EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0077

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta' l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar

ĠU L 29, 5.2.2003, p. 25–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/08/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/77(1)/oj

32003D0077



Official Journal L 029 , 05/02/2003 P. 0025 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-1 ta' Frar 2003

li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta' l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar

(2003/77/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE ta' l-1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar [1], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Billi:

(1) Għall-iskop tal-Protokoll anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, il-Kummissjoni għandha tamministra l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar.

(2) L-amministrazzjoni ta' dawn l-assi għandha jkollha l-iskop li tilħaq l-għola rendiment possibbli li hija kompatibbli mas-sigurtà.

(3) Il-kapital kollu ta' l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, prodott mill-likwidazzjoni għandu jiġi ppreżervat b'mod intatt.

(4) L-amministrazzjoni ta' l-assi trasferiti għandha tieħu kont ta' l-esperjenza akkwistata fil-ġestjoni ta' l-operazzjonijiet finanzjari tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u l-linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta' l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom għalhekk jiġu bbażati fuq din l-esperjenza.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta' l-Assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-"linji gwida finanzjarji") huma mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Il-linji gwida finanzjarji għandhom jiġu riveduti jew supplimentati, jekk ikun xieraq, kull ħames snin, bl-ewwel perjodu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2007. Għal dan l-iskop, u l-aktar tard fl-ewwel sitt xhur ta' l-aħħar sena ta' kull perjodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima mill-ġdid ta' l-operazzjonijiet u l-effettività tal-linji gwida finanzjarji u għandha tipproponi kull emenda li tkun xierqa.

Jekk tqis bħala xieraq, il-Kummissjoni tista' twettaq din l-istima mill-ġdid u għandha tressaq proposti għall-emendi li jkunu xierqa lill-Kunsill qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-24 ta' Lulju 2002.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Frar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU C 180, 26.06.01, p. 10.

[3] ĠU C 177, 25.07.02, p. 28.

--------------------------------------------------

ANNESS

LINJI GWIDA FINANZJARJI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TA' L-ASSI TAL-KEFA F'LIKWIDAZZJONI U, MAT-TWETTIQTAL-LIKWIDAZZJONI, L-ASSI TAL-FOND TA' RI¬ERKA GĦALL-FAĦAM U L-AZZAR

1. UŻU TAL-FONDI

(a) L-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni, inklużi kemm il-portafoll ta' self tagħha u l-investimenti tagħha, għandhom ikunu wżati kif meħtieġ biex jintlaħqu l-obbligazzjonijiet li jkun fadal tal-KEFA, skond is-self li jkun għad fadal, ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-budgets operattivi ta' qabel, u kull responsabbiltà li ma hijiex prevista.

(b) Sal-limitu li l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni ma jkunux meħtieġa sabiex jintlaħqu obbligazzjonajiet kif deskritti f'(a), dawn għandhom ikunu investiti biex jiġi provdut dħul biex jintuża bħala fond għall-kontinwazzjoni ta' riċerka fis-setturi relatati mal-faħam u l-industrija ta' l-azzar.

(ċ) L-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom jiġu investiti biex jipprovdu dħul biex jintuża biex jipprvodu fondi għall-kontinwazzjoni ta' riċerka fis-setturi relatati mal-faħam u l-industrija ta' l-azzar.

2. ALLOKAZZJONI TA' L-ASSI

Skond punt 1, il-Kummissjoni ser tassenja l-assi bejn it-tlett kategoriji li ġejjin:

(a) riżervi meħtieġa biex jipprovdu ċertezza lill-kredituri tal-KEFA li kull self mhux imħallas u l-interessi fuqu ser jitħallsu b'mod sħiħ fid-data mistennija, u b'hekk ikun jagħmilha possibbli għal min hu marbut ma' ħaddieħor biex iżomm l-iskala "AAA" jew l-ekwivalenti tagħha;

(b) fondi meħtieġa biex jiggarantixxu l-ħruġ ta' l-ammonti legali marbuta taħt l-Budget Operattiv tal-KEFA qabel l-iskadenza tat-trattat tal-KEFA;

(ċ) sal-limitu li l-fondi mhumiex aktar meħtieġa għall-iskopjiet msemmija hawn fuq (dovuti jew minħabba r-rimborż ta' self jew il-pagament ta' l-interess mingħajr ma jsir użu mir-riżervi jew l-eventwali kanċellazzjoni ta' obbligazzjonijiet tal-budget) dawn il-fondi ser ikunu allokati lill-kategoriji ta' investiment.

3. KATEGORIJI TA' INVESTIMENT

L-Assi msemmija fil-punt 2 għandhom ikunu nvestiti b'mod li jiżgura li jkun hemm fondi disponibbli meta u kif meħtieġ, waqt li xorta jiġġeneraw l-għola dħul possibbli, konsistenti maż-żamma ta' grad għoli ta' sigurtà u stabbilità fuq medda ta' żmien twil.

(a) Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, għandu jiġi permess biss investiment f'dawn il-kategoriji ta' assi li ġejjin:

(i) depożiti b'tul ta' żmien ma' banek awtorizzati;

(ii) titoli ta' flus fis-suq, b'data finali ta' maturità ta' anqas minn sena; maħruġa minn banek awtorizzati jew minn kategoriji oħra ta' issuers awtorizzati;

(iii) bonds b'rata fissa jew mhux marbuta, b'maturità li ma teċċedix 10 snin, bil-kondizzjoni li jkunu maħruġa minn waħda mill-kategoriji ta' issuers awtorizzati;

(iv) valur ta' pussess ta' ishma f'fondi awtorizzati ta' investiment kollettiv, bil-kondizzjoni li dawn l-investimenti jkunu limitati għall-fondi li l-għan tagħhom ikunu biex jirreaġixxu għall-attività ta' indiċi finanzjarju u biss għall-investimenti msemmija fil-punt 2(ċ).

(b) Il-Kummissjoni tista' tagħmel użu mill-operazzjonijiet li ġejjin fil-każ ta' kategoriji ta' assi stabbiliti f'(a):

(i) ftehim ta' xiri mill-ġdid u xiri bil-maqlub, bil-kondizzjoni li l-kontropartijiet għandhom ikunu awtorizzati għal dawn l-operazzjonijiet, u bil-kondizzjoni li:

- titoli miżmuna skond dawn il-kuntratti ma jistgħux jerġgħu jinbiegħu lill-partijiet ħlief dawk il-kontrapartijiet li jidhru fil-kuntratt qabel it-terminu perentorju tal-kuntratt, u

- il-Kummissjoni tibqa' f'pożizzjoni li terġa' tixtri mill-ġdid titoli li setgħat biegħet sad-data tat-terminu perentorju;

(ii) operazzjonijiet ta' self ta' bonds, imma dawk biss dawk li huma bil-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti minn sistemi rikonoxxuti ta' clearing bħal Clearstream u Euroclear, jew minn istituzzjonijiet finanzjarji prinċipali li jispeċjalizzaw f'dawn it-tip ta' operazzjonijiet, bla ħsara għal regoli ta' prudenza kkonsidrarti bħala li huma ekwivalenti għar-regoli tal-Komunità.

(ċ) Kontropartijiet "awtorizzati", kif it-terminu wżat f'dawn il-linji gwida huma dawk magħżula mill-Kummissjoni taħt dawk ir-regoli u proċeduri tagħha msemmija fil-punt 7.

4. LIMITI TA' L-INVESTIMENT

(a) L-investiment għandu jkun limitat għal dawn l-ammonti li ġejjin:

(i) għal bonds maħruġa jew garantiti minn l-Istati Membri jew istituzzjonijiet ta' l-Unjoni, EUR 250 miljun għal kull Stat Membru jew istituzzjoni;

(ii) għal bonds maħruġa jew garantiti minn min jissellef li huwa sovran jew sopranazzjonali, bi stima ta' kredtu ta' mhux anqas minn "AA" jew l-ekwivalenti tiegħu, EUR 100 miljun għal kull issuer jew garanti;

(iii) għal depożiti ma' u/jew titoli ta' self ta' bank awtorizzat, l-inqas ta' jew EUR 100 miljun għal kull bank jew 5 % tal-fondi tal-bank stess;

(iv) għal bonds ta' issuers korporattivi bi stima ta' kredtu ta' mhux anqas minn "AAA" jew l-ekwivalenti tiegħu, EUR 50 miljun għal kull issuer;

(v) għal bonds ta' issuers korporattivi bi stima ta' kredtu ta' mhux anqas minn "AA" jew l-ekwivalenti tiegħu, EUR 25 miljun għal kull issuer;

(vi) għal l-ażjendi ta' fondi ta' investiment kollettiv, bi stima ta' kredtu ta' mhux anqas minn "AA" jew l-ekwivalenti tiegħu, EUR 25 miljun għal kull waħda minn dawn l-ażjendi.

(b) L-investiment f'ħarġa ta' bond wieħed, bil-kondizzjoni tal-limitu stabbilit f'(a), m'għandux ikun aktar minn 20 % ta' l-ammont totali ta' dik il-ħarġa.

(ċ) L-investiment f'kontroparti wieħed, bil-kondizzjoni tal-limiti f'(a), u akkumulat bejn titoli fejn meħtieġ, m'għandhomx ikunu aktar minn 20 % ta' l-assi totali.

(d) L-iskali msemmija f'dawn il-linji gwida għandhom ikunu dawk applikati minn ta' l-anqas waħda mill-aġenziji internazzjonali ta' stima ta' kredtu ewlenin, kif miftiehm b'mod ġenerali.

5. TRASFERIMENT GĦALL-BUDGET TA' L-UNJONI EWROPEA

Id-dħul nett għandu jkun impenjat għall-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea bħala dħul dedikat u jkun trasferit mill-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar meta meħtieġ biex jintlaħqu l-obbligazzjonijet mill-linja tal-buget diretti għall-programmi ta' riċerka għas-setturi tal-faħam u l-industrija ta' l-azzar.

6. KONTABILITÀ

L-amministrazzjoni tal-fondi għandha tkun spjegata fil-kont ta' qliegħ u telf u l-balance sheet annwali ppreparati għall-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Dawn għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji ġeneralment aċċettati ta' kontabilità simili għal dawk pprovduti għall-KEFA, u partikolarmnet ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 fuq il-kontijiet annwali ta' ċertu tipi ta' kumpanniji [1] u d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 fuq l-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra [2]. Il-kontijiet ikunu approvati mill-Kummissjoni u eżaminati mill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Kummissjoni għandha tqabbad ditti esterni biex jagħmlu awditjar annwali tal-kontijiet tagħha.

7. PROĊEDURI TA' AMMINISTRAZZJONI

Il-Kummissjoni għandha tagħmel, fir-rigward tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, l-operazzjonijiet ta' amministrazzjoni hawn fuq imsemmmija skond dawn il-linji gwida u taħt ir-regoli interni u proċeduri fis-seħħ għall-KEFA fiż-żmiem tax-xoljiment tagħha jew kif modifikati minn hemm 'il quddiem.

Rapport dettaljat dwar l-operazzjonijiet ta' amministrazzjoni mwettqa skond dawn il-linji gwida għandu jiġi mfassal kull tlett xhur u mibgħut lill-Istati Membri.

[1] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/KE (ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 28).

[2] ĠU L 372, 31.12.86, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/KE.

--------------------------------------------------

Top