EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0858

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2003 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għal importazzjonijiet ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj ta' li joriġina mill-akwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum uman (mgħarrfa taħt dokument nru K (2003) 4219)Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32008R1251

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/858/oj

32003D0858



Official Journal L 324 , 11/12/2003 P. 0037 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta' Novembru 2003

li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għal importazzjonijiet ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj ta' li joriġina mill-akwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum uman

(mgħarrfa taħt dokument nru K (2003) 4219)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/858/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-ħruġ fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwakultura [1], kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 20(1) u 21(2) tiegħu,

Billi:

(1) Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tiegħu għall-biedja fil-Komunità, għanda tiġi stabbilita.

(2) Huwa meħtieġ li jiġu preskritti kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-anninmali u ċertifikati mudell għal dawk il-pajjiżi terzi, hija u titqies is-sitwazzjoni ta' saħħa ta' l-annimali tal-pajjiż terz konċernat u tal-ħut, bajd jew gametes li se jiġu mportati, sabiex tiġi prevjenuta l-introduzzjoni ta' aġenti ta' mard li jistgħu jikkawżaw impatt sinifikanti fuq il-ħażna ta' ħut fil-Komunità.

(3) Għanda tingħata attenzjoni għall-mard ġdid u mard li huwa eżotiku għall-Komunità u li jista' jkollu impatt serju fuq il-ħażniet ta' ħut fil-Komunità. Barra minn hekk, il-politika ta' vaċċinazzjon u s-sitwazzjoni ta' mard rigward epizootic haematopoietic necrosis (EHN) u l-mardtal-ħut riferit fl-Anness A mad-Direttiva 91/67/KEE, fil-post tal-produzzjoni u fejn xieraq fil-post tad-destinazzjoni għandhom jitqiesu.

(4) Huwa meħtieġ li pajjiżi jew partijiet minnhom li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ħut ħaj, il-bajd u gametes tiegħu għall-biedja, iridu japplikaw kondizzjonijiet għall-kontroll ta' mard, u monitorjar għall-inqas ekwivalenti għal livelli stabbiliti fil-Komunità kif preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE u fid-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KE ta' l-24 ta' Ġunju 1993 li jintroduċu miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut [3], kif emendati l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/288/KE [4]. Il-metodi ta' kampjunar u ta' testjar użati għandhom għall-inqas ikunu ekwivalenti għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/183/KE [5] tat-22 ta' Frar 2001 li tippreskrivi l-pjanijiet ta' kampjunar u l-metodi dijanjostiċi għall-iskoperta u l-konferma ta' ċertu mard tal-ħut u li tħassar id-Deċiżjoni 92/532/KEE, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE [6] tat-13 ta' Ġunju 2003 li jistabbilixxu kriterji għat-tqassim f'żoni (zoning) u sorveljanza uffiċjali wara suspett jew konferna tal-presenza ta' Infectious salmon anaemia (ISA). F'każijiet fejn metodi ta' kampjunar u ta' testjar mhumiex preskritti fil-leġislazzjoni tal-Komunità, il-metodi ta' kampjunar u ta' testjar użati għandhom ikunu bi qbil ma' dawk preskritti fl-Uffiċċju Internazzjonali ta' Manwal ta' Epizootics (UIE) ta' Testijiet Dijanjostiċi għal Annimali tal-Baħar.

(5) Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli ta' dawn il-pajjiżi terzi jindaħlu sabiex jgħarrfu permezz ta' fax, telegramma jew posta elettronika, lill-Kummissjoni u l-istati Membri fi żmien 24 siegħa, b'kull okkorrenza ta' epizootic haematopoietic necrosis (EHN), jew mard ieħor riferit fl-Anness A mad-Direttiva 91/67/KEE, kif ukoll kull imxija ta' mard li jikkawża impatt sinifikanti fuq il-ħażna tal-ħut fit-territorju tagħhom jew partijiet minnu minn fejn huma awtorizzati importazzjonijiet koperti minn din id-Deċiżjoni. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli ta' dawk il-pajjiżi terzi jridu jieħdu miżuri sabiex jipprevjenu il-mard milli jinfirex fil-Komunità. Barra minn hekk u kif applikabbli, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa b'kull bidla fil-politika ta' tilqim kontra dan il-mard.

(6) B'żieda ma' dan, meta jiġi mportat ħut ħaj ta' oriġini ta' l-akwakultura u prodotti minnhom għall-konsum mill-bniedem, huwa meħtieġ li tiġi prevjenuta l-introduzzjoni fil-Komunità ta' mard serju li jaffettwa l-annimali tal-baħar.

(7) Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu supplimentati l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni ta' ħut ħaj ta' oriġini ta' l-akwakultura u prodotti minnhom skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq ta' prodotti mis-sajd [7], kjf emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003, mal-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni ta' saħħa ta' l-annimali..

(8) Tista' titnaqqas il-possibilta li jiġi kontrollat u eradikat mard li huwa eżotiku għall-Komunità u li jista' jkollu impatt serju fuq il-ħażniet ta' ħut fil-Komunità, jekk ħut li jista' jġorr dan il-mard jiġi rilaxxat fl-ibħra magħluqa tal-Komunità. Ħut ħaj, bajd u gametes ta' oriġini ta' l-akwakultura, għandu għalhekk jiġI mportat fil-Komunità jekk jiddaħħlu f'xi razzett biss.

(9) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-importazzjoni ta' ħut tropikali ornamentali li jinżamm b'mod permanenti fl-akkwarju-ijiet.

(10) Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet ta' saħħa publika stabbiliti skond id-Direttiva 91/493/KEE.

(11) Din id-Direttiva għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għal Komunità jew dispożizzjoni nazzjonali dwar il-konservazzjoni ta' speċje.

(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' annimali u prodotti mill-annimali [8] tippreskrivi livelli stabbiliti ta' ċertifikazzjoni. Ir-regoli u l-prinċipji applikati minn uffiċjali ċertifikanti ta' pajjiż terz għandhom jipprovdu garanziji, li huma ekwivalenti għal dawk preskritti f'dik id-Direttiva.

(13) Għandhom jitqiesu l-priniċipji preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivu r-regoli ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, il-proċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum tal-bniedem [9], b'mod partikolari l-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva.

(14) Perjodu transitorju taż-żmien għandu jiġi provdut għall-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet ġodda ta' ċertifikazzjoni ta' importazzjoni.

(15) Il-lista ta' pajjiżi approvati riferita fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data ta' applikazzjoni.

(16) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skop

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli armonizzati għas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta':

(a) ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tiegħu, maħsuba għall-biedja fil-Komunità;

(b) ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura maħsub għall-bini mill-ġdid tas-setturi tas-sajd put-and take fil-Komunità;

(ċ) ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura u prodotti minnu, maħsub għall-konsum fil-pront tal-bniedem jew aktar proċessar qabel il-konsum mill-bniedem.

2. Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tgħodd għall-importazzjoni ta' ħut tropikali ornamentali li jinżamm b'mod permanenti fl-akkwarju-ijiet.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

1. Għall-għant ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 91/67/KEE u 93/53/KEE għandhom japplikaw.

2. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "joriġina mill-akwalkutura" ifisser ħut li joriġina minn razzett;

(b) "ċentru ta' importazzjoni approvat" ifisser kull stabbiliment fil-Komunità fejn ikunu fis-seħħ miżuri speċjali ta' bijo-sigurta, approvati mill-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat, għal aktar proċessar ta' ħut ħaj importat li joriġina mill-akwakultura u prodotti minnu;

(ċ) "żona kostali" tfisser żona li tikkonsisti minn parti mill-kosta jew ilma baħar jew estuary:

(i) li għandha dilimitazzjoni ġijografika preċiża u tikkonsisti minn sistema idroloġika omoġenja jew serje ta' dawn is-sistemi, jew

(ii) li hija lokata bejn il-bokkatura (mouths) ta' żewġ korsiji ta' l-ilma, or

(iii) fejn ikun hemm razzett wieħed jew aktar u l-irziezet kollha huma mdawwrin minn żoni ta' buffer xierqa fuq iż-żewġ naħat tar-razzett jew irziezet;

(d) "żona kontinentali" tfisser żona li tikkonsisti minn jew:

(i) parti mit-territorju li tikkomprendi erja intiera għall-qbid tal-ħut mill-egħjun tat-toroq ta' l-ilma sa l-estuary jew aktar minn erja waħda għall-qbid tal-ħut li fiha l-ħut jitrabba, jinżamm jew jinqabad, kif ikun meħtieġ imdawra minn żona buffer li fiha jitwettaq programm ta' monitorjar mingħajr il-ħtieġa li tikseb l-istat ta' żona approvata, jew

(ii) parti minn erja għall-qbid tal-ħut mill-egħjun tat-toroq ta' l-ilma sa barriera naturali jew artifiċjali li tipprevjeni lill-ħut milli jimigra minn naħa t'isfel ta' dik il-barriera, kif ikun meħtieġ imdawra minn żona buffer li fiha jitwettaq programm ta' monitorjar mingħajr il-ħtieġa li tikseb l-istat ta' żona approvata.

Id-daqs u s-sitwazzjoni ġijografika taż-żona kontinentali trid tkun tant li l-possibbilitajiet għal kontaminazzjoni mill-ġdid p.e. minn ħut li jimigra huma minimizzati;

(e) "razzett nominat" ifisser jew:

(i) razzett kostali f'pajjiż terz suġġett għall-miżuri meħtieġa kollha biex tiġi prevjenuta l-introduzzjoni ta' mard u li l-ilma jiġi provvdut lilha permezz ta' sistema li tiżgura l-inattivazzjoni kompleta tal-patoġeni li ġejjin: infectious salmon anaemia (ISA), viral heamorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haemorrhagic necrosis (IHN), jew

(ii) razzett intern f'pajjiż terz suġġett għall-miżuri meħtieġa kollha biex tiġi prevjenuta l-introduzzjoni ta' mard. Ir-razzett, jekk ikun meħtieġ, jiġi protrett kontra l-għarar u l-infiltrazzjoni ta' l-ilma, u hemm barriera naturali jew artifiċjali lokata n-naħa t'isfel, li ma tħallix lill-ħut jidħol fir-razzett. L-ilma jiġi provvdut direttament lir-razzett minn borehole, nixxiegħa, jew bir, mgħoddi minn pajp, kanal miftuħ jew konduwit naturali, li ma jikkostitwixxix sors ta' infezzjoni għar-razzett u ma jħallix l-introduzzjoni ta' ħut selvaġġ. Il-kanal ta' l-ilma huwa taħt il-kontroll tar-razzett jew ta' l-awtoritajiet kompetenti;

(f) "impriża" tfisser: kull fond approvat skond id-Direttiva 91/493/KEE, fejn prodotti mis-sajd huma mħejjija, proċessati, mkessħa, friżati, pakkjati jew maħżuna, imma minbarra swieq ta' rkant u ta' bejgħ bl-ingrossa li fihom iseħħ biss wiri u bejgħ bl-ingrossa;

(g) "biedja" tfisser: l-attivita li sseħħ fuq kull razzett jew, b' mod ġenerali, xi stallazzjoni ġjografikament definita fejn il-ħut jiġi mrobbija jew miżmum bil-ħsieb li jinħareġ fis-suq;

(h) "prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwalkultura" ifissru kull prodott maħsub għall-konsum mill-bniedem li joħroġ minn ħut li joriġina mill-akwakultura, inkluż ħut sħiħ (mhux bl-intern imneħħi), ħut bl-intern imneħħi, u flettijiet, u kull prodott minnhom;

(i) "aktar proċessar" ifisser it-tħejjija u l-proċessar qabel il-konsum mill-bniedem permezz ta' kull tip ta' miżura u metodu ta' teknika, li jipproduċu skart jew prodotti sekondarji li jistgħu jikkawżaw riskju ta' tixrid ta' mard, inkluż: operati li jaffettwaw l-anatomija sħiħa bħat-tneħħija tad-demm, it-tneħħija tal-ġewwieni (gutting/evisceration), it-tneħħija tar-ras (heading), it-tqattigħ fi flieli, it-tqattiegħ tal-flettijiet;

(j) "konsum fil-pront mill-bniedem" ifisser li l-ħut importat għall-għan ta' konsum mill-bniedem ma jgħaddix minn aktar proċessar fil-Komunità qabel ma jinħareġ fis-suq tal-bejgħ bl-imnut għall-konsum mill-bniedem;

(k) "settur tas-sajd put and take" ifisser għadajjar (ponds, lakes jew ibħra magħluqa li huma sostenuti mill-introduzzjoni ta' ħut primarjament għal sajd rekrejazzjonali aktar milli għall-konservazzjoni jew it-titjib ta' popolazzjoni naturali;

(l) "territorju" ifisser pajjiż sħiħ, żona kostali, żona kontinentali jew razzett nominat, li huwa awtorizzat mill-awtorita kompetenti ċentrali tal-pajjiż terz konċernat għal esportazzjonil lill-Komunità.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tiegħu maħsuba għall-biedja, u għal ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura għall-bini mill-ġdid tas-setturi tas-sajd put-and take, fil-Komunità Ewropea

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tiegħu għall-biedja biss jekk:

(a) il-ħut joriġin f'territorju mniżżel f'lista fl-Anness I;

(b) il-kunsinja tikkonforma mal-garanziji, inklużi dawl għall-pakkeġġjar u t-tikkettjar u l-ħtiġijiet addizzjonali speċifiċi xierqa, kif preskritti fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimal, imfassal b'mod konformi mal-mudell fl-Anness II, waqt li jitqiesu n-noti ta' spjega fl-Anness III;

(ċ) il-ħut ikun ġie trasportat fuq kondizzjonijiet li ma jbiddlux l-istat ta' saħħa tiegħu.

2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura, il-bajd u l-gametes tiegħu maħsuba għall-bini mill-ġdid dirett ta' setturi tas-sajd put-and take biss jekk:

(a) il-kunsinja tikkonforma mar-regoli preskritti fil-paragrafu 1;

(b) is-settur tas-sajd (put and take) ma jirrappreżentax għadajjar (lakes) jew ibħra magħluqa.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ħut importat li joriġina mill-akwakultura, il-bajd u l-gametes tiegħu maħsuba għall-biedja jew bini mill-ġdid tas-setturi tas-sajd put-and take fl-ibħra tal-Komunità, huma ntrodotti biss f'irziezet jew setturi tas-sajd put-and take li jirrappreżentaw għadajjar (ponds) u mhumiex introdotti f'ibħra magħluqa.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ħut ħaj importat jew li joriġina mill-akwakultura, il-bajd u l-gametes tagħhom huma trasportati direttament lir-razzett jew għadira (pond) tad-destinazzjoni, kif dikjarat fiċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimal.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet relatati ma' l-impotazzjoni tal-ħut ħaj ghal konsum uman ta' l-akwakultura.

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura maħsub għall-konsum fil-pront mill-bniedem jew għal aktar proċessar qabel il-konsum mill-bniedem, biss jekk:

(a) il-kunsinja tikkonforma mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 3 paragrafu 1 u l-Artikolu 7 paragrafu 1 ta' din id-Deċiżjoni; jew

(b) il-ħut jintngħat direttament lil ċentru ta' importazzjoni approvat biex jinqatel u jitneħħielu l-ġewwieni.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwakultura għal aktar proċessar qabel il-konsum mill-bniedem

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwakultura maħsuba għal aktar proċessar qabel konsum mill-bniedem biss jekk:

(a) il-ħut joriġina f'pajjiżi terzi u impriżi awtorizzati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/493/KEE u jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni ta' saħħa pubblika preskritti skond dik id-Direttiva; u

(b) il-kunsinja tikkonforma mal-garanziji, inklużi dawk għall-pakkeġġjar u t-tikkettjar u l-ħtiġijiet addizzjonali speċifiċi xierqa, kif preskritt fiċ-ċertifikat ta' saħħa ta' l-annimali, mfassal b'mod konformi mal-mudell fl-Anness IV, huma u jitqiesu n-noti ta' spjega fl-Anness III.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċessar ta' prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwakultura jseħħ f'ċentri ta' importazzjoni approvati minbarra jekk:

(a) il-ħut ikun tneħħilu l-ġewwieni qabel ma jintbagħat; jew

(b) il-post ta' l-orġini jkollu stat ta' saħħa ekwivalenti għall-post fejn se jiġu proċessati partikolarment rigward epizootic haematopoietic necrosis (EHN) u l-mard riferit fil-listi I u II, kolonna 1, ta' l-Anness A mad-Direttiva 91/67/KEE.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni ta' prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwakultura għal konsum fil-pront mill-bniedem

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwakultura maħsuba għal konsum fil-pront mill-bniedem biss jekk:

(a) il-ħut joriġina f'pajjiżi terzi u impriżi awtorizzati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/493/KEE u jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni ta' saħħa pubblika preskritti skond dik id-Direttiva;

(b) il-kunsinja tikkonforma mal-garanziji, inklużi dawk għall-pakkeġġjar u t-tikkettjar kif preskritti fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimal, imfassal b'mod konformi mal-mudell fl-Anness V, huma u jitqiesu n-noti ta' spjega fl-Anness III;

(ċ) il-kunsinja tikkonsisti minn pakketti lesti għall-konsumatur ta' daqs xieraq għall-bejgħ bl-imnut direttament lill-konsumatur t' l-aħħar, bħal

(i) flettijiet imqartsa fil-vakwu,

(ii) prodotti siġillati ermetikament jew prodotti oħra trattati bis-sħana,

(iii) blokki friżati ta' laħam tal-ħut,

(iv) ħut bil-ġewwieni mneħħi jew imqiegħed fuq is-silġ.

Artikolu 7

Ċertifikazzjoni

1. Fil-każ ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tiegħu, l-awtorita kompetenti fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera tal-pajjiż fl-Istat Membru fejn jaslu għandu jikkompleta d-dokument riferit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/527/KEE [10] b'waħda mid-dikjarazzjonijiet preskritti fl-Anness VI ma' din id-Deċiżjoni kif xieraq.

2. Fil-każ prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwakultura, l-awtorita kompetenti fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera tal-pajjiż fl-Istat Membru fejn jaslu għandu jikkompleta d-dokument riferit fl-Anness B mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/13/KEE [11] b'waħda mid-dikjarazzjonijiet preskritti fl-Anness VI ma' din id-Deċiżjoni kif xieraq.

Artikolu 8

Prevenzjoni ta' kontaminazzjoni ta' ilmijiet naturali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ħut ħaj importat li joriġina mill-akwakultura u prodotti minnu maħsuba għall-konsum mill-bniedem ma jiġux introdotti, u ma jikkontaminawx xi ilma naturali fit-territorju tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ilma ta' trasport minn kunsinji importati ma jwassalx għal kontaminazzjoni ta' ilmijiet naturali fit-territorju tagħhom.

Artikolu 9

Approvazzjoni ta' ċentri ta' importazzjoni

1. L-awtoritàkompetenti ta' l-Istati Membri għandha tapprova impriża bħala ċentru ta' importazzjoni approvat basta iżda li tissodisfa l-kondizzjonijiet minimi ta' saħħa ta' l-animali ta' l-Anness VII ma' din id-Deċiżjoni.

2. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha tfassal lista ta' ċentri ta' importazzjoni approvati, li kull wieħed minnhom għandu tingħata numru uffiċjali.

3. Il-lista ta' ċentri ta' importazzjoni approvati, u kull emenda sosegwenti għaliha, għandha tiġi komunikta mill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 10

Data ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1.

[2] ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1.

[3] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23.

[4] ĠU L 99, ta’ l-10.4.2001, p. 11.

[5] ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 65.

[6] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 61.

[7] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[8] ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 28.

[9] ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11.

[10] ĠU L 332, tat-18.11.1992, p. 22.

[11] ĠU L 9, tal-15.1.1993, p. 33.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

Dikjarazzjonijiet li jridu jinħarġu mill-awtorità kompetenti fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera biex jitlesta d-dokument riferit fl-Anness mad-Deċiżjoni 92/527/KEE jew fl-Anness B mad-Deċiżjoni 93/13/KEE

L-awtorità kompetenti fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera fl-Istat Membru tal-wasla għandu jikkompleta d-dokument riferit fl-Anness mad-Deċiżjoni 92/527/KEE jew ta' l-Anness B mad-Deċiżjoni 93/13/KEE b'waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin kif ikun xieraq:

A. Dikjarazzjonijiet li jridu jiżdiedu mad-dokument riferit fl-Anness mad-Deċiżjoni 92/527/KEE rigward ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura għall-bini mill-ġdid tas-setturi tas-sajd put-and take, fil-Komunità Ewropea

jew:

"(Ħut ħaj) [1] (u) [2] (Bajd) [3] (u) [4] (Gametes) [5] ċertifikati għall-biedja f'żoni u rziezet tal-Komunità Ewropea għajr dawk bi programm jew stat approvat fil-Komunità, garanziji addizzjonali jew miżuri protettivi rigward: viral haemorrhagic septicaemia (VHS), u infectious haematopoietic necrosis (IHN), u spring viraemia of carp (SVC), u Gyrodactylus salaris."

jew:

"Ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura ċertifikat għall-bini mill-ġdid ta' setturi tas-sajd put-and take f'żoni u rziezet fil-Komunità Ewropea għajr dawk bi programm jew stat approvat fil-Komunità, garanziji addizzjonali jew miżuri protettivi rigward: viral haemorrhagic septicaemia (VHS), u infectious haematopoietic necrosis (IHN), u spring viraemia of carp (SVC), u Gyrodactylus salaris."

jew:

"(Ħut ħaj) [6] (u) [7] (Bajd) [8] (u) [9] (Gametes) [10] ċertifikati għall-biedja f'żoni u rziezet tal-Komunità Ewropea inkluż dawk bi programm jew stat approvat fil-Komunità, garanziji addizzjonali jew miżuri protettivi rigward: (viral haemorrhagic septicaemia (VHS)) [11] (u) [12] (infectious haematopoietic necrosis (IHN)) [13] (u) [14] (spring viraemia of carp (SVC)) [15] (u) [16] (Gyrodactylus salaris) [17]."

jew:

"Ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura ċertifikat għall-bini mill-ġdid ta' setturi tas-sajd put-and take f'żoni u rziezet fil-Komunità Ewropea inkluż dawk bi programm jew stat approvat fil-Komunità, garanziji addizzjonali jew miżuri protettivi rigward: (viral haemorrhagic septicaemia (VHS)) [18] (u) [19] (infectious haematopoietic necrosis (IHN)) [20] (u) [21] (spring viraemia of carp (SVC)) [22] (u) [23] (Gyrodactylus salaris) [24]."

B. Dikjarazzjonijiet li jridu jiżdiedu mad-dokument riferit fl-Anness B mad-Deċiżjoni 93/13/KEE rigward prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwakultura maħsuba għall konsum mill-bniedem

jew:

"Prodotti mill-ħut li m'għandhomx il-ġewwieni mneħħi li joriġinaw mill-akwakultura ċertifikati għal esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea (minbarra lejn żoni bi stat approvat tal-Komunità rigward (VHS) [25] (u) [26] (IHN) [27]) [28], għal aktar proċessar (f'ċentri approvati ta' importazzjoni) [29] qabel il-konsum mill-bniedem."

jew

"Prodotti mill-ħut bil-ġewwieni mneħħi li joriġinaw mill-akwakultura għal esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea, għal aktar proċessar qabel il-konsum mill-bniedem."

jew

"Prodotti mill-ħut li joriġinaw mill-akwakultura ċertifikati għal esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea, għal konsum fil-pront mill-bniedem."

[1] Żomm kif inhu xieraq.

[2] Żomm kif inhu xieraq.

[3] Żomm kif inhu xieraq.

[4] Żomm kif inhu xieraq.

[5] Żomm kif inhu xieraq.

[6] Żomm kif inhu xieraq.

[7] Żomm kif inhu xieraq.

[8] Żomm kif inhu xieraq.

[9] Żomm kif inhu xieraq.

[10] Żomm kif inhu xieraq.

[11] Żomm kif inhu xieraq.

[12] Żomm kif inhu xieraq.

[13] Żomm kif inhu xieraq.

[14] Żomm kif inhu xieraq.

[15] Żomm kif inhu xieraq.

[16] Żomm kif inhu xieraq.

[17] Żomm kif inhu xieraq.

[18] Żomm kif inhu xieraq.

[19] Żomm kif inhu xieraq.

[20] Żomm kif inhu xieraq.

[21] Żomm kif inhu xieraq.

[22] Żomm kif inhu xieraq.

[23] Żomm kif inhu xieraq.

[24] Żomm kif inhu xieraq.

[25] Żomm kif inhu xieraq.

[26] Żomm kif inhu xieraq.

[27] Żomm kif inhu xieraq.

[28] Żomm kif inhu xieraq.

[29] Żomm kif inhu xieraq.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

Kondizzjonijiet minimi għas-saħħa ta' l-annimal għall-approvazzjoni ta' "ċentri ta' importazzjoni approvati" għall-proċessar ta' ħut li joriġina mill-akwakultura

A. Dispożizzjonijiet ġenerali

1. L-Istati Membri għandhom japprovaw biss impriżi bħala ċentri ta' importazzjoni għal aktar proċessar ta' ħut ħaj importat li joriġina mill-akwakultura u prodotti minnu basti li l-kondizzjonijiet fiċ-ċentru ta' importazzjoni huma tali li riskji ta' kontaminazzjoni ta' ħut fl-ibħra tal-Komunità, minn patoġeni li jistgħu jikkawżaw impatt sinifikanti lill-ħażna tal-ħut, permezz ta' skarigi jew skarti ieħor, jew b'mezzi oħra, huma evitati.

2. Impriżi approvati bħala "ċentru ta' importazzjoni approvat", ma jistgħux jiġu permessi li jmexxu ħut ħaj barra mill-impriża.

3. B'żieda mad-dispożizzjonijiet xierqa ta' saħħa pubblika preskritti skond id-Direttiva 91/493/KEE għal kull impriża, kif ukoll regoli tas-saħħa preskritti minn leġislazzjoni tal-Komunità rigward prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet minimi tas-saħħa ta' l-annimal kif preskritti hawn taħt.

B. Dispożizzjonijiet ta' tmexxija

1. Ċentri ta' importazzjoni approvati jridu jinfetħu għall-spezzjoni u kontroll mill-awtorità kompetenti f'kull waqt.

2. Ċentri ta' importazzjoni approvati jrid ikollhom kontroll ta' mard effiċjenti, u sistemi ta' monitorjar; fl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE, każijiet ta' mard suspettat u mortalita għandhom jiġu nvestigati mill-awtorità kompetenti; l-analiżi u trattament meħtieġa jridu jitwettqu f'konsultazzjoni ma' u taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti, hija u titqies il-ħtieġa fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 91/67/KEE.

3. Ċentri ta' importazzjoni approvati jridu japplikaw sistema ta' tmexxija, approvata mill-awtorità kompetenti, inkluż rutini ta' iġjene u ta' rimi għat-trasport, kontenituri ta' trasport, faċilitajiet u tagħmir. Il-linji ta' gwida preskritti għad-disinfezzjoni ta' rziezet tal-ħut fil-Kodiċi tas-Saħħa ta' l-Annimal tal-Baħar Internazzjonali (UIE), is-Sitt Edizjoni, 2003, Appendiċi 5.2.2., għandhom jiġpu segwiti. Id-disinfettanti wżati jridu jiġu approvati għall-għan mill-awtorità kompetenti u tagħmir xieraq irid ikun disponibbli għat-tindif u d-disinfezzjoni. Skarigi ta' prodotti sekondarji u materjali oħra ta' skart inkluż ħut mejjet u l-prodotti tagħhom iridu jitwettqu bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1]. Is-sistema ta' tmexxija fiċ-ċentru ta' importazzjoni approvat għandha tkun tali li riskji ta' kontaminazzjoni ta' ħut fl-ibħra tal-Komunità minn patoġeni li jistgħu jikkawżaw impatt sinifikanti għall-ħażna tal-ħut, partikolarment rigward patoġeni eżotiċi għall-Komunità u l-patoġeni tal-ħut riferiti fil-lista I u II, kolonna 1, ta' l-Anness A mad-Direttiva 91/67/KEE, huma evitati.

4. Ċentri ta' importazzjoni approvati jridu jżommu rekord aġġornat ta': mortalita osservata; u tal-ħut ħaj kollu, il-bajd u l-gametes tiegħu li jidħlu fiċ-ċentru u prodotti li jitilqu miċ-ċentru inkluż is-sors tagħhom, is-supplenti tagħhom u d-destinazzjoni tagħhom. Ir-rekord għandu jkun miftuħ għal skrutinju mill-awtorità kompetenti f'kull waqt.

5. Ċentri ta' importazzjoni approvati jridu jitnaddfu u jiġu disinfettati regolarment bi qbil mal-programm deskritti f'punt 3 hawn fuq.

6. Persuni awtorizzati biss jistgħu jidħlu f'ċentri ta' importazzjoni approvati u jridu jilbsu ħwejjeġ protettivi inkluż xeddijiet tas-sieq xierqa.

[1] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

Top