħha. 6. Il-laqgħa ġenerali ta' l-SCE għandha tapprova t-termini ta' abbozz tal-konverżjoni flimkien ma' l-istatuti tal-kooperattiva. Id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali għandha tkun meħuda kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali. IL-KAPITOLU VIII DISPOSIZZJONIJIET ADDIZZJONALI U TRANSITORJI Artikolu 77 L-Unjoni ekonomika u monetarja 1. Jekk u sakemm it-tielet fażi ta' l-EMU ma tgħoddx għaliha, kull Stat Membu jista' jagħmel l-SCEs bl-indirizzi uffiċjali fit-territorju tiegħu suġġett għall-istess dispożizzjonijiet li jgħoddu għall-kooperattivi jew kumpanniji b'responsabbiltajiet pubbliċi limitati koperti mill-leġislazzjoni tiegħu rigward it-tifsir tal-kapital tagħhom. SCE tista', f'kull każ, tfisser il-kapital tagħha bil-euro ukoll. F'dak il-każ ir-rata tal-konverżjoni tal-munita nazzjonali/euro għandha tkun dik ta' l-aħħar ġurnata tax-xahar ta' qabel il-formazzjoni ta' l-SCE. 2. Jekk u sakemm it-tielet fażi ta' l-EMU ma tgħoddx għall-Istat Membru li fih l-SCE għandha l-indirizz uffiċjali, l-SCE tista', madankollu tipprepara u tippubblika l-kontijiet ta' kull sena u meta approprjat, il-kontijiet konsolidati tagħha bil-euro. L-Istat Membru jista' jeħtieġ li l-kontijiet ta' kull sena ta' l-SCE u. meta approprjat, il-kontijiet konsolidati tagħha jkunu preparati u ppubblikati bil-munita nazzjonali skond l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għall-kooperattivi u kumpanniji b'responsabbiltajiet pubblii limitati regolati mill-liġi ta' dak l-Istat Membru. Dan m'għandux jippreġudika l-possibbiltà addizzjonali li SCE tippubblika l-kontijiet ta' kull sena tagħha u, meta approprjat, l-kontijiet konsolidati tagħha bil-euro skond id- Direttiva tal-Kunsill 90/604/KEE tat-8 ta' Novembru 1990 li temenda d- Direttiva 78/660/KEE dwar kontijiet ta' kull sena u d- Direttiva 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati kif tikkonċerna l-eżenzjonijiet għal kumpanniji ta' daqs żgħir u medju u l-pubblikazzjoni ta' kontijiet bl-ecu [20]. IL-KAPITOLU IX DISPOSIZZJONIJIET FINALI Artikolu 78 Regoli nazzjonali ta' implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjoni bil-mod approprjat sabiex jassiguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir -Regolament. 2. Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti fis-sens ta' l-Artikoli 7, 21, 29, 30, 54 u 73. Dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan. Artikolu 79 Reviżjoni tar-Regolament Ħames snin wara l-aħħar dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fuq l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u proposti għall-emendi, meta approprjat. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, janalizza l-proprjetà ta': (a) l-permess ta' l-allokazzjoni ta' l-uffiċju ewlieni ta' l-SCE u ta' l-indirizz uffiċjali fi Stati Membri differenti; (b) l-permess ta' dispożizzjonijiet fl-istatuti ta' SCE adottati minn Stat Membru fl-eżekuzzjoni ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri minn dan ir-Regolament jew liġijiet adottati biex jassiguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament rigward l-SCEs li jiddevjaw minn, jew li huma kumplimentarji ma', dawn il-liġijiet, anke meta dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex awtorizzati fl-istatuti ta' kooperattiva li għandha l-indirizz uffiċjali fl-Istat Membru; (ċ) l-permess ta' dispożizzjonijiet li jawtorizzaw lill-SCE biex tinqasam f'żewġ kooperattivi nazzjonali jew iktar: (d) l-permess ta' rimedji legali speċifiċi fil-każ ta' frodi jew ta' żball waqt ir-reġistrazzjoni ta' SCE stabbilita permezz ta' għaqda. Artikolu 80 Dħul fis-seħħ Dan ir-Reglament għandu jidħol fis-seħħ ft-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika mit-18 ta' Awissu 2006. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Alemanno [1] ĠU C 99, tal-21.4.1992, p. 17 u ĠU C 236, tal-31.8.1993, p. 17. [2] ĠU C 42, tal-15.2.1993, p. 75 u opinjoni mogħtija fl-14 ta' Mejju 2003 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 223, tal-31.8.1992, p. 42. [4] ĠU C 128, tas-16.5.1983, p. 51. [5] ĠU C 246, ta' l-14.9.1987, p. 94. [6] ĠU C 158, tas-26.6.1989, p. 380. [7] ĠU C 61, tat-28.2.1994, p. 231. [8] ĠU C 313, tat-12.10.1998, p. 234. [9] ĠU L 294, ta' l-10.11.2001, p. 1. [10] ĠU L 199, tal-31.7.1985, p. 1. [11] Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali ta' l-88th laqgħa plenarja tan-Nazzjonijiet Uniti, 19 ta' Diċembru 2001 (A/RES/56/114). [12] Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [13] ĠU L 65, ta' l-14.3.1968, p. 8; Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni 1994. [14] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11; Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/65/KE (ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 28). [15] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1; Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/65/KE. [16] ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 20. [17] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 36. [18] ĠU L 372, tal-31.12.1986; Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/65/KE. [19] ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1; Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/13/KE (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 17). [20] ĠU L 317, tas-16.11.1990, p. 57. --------------------------------------------------